Gimgha wara li KullHadd analizza s-sitwazzjoni tal-faqar f’pajjizna fid-dawl li s-sena 2010 hija ddedikata mill-Unjoni Ewropea ghall-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali, llum dan il-gurnal jitkellem mas-socjologa u lettur fl-Università Dr JosAnn Cutajar dwar l-eskluzjoni socjali.
“Certu policies jidhru sbieh fuq il-karta izda ma gewx imwettqa b’rieda politika shiha. Qed nirreferi ghal policies li jheggu lil min ihaddem biex ihaddmu aktar nies b'dizabbilità, nisa, nies li ghandhom ‘il fuq minn 40 sena u refugjati.”
Iddikjarat dan ma’ KullHadd JosAnn Cutajar meta mistoqsija dwar ir-realtà tal-eskluzjoni socjali f’pajjizna.
Cutajar tishaq lin-nuqqas ta’ xoghol huwa wiehed mill-fatturi li l-iktar iwasslu ghall-eskluzjoni socjali u tispjega kif dan huwa marbut ma’ certu sezzjonijiet fis-socjetà.
“Ftit naraw zieda fir-rata ta’ nies b’dizabbilità jahdmu perezempju. Meta individwi minn dawn il-gruppi jigu offruti xoghol, hemm it-tendenza li jinghatalhom xoghol part-time u/jew b'kuntratt ghal zmien qasir ta’ ftit xhur,” zzid tghid Cutajar.
“Uhud mid-decizjonijiet ittiehdu minhabba l-fatt li dhalna fl-Unjoni Ewropea u ghalhekk kellna nimplimentaw certu direttivi, u mhux ghax veru nemmnu fil-gustizzja socjali. Ohrajn kienu gimmicks politici ghal qabel xi elezzjoni. Hi mehtiega aktar rieda min-naha tal-politici u policy makers biex nghinu lil dawk li huma fil-bzonn materjali u fil-bzonn ta’ integrazzjoni socjali. Ma’ dan inzid il-htiega li nghallmu il-lat pozittiv ta’ xi tfisser li jkollna tahlita kulturali, tahlita ta’ ideat politici, u/jew religjuzi.
Inhaddnu d-diversità, mhux nippruvaw neskluduha u/jew neqirduha. Pajjizna jista’ jgawdi f’kull qasam jekk naccettaw li d-diversità tghin biex ikun dakkir ta’ ideat u ssir aktar sinjura f’dak li digà ghandha,” zzid tghid is-socjologa filwaqt li tirrimarka l-bzonn ta’ kampanja edukattiva biex nirrispettaw id-diversità.
“Xorta ghad baqa’ gruppi li mhumiex milhuqa bil-policies li addottajna biex nirribattu l-eskluzjoni socjali. Hemm nies li jbatu b’mard li mhux ikklassifikat mill-awtoritajiet u ghalhekk m’ghandhomx dritt ghal xi tip t’ghajnuna, jew id-dritt li jiehdu sick leave fit-tul.
Hawn ukoll min ghandu dritt ghal xi beneficcji jew servizzi u/jew ma jafx bihom, jew jisthi jitlob l-ghajnuna minhabba l-istigma socjali, bhal nies li jbatu b’mard mentali.
Imbaghad ghandek dawk li qed jiehdu beneficcji jew servizzi socjali li m’ghandhomx dritt ghalihom. Dawn tal-ahhar qed jiskreditaw is-serjetà tas-sistema li suppost tilhaq lil dawk fil-bzonn. Minhabba dawn qed naraw fil-media nies mill-pubbliku u politici li qeghdin jaslu ghal konkluzjoni zbaljata li jekk din is-sistema qed tigi abbuzata, ghandna nwaqqfuha. Jekk se innaqqsu drastikament il-beneficcji u s-servizzi socjali, se jwassal biex ir-rata ta’ nies li qed jiffaccjaw il-faqar materjali hawn Malta tirdoppja minn kwazi 15% ghal madwar 30%,” tghid b’konvinzjoni Cutajar li bhal issa.
Mistoqsija x’rabta hemm bejn il-faqar u l-eskluzjoni socjali, hija ssostni li mhux neccesarjament li dejjem ikun hemm rabta.
“Eskluzjoni socjali mhux dejjem hija relatata ma’ faqar materjali. Dan ma jfissirx li f’Malta m’hawnx faqar materjali, li jista’ jkun ikkawzat minn hafna affarijiet bhal perezempju mard jew xi dizabbilità mentali jew fizika. Ohrajn jistghu jsibu ruhhom isofru l-faqar meta titfarrak il-familja, jew imut dak il-genitur li nghidulu l-breadwinner.
Hawn min ukoll jispicca fil-faqar minhabba l-uzura, specjalment dawk li m’ghandhomx xoghol fiss, u/jew propjetà u ma jkunux jistghu jisselfu mill-banek, anqas biex jixtru jew jirrangaw darhom. Hemm min ma jafx jamministra l-flus ghax jghix ghal-lum biss u ma jippjanax ghall-ghada.
Dawn huma 'skills' li hafna minna jitghallmu mid-dar, izda ohrajn ma jkunux daqshekk ixxurtjati. Ohrajn jiftaqru huma u l-familji taghhom meta xi hadd minn tal-familja jispicca vittma tal-abbuz tad-droga, xorb jew loghob tal-azzard.
Il-faqar materjali jwassal biex certu individwi, jew gruppi ta’ nies jigu eskluzi mis-socjetà. Izda tista’ tkun sinjur u xorta tigi mwarrab mis-socjetà ghax tkun iggudikat bhala ‘differenti’,” tghid Cutajar.
Diskriminazzjoni
Mitluba tispjega din il-frazi hija zzid tghid hekk: “jekk thaddan xi twemmin religjuz, trawwim politiku, identità sesswali jew dehra fizika differenti minn dik li ahna gejna mrawwma nharsu lejha bhal n-‘normali’, tista’ tigi mwarrab.
Jekk int jew xi membri tal-familja ghandhom mard mentali jew fiziku, jew xi dizabbilità fizika, tista’ twassal ghal izolament socjali. L-istat civili tieghek jista’ jwassal biex inti tigi mwarrab jew imwarrba, u n-nies izekzku fuqek – perezempju, nies separati, nisa li jkollhom tfal barra z-zwieg, jew nies ta' certu età li huma ‘single’.
Minn hu ‘single’ minhabba cirkostanzi differenti, jsibha difficli biex jattendi attivitajiet socjali jew ta’ rikreazzjoni, li hafna minnhom huma mfassla bl-idea li ghandek tattendi akkumpanjat minn xi hadd tas-sess oppost. Ma’ dawn nistghu nzidu l-eks habsin, eks-drogati, nies li xi darba kellhom mard mentali.”
Tispjega wkoll li hemm realtà fejn in-nisa huma fgati f’darhom minn irgiel ghajjura. Li ma tinqatax mis-socjetà huwa krucjali targumenta Cutajar.
“Aktar ma jkollna kuntatti, aktar nistghu nsibu nies jghinuna f’oqsma differenti. Mill-istudju li ghamilt fuq Bormla deher bic-car li dawk li ma johorgux mid-dar taghhom ghal xi raguni jew ohra, ma kienux jafu x’servizzi kien hemm fil-komunità li huma setghu juzaw biex jagevolalhom l-istandard of living taghhom.
Hafna minn dawn ma kienux jafu li kien hemm librerija pubblika, nurseries, centru ta’ matul il-jum ghal nies ta’ certu età, ecc. Li nhossuna parti minn grupp, minn komunità hija mportanti.
Il-grupp jew komunità tghinna mhux biss psikologikament, izda hija sors li tghinna nikkopjaw mal-problemi li niffaccjaw fil-hajja taghna. Dawn il-kuntatti huma wkoll sors ta’ informazzjoni u t-taghrif fuq fejn jinsabu opportunitajiet ta’ xoghol, jew fejn nistghu nikri/nixtri kamra. Jghinuna nsibu tabib ghal certu kundizzjonijiet, jew iwasslu biex insiru nafu x’inhuma d-drittijiet taghna bhala konsumaturi, pazjenti, klijenti u cittadini,” tghid Cutajar.
L-importanza tal-Welfare State
Cutajar zzid tghid li huwa krucjali li l-pajjiz isahhah il-welfare state.
“Policies biex nghinu lil dawk li huma fi bzonn materjali hawn, izda ghandna nghassu li dawn ma jigux imdghajfa fi klima li tippromwovi kapitalizmu sfrenat, minghajr kontrolli. Din il-perspettiva temmen li l-gvern ghandu ixolji l-welfare state biex il-flus li jintefqu f’servizzi u beneficcji socjali, flus gejjin mit-taxxi, jigu wzati biex jizdied l-investiment ekonomiku fil-pajjiz. Ix-xoghol li jiggenera dan l-investiment ifisser li jkun hawn aktar opportunitajiet ta’ xoghol u ghalhekk il-haddiema ikollhom aktar flus biex ihallsu ghal servizzi li qabel kienu jiehdu b’xejn.
Sfortunatament ma jikkunsidrawx il-fatt li meta tnaqqas ir-rati tat-taxxa, mhux kull min jiffranka t-taxxa ser jiftah business, u jekk dan jew din jinvestu flushom, l-investiment ser ikun f’pajjizhom.
Dan l-argument lanqas ma jqis li certi nies ser isibuha difficli biex isibu xoghol – dawk li qed jiehdu hsieb ta’ nies morda u dizabbli, il-morda u dizabbli, u nies ohra li l-unika xoghol li jistghu jsibu minhabba l-passat taghhom jew ghax huma illitterati jew minghajr sengha, huwa f’setturi fejn il-haddiema jigu imhallsa bil-ftit, u d-drittijiet taghhom jistghu jigu kkalpestati.
Iktar hemm bzonn li nsahhu l-welfare state fi klima fejn l-opportunitajiet ta’ xoghol qed jonqsu, u f’ambjent fejn qed nitkellmu fuq flexicurity ghaliex l-opportunatijiet ta’ xoghol huma short term,” temmet tghid Cutajar.

| < Prev | Next > |
|---|






