Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rizoluzzjoni

E-mail Print PDF

stefan_zrinzoIl-bidu tas-sena jgib mieghu opportunità li wiehed jaghmel rizoluzzjoni jew weghda mieghu innifsu li jwettaq jew ma jaghmilx xi haga, matul is-sena li tkun ghadha qed tibda. Hemm ghazla wiesgha hafna ta’ dat-tip ta’ rizoluzzjonijiet li jkunu qed isiru. L-akbar problema tkun jekk dik ir-rizoluzzjoni tinzammx jew le.
Zmien il-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena jgibu maghhom wkoll at-tivitajiet filantropici. Hafna jiehdu opportunità biex jghinu b’xi ghotja ta’ flus jew mod iehor xi kawza gusta li tghin li min huwa aktar fil-bzonn jew li ghandu htigijiet specjali. L-attivitajiet li saru f’dawn l-ahhar jiem, kemm l-Istrina kif wkoll l-Open Day fid-Dar tal-Providenza kienu sinjal car kemm il-poplu Malti u Ghawdxi huwa lest li jghin meta jara kawza li jixirqilha li tkun sostnuta.

Dawn iz-zewg attivitajiet, kienu l-aktar tnejn li nghataw attenzjoni mill-media, izda ma kienux l-unici tnejn li saru. Tista’ tghid li f’kull lokalità tittiehed inizjattiva partikolari minn xi ghaqda jew mill-parrocca biex tghin li xi hadd jew xi is- tituzzjoni jew ohra. Fost dawn irrid insemmi l-inzjattiva li ha Clifford Galea b’maratona fuq Super One Radio. F'numru ta’ okkazjonijiet, tfal li jghixu fid-djar tat-tfal jigu mistiedna ma’ tfal ohra biex huma wkoll igawdu dan iz-zmien ta’ festi.

Dan kollu ghandu element wiehed li jghaqqad dawn l-attivitajiet u inzijattivi - il-generozità u l-qalb kbira li ghandu dan il-poplu. Ta’ min wiehed jistaqsi imma dawn l-inizjattivi huma bizzejjed? Hemm x’jista’ jsir izjed biex nindirizzaw htigjiet jew il-qaghda ta’ partijiet mis-socjetà taghna?

Jidher car li ghad ghandna partjiet mis-socjetà Maltija li qed isofru mill-eskluzjoni socjali. Eskluzjoni socjali li tohloq diffikultajiet kbar biex dawn il-persuni fis-socjetà taghna jghixu livell ta’ hajja decenti u accettabbli. Eskluzjoni socjali li tehtieg li tigi indirizzata bl-aktar mod qawwi u konkret.

Huwa minnu, li l-inizjattivi filantropici li jittiehdu f’pajjizna, jghinu bil-kbir biex itaffu mill-wegghat u d-diffikultajiet li jiffaccjaw persuni li jghaddu minn esperjenzi difficli jew li jitwieldu f’ambjenti u f’cirkostanzi iebsa, izda dan ix-xoghol filantropiku m’huwiex bizzejjed. Jehtieg li jsir hafna izjed.

Ma nistghux naqghu fl-izball li ghaliex nikkontribwixxu ghal dawn l-inizjattivi u l-fatt li dawn l-inizjattivi jirnexxu bil-kbir, ifisser li qeghdin nasslu u m’hemmx aktar x’isir. Lanqas ma nistghu nserrhu l-kuxjenza socjali ghaliex nghinu f’dawn l-inizjattivi ghaliex l-eskluzjoni socjali ghandha bzonn tigi indirizzata mill-gheruq li qed iwasslu ghaliha.

Jehtieg li nkomplu infittxu li nifhmu aktar x’qed iwassal ghall-eskluzjoni socjali f’pajjizna. Liema huma dawk id-decizjonijiet li qed ixettlu l-eskluzjoni socjali u liema huma dawk il-passi li jehtieg li niehdu, b’mod kuragguz, biex neghlbu l-eskluzjoni socjali.

Pajjizna matul is-snin ra bidla radikali fil-qafas socjali tieghu. Ra tibdil li wassal biex il-livell tal-ghajxien ta’ kulhadd joghla. Minkejja dan, ghad fadal aktar x’isir biex jigu indirizzati fenomeni godda li mill-gdid qed iwasslu ghall-eskluzjoni socjali.

Ir-rizoluzzjoni ghall-pajjizna ghal din is-sena ghandha tkun li filwaqt li nsostnu l-karattru generuz taghna, jehtieg li nwettqu hidma biex verament, nagharfu x’qed iwassal u kif nistghu neghlbu l-eskluzjoni socjali f’pajjizna.

Bidu tas-sena

Il-granet tal-festi igibu maghhom pawsa qasira mir-rutina u mir-ritmu tax-xoghol. Mandankollu, fl-ahhar gimghat il-Partit Laburista beda bit-thejjiet tieghu biex fl-ahhar ta’ dan ix-xahar, ikun qieghed ilaqqa’ l-konferenza generali annwali tieghu.

Din is-sena, il-Partit Laburista se jkun qieghed jorganizza l-konferenza f’format gdid bil-ghan li d-diskussjoni tkun aktar wiesgha u l-partecipazzjoni tkun aktar miftuha. Se tkun konferenza generali li fiha mill-gdid se naghmlu ghazliet biex isostni l-vizjoni li flimkien iridu nwettqu ghall-pajjizna. Ghazliet li jridu jsiru biex ikomplu isostnu t-tigdid li twettaq matul din is-sena fi hdan il-partit. Ghazliet li jridu jtuna l-aqwa ghodda biex naghtu l-ahjar lill-poplu taghna.

www.zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura