It-tliet kandidati li jistghu jimlew il-post tal-Ministru John Dalli fuq is-sitt distrett ilkoll sostnew pozizzjonijiet differenti meta mitluba minn KullHadd biex jghidu jekk hux se jkunu qed jikkontestaw il-bye-election jekk kemm il-darba Dalli jigi kkonfermat bhala Kummissarju Ewropew.
It-Tabib Peter Micallef qal li x’aktarx se jikkontesta, l-Perit Robert Musumeci sostna li ghadu kmieni u jrid jara x’se jigri, filwaqt li l-iSpeaker Louis Galea ghadu jsostni li ma jikkummentax anki jekk iz-zmien issa qed jaghfas.
Nhar il-Hamis li gej huwa l-jum li fih il-ministru John Dalli, li gie nominat minn Lawrence Gonzi ghall-post fil-Kummissjoni Ewropea, irid jidher quddiem il-Kumitat tal-Ambjent, Sahha Pubblika, u Sigurtà tal-ikel tal-Parlament Ewropew.
John Dalli se jkun qed iwiegeb ghall-mistoqsijiet tal-membri tal-Parlament Ewropew li jpoggu fuq dan il-kumitat kif ukoll dawk li jpoggu fuq il-Kumitat ghas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
L-MEPs jaghmlu mistoqsijiet dwar il-kompetenza u l-livell ta’ preparazzjoni tal-Kummissarji nominati, b’mod partikolari dwar dawk is-suggetti li jaqghu taht ir-responsabbiltajiet futuri taghhom. Mhux eskluz lanqas li jista’ jkun hemm mistoqsijiet imbarazzanti dwar it-track record u anki dwar dikjarazzjonijiet pubblici li setghu saru fil-passat minn dawk li gew innominati. Din il-procedura ta’ skrutinju mill-Parlament Ewropew hija wahda rigoruza u m’hijiex semplici formalità. Tant hu hekk fil-passat recenti kien hemm kazijiet ta’ min m’ghadiex minn dan it-test, bhal dak ta’ Rocco Butiglione li kien wehel minhabba dikjarazzjonijiet meqjusa bhala omofobici.
Ghalkemm kollox jindika li m’ghandux ikun hemm problemi ghal Dalli biex jghaddi mill-gharbiel tal-Parlament Ewropew, anki ghax huwa iktar minn ovvju li l-hsieb wara n-nomina tieghu kien li ma jibqax aktar ta’ theddida ghat-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi, Dalli xorta wahda ha l-prekawzjonijiet kollha, tant hu hekk ra li ma rrizenjax mill-Kabinett qabel ma jkun ikkonfermat bhala Kummissarju Ewropew.
Dalli ghandu xofa bizejjed tal-gambetti u daqqiet bis-sejf go dahru minn go hdan il-partit tieghu stess. Tant hu hekk wara li gie sfurzat minn ministru ftit tas-snin ilu, kien allega li sahansitra kien sar frame-up kontra tieghu permezz ta’ rapport falz.
Wara dan is-smiegh il-President tal-Parlament Ewropew u l-kapijiet tal-gruppi politici fl-istess parlament se jkunu qed janalizzaw dak li jkun hareg. F’kaz li xi wiehed mill-Kummissarji nominati jehel minn dan it-test, il-procedura tkun trid terga’ tibda mill-gdid ghall-kummissarji nominati kollha kemm huma.
Id-dibattitu u l-vot fuq il-Kummissjoni l-gdida ta’ Josè Manuel Barosso mistenni jsir f’sessjoni plenarja straordinarja nhar is-26 ta’ Jannar. Dan ifisser li jekk il-Kummissjoni tkun approvata minghajr ebda problemi, dakinhar stess tkun mistennija r-rizenja ta’ John Dalli minn Ministru ghall-Politika Socjali.
Irid jirrizenja minn speaker
Din ir-rizenja tiskatta process li mistenni jkun ta’ ugiegh ta’ ras ghall-Prim Ministru Lawrence Gonzi, hekk kif min grupp parlamentari maqsum, irid jaghzel min se jkunu l-membri l-godda tal-Kabinett anki jekk hafna mhux qed jistennew tibdil kbir.
Dan proprju minhabba li Lawrence Gonzi se jkun qed ifittex li ma jzidx mal-inkwietli gjà fil-grupp parlamentari Nazzjonalista.
Kollox iholl u jorbot jekk ikunx elett fil-Parlament l-iSpeaker Louis Galea li jista’ jitfa’ n-nomina tieghu ghas-siggu battal ta’ Dalli fuq is-sitt distrett, anki jekk hafna jsostnu li c-cans li Galea jaghmel dan huwa minimu hafna u jrid ikun assigurat minn post fil-Kabinett biex jaghmel din il-qabza. Sal-ahhar jiem Galea kien ghadu qed jevita li jikkummenta.
Ikkuntatjat minn dan il-gurnal Galea qal: “Mhux qed nikkummenta f’dan l-istadju.”
Iffacjat bil-mistoqsija li issa z-zmien qed jaghfas Galea nsista bin-“no comment.”
“Mhux nikkummenta, ma nghid xejn iktar. No Comment,” temm jghid Galea mill-Indja fejn kien qed jattendi konferenza tal-Commonwealth. Li hu zgur huwa li jekk ikun Galea li jiehu s-siggu, dan zgur ma jkunx lest li jpoggi fuq il-bankijiet ta’ wara.
Biex Louis Galea jikkontesta l-bye-election irid jirrizenja minn Speaker ghax legalment ma jistax jikkontesta elezzjoni simili ghal siggu fil-parlament meta digà jkun membru tal-parlament kif filfatt huwa l-iSpeaker.
It-Tabib Peter Micallef li ghandu cans kbir li jkun elett flok John Dalli peress li hu bazat Hal Qormi bhal Dalli, qal ma’ KullHadd li wisq probabbli se jikkontesta.
“Ghadni ma ddecidejtx mija fil-mija peress li ghadu ma wasalx il-waqt. Izda nahseb li se nitfaha, iva,” qal Micallef ma’ KullHadd. Min-naha tieghu is-Sindku tas-Siggiewi Robert Musumeci jidher li ghadu ma ddecidiex.
Meta kkuntatjat, wara pawsa kemmxejn twila, Musumeci qal hekk: “Ifhimni ftit, irrid nara jekk il-post hux se jkun vakanti l-ewwel. Ghad m’hemm xejn ufficjali. John Dalli ghadu lanqas ghamel it-test.”
Mistoqsi jekk hux dan ifissirx li qed jidubita mill-hiliet ta’ Dalli li jghaddi l-ezami, Musumeci mbaghad qal li mhux il-kaz.
“Mhux qed nghid li ghandi dubbju, imma rrid nistenna ftit ha nara kif se jipprocedu l-affarijiet,” temm jghid Musumeci.
Caqliq minimu
Jekk Gonzi jwieghed post fil-Kabinett lil Louis Galea, ikun qieghed jistieden gwaj akbar mad-deputat Nazzjonalista Franco Debono u anki ma’ deputati bhal Robert Arrigo li telghu minn zewg distretti u li sa issa ghadhom ma nghatawx post fil-Kabinett.
Fir-reshuffle li trid isegwi ftit tal-granet wara l-konferma ta’ Dalli bhala Kummissarju Ewropew, qed jinghad li Robert Arrigo jista’ jigi offrut il-post ta’ Segretarju Parlamentari ghall-Kunsilli Lokali.
Dan jista’ jigri jekk Chris Said ikun mahtur ministru ghal Ghawdex flok Giovanna Debono li ilha f’din il-kariga mill-1998. Ghalkemm Debono ghandha l-fama li tindokra sew lill-kostitwenti taghha kif jixhed l-ammont ta’ voti li gabet elezzjoni wara l-ohra, effett tar-rizultat tal-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew fejn l-MLP irnexxielu wara 54 sena jgib il-maggoranza relattiva f’Ghawdex, Gonzi mistenni li jafda l-Ministeru ghal Ghawdex f’idejn aktar zaghzugha. Il-PN f’Ghawdex qed jiffaccja problemi kbar minhabba n-nixfa fl-investiment u fl-opportunitajiet ta’ xoghol.
Giovanna Debono tista’ tinghata l-Ministeru tal-Politika Socjali minghajr is-sahha fejn x’aktarx jigi mahtur Joe Cassar bhala ministru.
Mill-bqija ftit li xejn mistenni tibdil kbir hekk kif f’mohh Gonzi tibqa’ tberren ‘il-kwistjoni Franco Debono’ li lanqas fil-festi ma battiet.
L-eks-ministru George Bonello Du Puis bhala wiehed mill-anzjani ‘storici’ tal-PN, jumejn biss wara l-Milied, assuma r-rwol li pubblikament jbezbiza bil-pulit lil Franco Debono bit-tama li jgibu f’postu.
Imma Bonello Du Puis spicca juza argumenti antikwati bhal “il-partit dejjem ghandu ragun” u “ma npaxxux ‘l-ghadu” li fir-rabbja kbira li hawn ghall-gvern tal-PN, dawn l-argumenti ma tantx nizlu tajjeb mal-pubbliku in generali.
Bir-risposta ta’ Debono ghal dan, komplew jizdiedu l-problemi ghal Gonzi ghax mal-lista ta’ ragunijiet ghad-dissens ta’ Franco Debono li gjà konna nafu bihom, bhan-nuqqas ta’ stima ghall-grupp parlamentari, l-estensjoni tal-power station u d-dritt ghall-assistenza legali waqt interrogatorju, dan dahhal ukoll il-htiega ta’ ligi li tirregola l-finanzjament tal-partiti. Ligi li dwarha l-PN ilu snin twal ikaxkar saqajh.

| < Prev | Next > |
|---|








