Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF
Share

mark_cutajarMela jekk fl-ahhar artiklu tas-sena 2009 ktibt fuq dak kollu li gara matul dik is-sena partikolari, ippermettuli li fl-ewwel artiklu tas-sena 2010 nikteb dwar dak li huwa previst ghas-sena sportiva li bdiet il-bierah u tintemm f’Dicembru li gej.  Sena li bla dubju ta’ xejn se tkun iddominata mit-Tazza tad-Dinja tal-futbol.  Qisu il-bierah meta fl-2006 l-Italja kienu nkurunati Champions tad-Dinja.  Kienet sorpriza ghal uhud li t-tim ta’ Marcello Lippi mmexxi mill-bravuri ta’ Buffon u Cannavaro waslu biex jghollu l-akbar trofew mondjali fil-futbol.

Issa ghadda z-zmien u rega’  wasal il-mument proprju f’din is-sena fejn naraw min ghal erba’ snin ikollu x-xettru ta’ Champions mondjali.  Kampjonati partikolari,  ghax se jsiru ghall-ewwel darba fl-Afrika u partikolari iktar ghax se jsiru fl-Afrika t’Isfel, post li ghal snin twal kien bbojkottjat mid-dinja kollha minhabba r-razzizmu.  Issa l-istorja nbidlet u dan il-post se jkun ic-centru ta’ attenzjoni ghal xahar shih bejn Gunju u Lulju li gej.  Huwa verament difficli li wiehed ibassar favorit, ghax kif dawn il-kompetizzjonijiet jghallmu, favorit huwa dak it-tim li jasal tajjeb fil-gurnata.  Favoriti huma t-timijiet tas-soltu, Brazil, Argentina u Germanja li dejjem jaslu f’kompetizzjonijiet importanti.  Jekk Brazil u Argentina probabbilment ghandhom l-ahjar plejers individwali, l-Germanja dejjem f’kull Tazza tad-Dinja, jkollha kollettiv liema bhalu.  Ma nistghux inhallu barra lill-Italja, tim li huwa champion renjanti, li ghalkemm bhala skwadra ma ghandhom xejn partikolari, xorta jistghu jaslu ghax jafu jkunu determinati f’mumenti importanti.  Izda nahseb li  mal-lista ta favoriti ghal din l-edizzjoni wiehed ma jridx ihalli barra lil Spanja, tim komplet, tim li huma champions ta’ l-Ewropa u ghandhom ukoll serje ta’ successi infila importanti.  Qatt ma waslu Spanja fil-fazi finali, anzi dejjem fallew, però wiehed jista’ jbassar li din is-sena tista’ tkun is-sena t-tajba.  Anke l-Ingilterra tista’ tkun mal-lista tal-favoriti.  Imexxija minn Fabio Capello, l-Ingilterra qed ikollha stil ta’ loghob interessanti u anki serjetà.  Tant huma impressjonati l-Inglizi mill-istil Taljan li anke Chelsea u Manchester City, imxew fuq il-passi tat-tim nazzjonali u ingaggaw kowc Taljan biex imexxihom fuq livell ta’ klabbs. 
Min johlom, jista’ johlom li xi tim Afrikan jista’ jasal, izda nemmen li din se tibqa’ biss holma ta’ uhud.  Hawn min ukoll jemmen f’destin u l-fatt li Franza ghaddew b’kumbinazzjoni, hija parti minn dan id-destin.  Nistennew u naraw fl-2010 min se jkun Champion tad-Dinja. 
-----------------------------------------------------------------
Sena partikolari li tibda bil-kbir ghax fi Frar ikollna ukoll l-Olimpjadi tax-Xitwa.  Forsi ghalina l-Maltin dawn l-Olimpjadi mhux daqshekk attrajenti, izda ghal hafna dawn igibu interess.  Olimpjadi li se jsiru f’Vancouver, il-Kanada taht mizuri ta’ sigurta kbira anki minhabba serje ta’ attentati recenti.  Olimpjadi li ukoll ghandhom l-istorja taghhom u interess kbir, tant li pajjizi bhall-iStati Uniti, il-Kanada, l-Awstrija, l-iZvizzera, l-Germanja, l-Italja u ohrajn qed jippreparaw bis-shih ghalihom.  Mill-ice hockey, ghal ice skating, minn nordic skiing ghall-alpine skiing, mill-luge ghal bob u anke il-figure skating jaghmlu dawn l-Olimpjadi mill-aktar interessanti u spettakolari li jhalluk fuq il-pultruna isegwihom, meta l-atleti jkunu f’dik il-kesha qed jippartecipaw fihom.
-----------------------------------------------------------------
Ghal Maltin din is-sena se tikkoncentra fuq il-partecipazzjoni fi Loghob tal-Commonwealth li se jsiru fl-Indja f’Ottubru.  Edizzjoni li se tkun wahda difficli, l-ewwel ghax l-Indja ghada hafna lura ghal dik li hija preparazzjoni u t-tieni minhabba li l-Indja, qrib il-Pakistan u l-Afganistan, hija ukoll fil-mira ta’ terrorizmu internazzjonali.  ‘Il boghod minn dankollu nittamaw li Malta jkollha r-rizorsi sabiex tipprepara l-atleti taghha ghal dan il-loghob.  Mill-isparar, ghal squash, ghal bocci, u ghal diversi sport iehor li bhalissa qed jippruvaw jiksbu kwalifikazzjoni.
-----------------------------------------------------------------
Iktar mill-Maltin ghal Maltin u jien inbassar li s-sena 2010 se tkun,  wara nuqqas ta’ sena, is-sena ta’ Valletta fil-Kampjonat Premier.  Ghalkemm fl-ahhar ta’ l-2009 Qormi meritatament spiccaw fl-ewwel post, nahseb li l-kollettiv tal-Beltin huwa superjuri specjalment meta jibda diehel in-numru ta’ loghob u l-ghejja fost kulhadd.  Nara l-Qormi bhala outsiders, tim li ghal l-ewwel darba fl-istorja taghhom jistghu jidhlu fl-Ewropa u nara ukoll lil Marsaxlokk u Vittoriosa li s-sena li ghaddiet gew relegati minhabba korruzzjoni, lura f’post fejn jixirqilhom ghat-tim li ghandhom, dak ta’ Premier Division.
-----------------------------------------------------------------
Finalment xi haga kompletament differenti izda li xtaqt li f’dan l-ewwel artiklu tas-sena ma nhallihx barra.  Matul il-gimgha li ghaddiet thabbret l-ewwel listi preliminari tal-konkorsi sportivi nazzjonali organizzat mill-Ghaqda tal-Gurnalisti Sportivi Maltin.  Nixtieq nispecifika li hawnhekk qed nitkellem kif dejjem ghamilt f’din il-kolonna bhala gurnalist u mill-lenti tieghi personali.  Jien kont kritiku f’xi okkazjonijiet ghal dan il-konkors u ghal mod kif isir.  Nemmen però li l-ghaqda issa bla dubju thaddan maghha uhud mill-aqwa gurnalisti.  Fil-lista originali digà hemm nieqes  zewg ismijiet partikolari li stranament thallew barra.   Mhux se nghid min huma ghalissa ghax naf li ghada se jkun hemm laqgha fejn se jigu diskussi dawn l-ismijiet.  Fl-artiklu tal-gimgha li gejja nkun aktar specifiku dwar dan b’domandi precizi ghal min kien inkarigat li jaghmel din l-ghazla u nittamaw li ghal gieh tal-konkors it-twegibiet ikunu validi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata