Dingli S 1Hibernians 2
Hibernians zgur li huma kuntenti bir-rebh tat-tliet punti izda mhux bil-wirja taghhom. Ghalkemm kienu l-ahjar tim fil-grawnd tul il-partita kollha, huma spiss fallew quddiem il-gowler avversarju, bejn bi traskuragni u bejn minhabba li d-difiza avversarja, partikolarment il-gowler Farrugia qdew dmirhom tajjeb. Hibs ma kienux fil-burdata tas-soltu u fethu l-iskor b’gowl dubjuz u finalment hadu t-tliet punti importanti minn penalty. Huma kienu mmexxija tajjeb minn Cohen kontra tim b’diversi plejers neqsin fosthom Conceicau u Spiteri.
Kollox ma’ kollox Dingli Swal-lows ma kellhomx xi telfa dizastruza, izda b’din it-telfa baqghu ankrati fil-qiegh tal-klassifika.
L-ewwel taqsima kienet wahda partikolarment fqira bla wisq azzjonijiet lejn il-lasti bil-ballun jinzamm ghal hafna hin fin-nofs tal-grawnd. Wara biss tmien minuti Hibs marru fil-vantagg. Pulis qassam lejn RUMEN GALABOV li d-daqqa ta’ ras tieghu deheret tahbat mal-lasta bl-assistant referee jxejjer ghal gowl.
Fis-37 minuta okkazjoni tajba ghal B Camilleri tal-Hibs li jirdoppja ghat-tim tieghu, meta minn quddiem il-lasta ma laqatx il-ballun u l-okkazjoni ntilfet.
Fil-45 minuta, kross mil-lemin ta’ Cohen ghal Hibs, ballun lejn in-naha opposta ghand Galabov li minn taht il-lasta tefa’ gholi.
It-tieni taqsima bdiet bhalma spiccat l-ewwel wahda, jigifieri bi zbalji tal-Hibs quddiem il-lasta avversarja. Kross ta’ Pulis fis-46 minuta lejn B Camilleri li ghal darb’ohra laqat hazin bir-ras minn taht il-lasta.
Fil-50 minuta, Dingli fl-ewwel attakk taghhom tal-partita denju ta’ nota, skurjaw il-gowl tad-draw. Pass ta’ Formosa lejn JOSEPH OKONKWO li dar ma’ difensur u xxuttja u ghalkemm il-gowler Muscat salva imma ma rnexxilux izomm il-ballun li spicca fix-xibka.
Fil-61 minuta kross ta’ Cohen u daqqa ta’ ras ta’ Malasenoks giet salvata mil-gowler Farrugia.
Fis-77 minuta il-Pawlisti jakkwistaw il-gowl tar-rebha. Zarb waqqa’ lil Herrera fil-kaxxa u mill-11-il metru ANDREW COHEN b’xutt b’sahhtu gheleb lil J Farrugia fil-lasta tas-Swallows.
Fil-85 minuta pass ta’ Formosa tal-Hibs lejn Doda, li xxuttja ftit barra minn qaghda tajba.
Skurjaw: Rumen Galabov (H) (8 min), Joseph Okonkwo (D) (50 min), Andrew Cohen (H) (pen 77 min)
DINGLI S: J Farrugia, Briffa, Tellus, Formosa, Fiteni (Caruana 88), Muscat, Cachia, E Farrugia (Doda 80), Borg (Azzopardi 83), Okonkwo, Zarb.
HIBS: Muscat, J Caruana (T Caruana 70), Herrera, Pulis, Xuereb, Pearson, C Camilleri (J Cauchi 70), Cohen, Malasenoks (E Cauchi 86), Galabov, B Camilleri.
REFEREE: Marco Borg
PLEJER TAL-LOGHBA: Andrew Cohen Hibernians

| < Prev | Next > |
|---|






