Passiggata ghal Valletta, sew ghax laghbu tajjeb u sew ghax Floriana kellhom diversi plejers neqsin bhal gowler regolari taghhom Paris, u Bugeja, Agius u Brincat kollha mwegga’ u J Briffa u Doffa sospizi.
Valletta mil-bidu wrew l-ghanjiet taghhom b’bumbardamenti kontinwi fuq il-lasta Furjaniza, bla ma kellhom ebda risposta jew reazzjoni. Huma kienu mmexxija tajjeb minn G Agius u Sammut u qatt ma kienu f’dubju jekk jirbhux jew le.
Haga tal-iskantament kienet kif Floriana tul id-90 minuta ma kellhomx attakk wiehed denju ta’ nota. Huma kienu demoralizzati bl-erba’ gowls li qalghu tul l-ewwel taqsima u qatt ma ghamlu rimonta jew sforz denju ta’ nota fit-tieni taqsima.
Valletta taw wirja konvincenti li kisbet l-approvazzjoni tal-partitarji Beltin li fil-partiti ta’ qabel ma kienux qed ikunu sodisfatti mil-wirjiet tat-tim anki meta jirbhu, imma ma jkunux urew loghob sabih.
L-ewwel gowl wasal wara biss 13-il minuta loghob. Kross mil-lemin ta’ G Agius lejn Doding, dan ixxuttja hazin, il-ballun gie ghand RODERICK BRIFFA li kien pront spara fix-xibka biex fetah l-iskor.
Tliet minuti biss wara, fis-16-il minuta, l-iskor isir 2-0. Harba ta’ GILBERT AGIUS mix-xellug, dahal fil-kaxxa u minn angolu difficli tefa’ fuq in-naha opposta biex irdoppja ghal Valletta.
Fil-25 minuta kross ta’ Scerri mil-lemin u rovexxata mill-isbah ta’ Briffa bil-ballun jghaddi ftit barra. Tliet minuti wara kross mil-lemin tal-istess Briffa u cans tajjeb ghal Scerri biex izid l-iskor, izda dan bir-ras tefa’ barra mil-qrib.
Fl-34 minuta gowl mill-isbah ghal Valletta. G Agius qassam lil Doding, dan lejn KEVIN SAMMUT li bi gmiel ta’ xutt mill-ewwel halla lill-gowler Micallef ihares.
Fil-41 minuta xoghol tajjeb ta’ G Agius fil-kaxxa avversarja, ixxuttja, izda sab lid-difensur Ciantar isalva minn fuq il-linja bil-ballun imur ghand TERENCE SCERRI biex il-bomber ta’ Valletta nizzel ismu mal-iskorers.
It-tieni taqsima zammet l-istess andament tal-ewwel wahda, b’attakki kontinwi tal-Valletta izda bid-differenza li ma gewx skurjati aktar gowls. Fit-53 minuta xutt mill-boghod ta’ Bezzina ghadda ftit gholi u hames minuti wara azzjoni personali ta’ Scerri li xxuttja, l-gowler salva izda ma zammx bil-ballun lura ghand Scerri izda d-difiza tajjret il-ballun.
Fid-59 minuta ballun maqlugh mid-difiza Furjaniza, li gie ghand G Agius li xxuttja u laqat sieq il-lasta.
F’tentattiv biex jikklerja sitwazzjoni perikoluza fil-65 minuta, Wasiu tal-Floriana, laqat il-mimduda tal-lasta difiza mill-gowler siehbu Micallef bil-ballun jigi kklerjat mid-difiza. Fit-73 minuta korner ta’ Giglio u daqqa ta’ ras ta’ S Borg u ghat-tieni darba f’din il-partita id-difensur Ciantar tal-Floriana jsalva minn fuq il-linja.
Fid-79 minuta attakk rari ta’ Floriana. Freekick mix-xellug ta’ Wasiu jsalva l-gowler Hogg.
Skurjaw: Roderick Briffa (V) (12 min), Gilbert Agius (V) (16 min), Kevin Sammut (V) (34 min), Terence Scerri (V) (41 min).
FLORIANA: Micallef, Pisani, Ciantar, Anonam, Said, Wasiu, Darmanin, Spiteri (Brincat 46), Briffa, J Borg, C Borg (Caruana 46).
VALLETTA: Hogg, Borg, Bezzina, Dimech, Scicluna, E Agius, Sammut, G Agius (Cilia 65), Scerri, Doding (Doding 46), Briffa (Frendo 85).
REFEREE: Alan Sant.
PLEJER TAL-LOGHBA: Kevin Sammut (Valletta).

| < Prev | Next > |
|---|






