Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-gimgha ma’ Masu Musu

E-mail Print PDF

1.    Fallielu

Skont ma jghidu l-edituri, il-granet ta’ wara l-Milied u l-ewwel granet tas-sena huma l-aktar difficli fil-qasam tal-gurnalizmu, ghax jonqsu r-riklami, u jonqsu wkoll l-istejjer minhabba li hafna jkunu bil-leave u kollox ikun koncentrat fuq parties u celebrazzonijiet.
Ghalhekk, l-edituri jibdew jghidu lill-gurnalisti biex jaraw kif jaghmlu u jsibu xi storja.

Minkejja dan, qatt ma bsart li l-editur tal-gurnal tal-partit tal-prim Gonzi (Lawrence mhux Kate) kien se jaghti importanza, anki jekk mhux kbira, l-ahbar li l-prezz taz-zejt qabez id-$79 il-barmil.

Ghal min ma jafx, din l-ahbar dehret jumejn qabel kienu ntrodotti l-kontijiet il-godda tad-dawl u tal-ilma.

Nispera li l-editur ma kellux f’mohhu li jipprova jbellaghha lill-qarrejja tieghu li l-kontijiet ma kinux se jgholew ghax darba Austin Gatt kien qal li jekk il-prezz taz-zejt ikun taht it-$85, allura l-kontijiet kienu se jorhsu?!

Jekk inhu hekk, jista’ jibqa’ cert li fallielu ghal kollox.

2.    Mhix Cajta

Fettilli nitla’ sal-Belt niehu kafè u ltqajt ma’ xi erba’ sidien tal-hwient b’halqhom mimli raghwa kontra l-gurnal The Malta Independent.

Ir-raguni kienet li dan il-gurnal qal li x-xiri lejliet il-Milied salva lis-sidien tal-hwienet.

Fil-verità, skont dawn l-istess sidien tal-hwienet, hija li l-bejgh dan il-Milied naqas bi kwart. Mhix cajta hbieb tieghi. Ghal kull elf ewro li kienu jbieghu, bieghu 750.

B’danakollu, xorta ma stajtx nifhem ghala dawn is-sidien tal-hwienet kienu daqshekk irrabbjati.

Min ghandu ftit melh f’mohhu, imissu ilu li nduna li The Malta Independent hija Nazzjonalista aktar mill-gurnali tal-partit tal-prim Gonzi (Lawrence mhux Kate).

3.    Success

Bhali qrajtu li kull pantomima li kellna f’pajjizna f’dawn l-ahhar gimghat kisbet success.

Kisbet success il-pantomima ta’ Pinocchio.

Kisbet success il-pantomima ta’ Aladin.

Kisbet success il-pantomima ta’ Snowhite.

Insomma kisbu success il-pantomimi kollha.

Dan is-success kollu lili qieghed jittantanti biex sena ohra nkun fost dawk li ntella’ pantomima.

Jekk ma jergax idurli, il-hsieb huwa li nikkoppja lil dawk li hargu bl-isem ta’ Pinocchio f’Hagar Qim, billi l-pantomima tieghi insemmiha “Gonzipn f’Kastilja”.

L-iskop hu li fl-ahhar mill-ahhar insiru nafu min verament qieghed imexxi f’Kastilja!

4.    Ilsienhom Hazin

U jekk kienu success il-pantomimi, xejn inqas ma kienet l-iStrina. Anzi, skont siehbi Toni l-Ghawdxi, setghet tkun aktar success kieku

David Agius gharaf ihaddem mohhu tajjeb kif haddmu fl-ezamijiet.

Kif jafu dawk li segwew l-iStrina, lil David Agius dawruh dawra go bocca kbira bhala kastig wara li tilef il-loghba li kellu.

David Agius appella lit-telespettaturi biex ipattu ghal din id-dawra gol-bocca b‘telefonata.

Skond siehbi Toni l-Ghawdex, li kieku David Agius appella lit-telespettaturi biex jaghmlu telefonata ghal kull darba li kkoppja, kieku s-somma kienet tikber hafna u hafna aktar.

Nghidilkom id-dritt, qieghed nahsibha ninkludiex lil Toni l-Ghawdxi fil-lista ta’ dawk b’ilsienhom hazin.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura