Illum se naghti harsa lejn dak li l-iktar spikka fix-xena sportiva tul is-sena 2009. Fil-futbol lokali kellna lil Hibernians li b’sorpriza ghal uhud però zgur mhux ghalihom, rebhu l-kampjonat. Hibs, b’kumitat ta’ ezempju ghal hafna, kellhom tim kollettiv liema bhalu fejn spikka fost l-ohrajn Clayton Failla li gie maghzul bhala l-ahjar plejer tal-Premier.
Barra Faella, Hibs kienu mimlijin bi plejers determinati, bl-attakk ikun ic-cirasa fuq il-kejk fejn kemm Andrew Cohen kif ukoll Terrence Scerri kienu ferm perikoluzi. Sorpriza pozittiva kienu Sliema li ghalkemm kienu ghadhom kif bdew progett ta’ tliet snin xorta rebhu zewg unuri kbar. Immexxija minn Stephen Azzopardi, l-ewwel rebhu l-finali tat-Trophy kontra Valletta biex imbaghad rebhu s-Super Cup kontra Hibs. Hibs kienu protagonisti anki fit-trasferimenti meta sew Faella kif ukoll Scerri gew mibjugha lil Sliema u Valletta rispettivament.
Valletta kienu d-deluzjoni tal-istagun li ghadda meta bdew favoriti però fallew l-objettivi kollha, bil-konsolazzjoni taghhom tkun li ghaddew rawnd fl-Ewropa League, xi haga li tim Malti kienu ilu ma jaghmel. It-tim nazzjonali wkoll kellu wirjiet fqar u Malta temmet il-kwalifikazzjoni mondjali fost l-aghar, bl-unika rebha tkun kontra l-Gorgja f’partita ta’ hbiberija. L-unika isem Malti li halla hoss fil-futbol internazzjonali kien Daniel Bogdanovich li skorja kemm-il darba ma’ Barnsley, u li rega’ gie msejjah mat-tim nazzjonali li din is-sena ra tibdil fit-tmun, bil-koppja John Buttigieg u Carmel Busuttil.
Kienet bidla wara snin b’kowc barrani. L-2009 jibqa’ mfakkar ukoll fin-negattiv, meta Marsaxlokk u Vittoriosa gew ikkastigati fuq kazijiet ta’ korruzzjoni u sew Msida u Hamrun regghu, inkredibilment gew impoggija fl-oghla divizjoni. Hawn il-kampjonat waqaf ghal xi gimghat fost incertezzi u anki polemika.
Fil-futbol internazzjonali jispikkaw bla dubju Barcellona. Immexxija minn Peppe Guardiola, il-blawgrana rebhu kull kompetizzjoni li dahlu fiha. Huma rebhu t-Tazza tad-Dinja ghall-klabbs, ic-Champions League, il-Kampjonat Spanjol, il-Coppa Del Re, u zewg super cups, dik Ewropeja u dik domestika b’tim li jinkludi wkoll lill-aqwa plejer tad-dinja Lionel Messi.
Zewg timijiet li fallew fl-Ewropa però rebhu f’pajjizhom huma Manchester United u Inter li t-tnejn kellhom ic-Champions League bhala objettiv ewlieni. Fallew ghal kollox Chelsea u Juventus, b’dawn tal-ahhar jippruvaw jaghmlu bhal Barcellona u jiehdu l-moda ta’ kowc mill-klabb stess meta hatru lil Ferrara. Min-naha l-ohra l-Ingilterra hadu t-trend ta’ kowc Taljan, u wara s-successi ta’ Vialli fil-passat ma’ Chelsea u Capello man-nazzjonal, il-blues hatru lil Ancelotti, West Ham lil Zola u issa Manchester City lil Roberto Mancini, eroj tieghi personali u ghalhekk ser inhares lejn is-City bi ftit iktar interess. Kienet is-sena ta’ kwalifikazzjoni mondjali li tibqa’ mfakkra ghal id Thierry Henry li mbuttat lil Franza ghall-finali u tefghet lill-Irlanda barra mit-Tazza tad-Dinja.
Barra l-futbol, Malta kienet impenjata f’zewg avvenimenti importanti, l-Loghob tal-Mediterran f’Pescara u l-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar f’Cipru. F’Pescara Malta kisbet l-ahjar rizultat miksub meta William Chetcuti kien plattina ‘l boghod minn medalja tad-deheb. Chetcuti kien spicca t-tieni, quddiem ic-campjin olimpiku Taljan d’Aniello. Pozittiv ukoll kien ir-raba’ post ta’ David Farrugia fil-bocci u d-dhul fil-finali B ta’ Chris Camilleri fil-canoeing. Il-Loghob tal-pajjizi z-Zghar bdew b’episodju tal-misthija b’ittra anonima kontra l-kontingent Malti. Imma apparti dan l-episodju kodard, Malta kisbet rizultati pozittivi, bl-aktar li spikkaw kienu d-deheb ta’ William Chetcuti, t-tim nazzjonali tal-baskitbol kif ukoll Thomas Zammit Tabona fl-ibburdjar. Spikkaw ukoll fost l-ohrajn Nikolai Portelli b’diversi medalji fl-atletika, t-tim femminili tal-ginnastika, Kirsty Carauna li kienet l-ewwel tfalja li rebhet medalja individwali fil-ginnastika u William Vella, l-ewwel medalja fl-indoor shooting.
Dan minbarra diversi medalji ohra f’kull sport. Internazzjonalment bla dubju ta’ xejn spikka l-Formula Wiehed li forsi kien l-isport li l-aktar kien fuq fomm kulhadd. Ir-ritorn ghar-rebh ta’ Brittaniku fil-Kampjonati Mondjali permezz ta’ Button, is-sorpriza ta’ Braun GP, is-sospenzjoni ta’ Briatore minhabba l-iskandlu Piquet, l-incident ta’ Massa, l-kwazi ritorn ta` Schumacher ma’ Ferrari u issa jiffirma ma’ Mercedes, u Jean Todt fl-oghla kariga mondjali fl-awtomobilizmu, ghamlu dan l-isport l-aktar imsemmi fl-2009. Valentino Rossi kien personalità li nizzel ismu wkoll meta kompla juri kemm huwa kbir meta rega’ rebah il-kampjonat mondjali tal-muturi. Bolt fl-atletika bla dubju wkoll spikka meta gab fix-xejn zewg rekords mondjali b’mod affaxxinanti. Huwa kiser ir-rekord tal-100 metru u 200 metru b’hinijiet ta’ 9.58 u 19.19 sekondi, hinijiet li hadd ma kien johlomhom. Fit-tennis Roger Federer rega’ wera li huwa l-ahjar ta’ kull zmien u kellna r-ritorn sorprendenti ta’ Kim Cliysters fl-oghla livell. Kienet ukoll sena li ghalqet bin-negattiv meta kellna l-kaz ta’ Tiger Woods, il-mitiku tal-golf li zelaq fin-niexef fl-ahhar skandlu tas-sena.
U l-2010 hija s-sena mondjali. Min ser jirbah it-Tazza tad-Dinja? Il-previzjoni tieghi tghid li l-Ingilterra, u intom min tahsbu? Ippermettuli nixtieq lilkom gheziez qarreja, s-sena 2010 mimlija sahha sabiex insegwu aktar avvenimenti sportivi!
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






