Filwaqt li hafna jippreferu jorqdu fil-kumdità ta’ darhom, fix-Xitwa bil-heater mixghula u fis-Sajf b’xi fan ghaddej jew air-condition mixghul, ohrajn jippreferu jorqdu fin-natura – ‘l boghod mill-bini u l-hsejjes tal-makkinarju. Dawn tal-ahhar jissejhu campers – persuni li jhobbu jikkampjaw.
Iltqajt ma’ Steve Mangion, guvni li prattikament hajtu mdawwra mal-camping ‘l hemm u ‘l hawn. Mhux biss f’Malta, izda anki barra minn pajjizna.
Steve ghandu 30 sena u joqghod il-Fgura. Bhala passatempi ghandu ghal qalbu t-trekking u camping. Dawn it-tnejn jikkombinaw ruhhom flimkien, izda jkollu jaghzel jippreferi it-trekking. Trekking hija kelma ohra flok hike. Ambizzjuz, cajtier u fejn jista’ ser jghin, filwaqt li huwa persuna li bla dubju ta’ xejn ihobb in-natura, spjegali li l-fatt li jhobb in-natura, allura it-trekking itih sodisfazzjon personali li jkun qed jiskopri l-madwar tat-trek maghzula. Kif qalli hu stess, m’hemm xejn isbah waqt li jkun qed jikkampja, meta jiftah iz-zipp tal-kamp u jxomm dik l-arja pura u friska.
Ilu jikkampja minn mindu kellu 16-il sena.
“Kont nattendi s-Sixth Form u hemmhekk kien hemm grupp ta’ hbieb li hajjruni mmur nikkampja maghhom. Huma kienu digà jmorru ta’ spiss, izda jiena qatt ma kont mort. Gara li malli doqt l-ewwel esperjenza tieghi maghhom, spiccajt biex qatt ma harist lura u qatt ma waqaft sal-lum stess. Bqajt nikkampja maghhom sa ma kelli qisu ghoxrin sena. Eventwalment bdejt inzid il-granet, sa ma gieli anki kkampjajt ghal tlett gimghat shah go Kemmuna. Litteralment sirt naf l-erba’ minn nies li jghixu fuq Kemmuna”, tbissem jghidli.
Isostni li waqt camping jew trekking jghejja fizikament, izda jistrieh mentalment. B’kurzità staqsejtu kif jaghmlu biex igorru u jahsbu ghal tlett gimghat ikel u xorb. “Dik l-inqas problema. Sirt habib ma’ tal-gabbani ta’ Kemmuna u bi ftehim maghhom kull tant granet jixtrulna xi ikel u xorb li nkunu nixtiequ. B’hekk inkunu nistghu nkampaw tul il-granet li nkun ser inqattghu nikkampjaw”, wegibni Steve.
Beda jorganizza gruppi tieghu
Eventwalment maz-zmien, Steve beda jorganizza gruppi u jiehu lil persuni interessanti ghal camping, bis-servizzi ta’ leader minnu stess.
Staqsejtu kif thajjar jibda jorganizza dawn it-tip ta’ gruppi u wegibni, “Is-sodisfazzjon li nuri lil xi hadd dak li jien niehu pjacir bih itini certu spinta f’hajjti. Nurihom certu tricks bhal kif ghandek tqabbad in-nar minghajr ma tuza sulfarini, u insajjrilhom fost ohrajn”.
Bhala trekking u camping leader, assumejt li jrid igorr certu responsabiltà mieghu. B’hekk tlabtu jghidli liema tipi ta’ responsabbiltà jkollu jgorr mieghu waqt dawn il-mumenti. “L-ewwel li nistaqsi hija l-età ta’ dak li jkun, ghax jekk ikunu taht it-tmintax-il sena dawn iridu jkunu supervised minn xi hadd familjari. Ovvjament jekk dawk li jkolli mieghi johorgu ‘l barra mit-trek li nkun ippjanajt ghalihom, allura dawn ma jaqghux taht ir-responsabbiltà tieghi. Niccekkja wkoll jekk xi persuni mill-grupp ikunux vegetarian jew ma jaqbilx maghhom il-halib. F’dak il-kaz ikolli nixtri ikel adattat ghalihom. Inutli nipprezenta ikel waqt camping li ma jhobbuhx”, stqarr mieghi Steve.
Haga li rrimarkali fuqha hija li nutli persuna tkun nervuza u bla pacenzja biex tistenna l-ikel u tattendi ghal xi camping. Waqt camping ma jezistix hin tal-ikel. Ma tridx tqabbel l-istess haga ma’ restorant. Issib hafna igergru meta jmorru jieklu f’xi restorant ghax dam l-ikel. “Waqt camping trid tinsa l-hin u d-dewmien”, spjegali Steve mill-esperjenza tieghu.
Ta’ min jghid li s’issa Steve ikkampja madwar mitejn darba. Din zgur mhix cajta, u verament trid tkun persuna li thobb in-natura u li ma tfittix il-kumdità. B’hekk staqsejtu xi jhajjru jibqa’ jikkampja aktar. “Kelma wahda nista’ nghidlek u nkun wegibtek. In-natura!!! Il-fatt li tqum x’hin trid bla alarm, tqum u tara x-xemx tiela’, l-ghasafar ipespsu madwarek, fejn l-anqas dubbiena ma ddejqek jekk tigi ddur mieghek, u l-hsieb li trid timxi u tesplora aktar”, wegibni Steve.
Sfortunatament hafna jaqtghu qalbhom jghabbu u jippreparaw l-affarijiet mehtiega ghal camping. Tlabtu jghaddi xi parir dwar dan il-fatt.
“Jien inhobb nghid lil dak li jkun biex jaghmel il-lista mehtiega ta’ affarijiet. Malli tkun lesta, jerga’ jdurha u jekk jista’ jkun jaqtghu nofs l-affarijiet. Jekk wiehed ikollu l-affarijiet bazici mieghu jista’ jitlaq jikkampja bla ebda taghbija zejda. Dawn jinkludu basket tajjeb li jerfa’ t-toqol fuq il-genbejn u mhux fuq id-dahar, boots tajjeb li ma jidholx ilma go fih, tinda, first-aid box, kipmat (li jaqta’ l-kesha tal-art), xugaman, ilma, sarong u beritta. Wiehed jista’ jgorr mieghu wkoll xi mosquito repellent. Fil-kaz tieghi m’ghandix inkwiet, ghax ghal xi raguni ma jdurx ghalija n-nemus”, tbissem jghidli Steve.
Min-naha l-ohra, ssib diversi persuni li jsostnu li camping ma jmorrux ghall-fatt li ma jsibux mezz biex jinhaslu sew. Tlabt lil Steve jghidli hemmx xi soluzzjoni ghal dawn il-persuni. “Jezistu portable showers li jiddendlu mas-sigar. Ma tippretendix li fin-natura ser tinhasel sew, izda li tinqeda u titlahlah iva possibbli, kemm dak li jkun inehhi l-gharaq u l-melh f’kaz li jkun niezel jghum”.
Staqsejt ukoll lil Steve meta huwa l-ahjar zmien ideali ghal camping f’Malta. Ir-risposta tieghu kienet li l-ahjar perijodu huwa minn Jannar sa Mejju. “F’dawn ix-xhur fl-opinjoni tieghi ma tkunx tant shana fis-sens li thallik timxi sew, ghalkemm hemm riskju ta’ xita u maltemp. Imma dik insostni li hija parti mill-avventura waqt camping. Vera li gieli gara li waqt li kont qed ntella’ t-tinda, jibda dulluvju ta’ xita. Minix se nghid li l-moral jibqa’ tajjeb, imma pacenzja. F’dak il-kaz ikolli nistkenn x’imkien bhal f’xi girna nistenna x-xita tieqaf.
Fl-ahhar mill-ahhar din hija parti minn loghba, li mhux kulhadd jiehu gost biha”, spjegali Steve.
Bzonn ta’ aktar harsien lejn in-natura
Qajjimt il-punt dwar id-diversi lokalitajiet li ghandna f’Malta adattati ghal camping, imma min-naha l-ohra ddiskutejt ma’ Steve dwar il-biza’ li forsi xi darba ghad jinqered kollox.
“Bhala tlett lokalitajiet ufficjali ha nghid hekk bil-ligi fejn wiehed jista’ jikkampja ghandna il-Bajja ta’ St Marija f’Kemmuna, l-Ahrax tal-Mellieha u Ghajn Tuffieha. Il-ftit li hawn sfortunatment il-poplu stess qed jeqirdu bil-mod. Gieli ssib fridges u skart iehor mormi bl-addocc. Nispiccaw inbatu l-konsegwenzi ahna stess ‘l quddiem. Il-Malti sfortunatament jitghallem wara li jispicca jpatti ghal konsegwenzi. Nispera li l-ftit lokalitajiet jibqghu hemm ghal min irid igawdihom fl-istat naturali taghhom”, sostna Steve.
Esperjenza ta’ camping barra minn Malta
Is-sena l-ohra, Steve kien mexa 240 kilometru mifruxa fuq ghaxart ijiem shah fil-Portugall (Camino de Santiago de Compostela).
Prattikament din hija mixja li tiehdok mill-Portugall sa Spanja. Anki nghidha taqtali nifsi. Izda ghal Steve din hija naturali.
“Kont ispirajt ruhi minn ktieb partikolari li kont qrajt. Il-filosofija tal-awtur kienet live and let live, li prattikament hija l-istess teorija li nimxi maghha jien. Meta ghamilt din il-mixja kollha, stajt nesperjenza l-istess haga dak li kien ghadda minnu l-istess awtur li rrakonta fil-ktieb tieghu. Esperjenzajt xenarji godda, mixi f’nofs foresta fejn ma tkunx taf il-lingwa imma xorta tinqeda, u fejn l-ghajnuna qatt ma naqset minkejja n-nuqqas ta’ kommunikazzjoni bil-lingwa”.
Xtaqt inkun naf id-differenza bejn tikkampja f’Malta ghal camping barra minn Malta. “Id-differenza li rajt jiena hija li barra minn Malta tesperjenza aktar kesha barra. Xi haga ohra hija li f’Malta tkun ‘l boghod minn nies xi zewg kilometri biss u jekk jinqala’ xi haga kull ma trid taghmel telefonata u se ssib min jista’ jghinek, filwaqt li barra minn Malta dejjem tkun dawk l-ghaxar kilometri ‘l boghod mill-lokal, fejn bilkemm tkun taf lil min ser iccempel ghal xi ghajnuna. Izda kollox ma’ kollox jien persuna li norqod kullimkien u l-avventuri ma jdejjquni xejn”, sostna Steve.
Avventuri waqt camping
Fost avventuri li semma mieghi Steve, irrakkontali meta darba waqt camping ma’ shabu kienu waqghu zewg calamaontes hdejhom li kienu qed jiggieldu flimkien. Spicca biex hu u shabu qattghu xi siegha u nofs jigbdu r-ritratti lil dawn il-calamaontes. Avventuri ohra li jgawdu Steve u shabu huma meta jistadu ghall-hut u wara jiekluhom waqt il-camping, jew inkella xi climbing ma’ Wied Babu.
Avventura ohra li jqisha mportanti hija meta jaghmlu xi serata jixorbu.
“Minix qed nippuxja x-xorb alkoholiku, izda litteralment wiehed jista’ jitkaxkar sat-tinda. M’hemm l-ebda periklu ta’ sewqan jew inkonvenjenzi ohra”, spjega Steve.
campinginmalta.com
Ufficjalment, madwar sentejn ilu, Steve flimkien ma’ zewg persuni ohra holqu sit lokali taht l-isem, www.campinginmalta.com.
Prattikament dan huwa sit fejn tinghata hafna informazzjoni fuq trekking u camping, u ghajnuna ohra ghal min jixtieq jorganizza gruppi. “L-idea tal-website harget wara li kont iltqajt ma’ grupp li urew ix-xewqa li xtaqu jikkampjaw, però min-naha l-ohra ma kellhom xejn biex jikkampjaw. Kont hadthom jien stess bil-preparamenti kollha f’idejja. Minn hemm ‘l quddiem hareg il-hsieb li nibda norganizza gruppi ta’ dan it-tip”, stqarr Steve.
Fl-ahharnett tlabtu jghaddi messagg lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta.
“Il-camping hija kwistjoni ta’ xi haga li thobb jew ma thobbx. Il-messagg tieghi huwa thammgux in-natura u ibzghu ghaliha. Billi jkollok karta ghar-rimi u titfaghha fil-but ma jkun gara xejn flok tarmieha fl-art. Jien nifimha li post li ser terga’ tirrikorri fih, trid thallih kif sibtu. Il-Malti jehtieg li jiehu hsieb aktar tan-natura tieghu”, temm jghidli b’dan il-messagg tieghu, Steve.

Minn david mangion, January 10, 2010
Minn michael c bonnici
,
January 10, 2010 Regards. Michael C Bonnici
| < Prev | Next > |
|---|







i can take a loook at the web site ----------------
thanks
francois cassar.