Bl-ghajnuna t’Alla bdejna sena gdida. Min jaf x’se jkollna din is-sena? Min jaf x’se toffri din is-sena?
Nispera li tkun sena tajba ghal kulhadd. Pajjizna ghaddej minn zminijiet difficli hafna bhal hafna pajjizi ohra, b’konsegwenza li hafna familji qed jaqghu lura. Nispera li l-Gvern Nazzjonalista jilqa’ din is-sena 2010 b’impenn kbir lejn it-tkattir tal-gid ta’ kull wiehed u wahda minna.
B’fiducja shiha, nemmen li b’sagrificcju minn kull wiehed u wahda minna u impenn assolut u genwin tal-Gvern Nazzjonalista, nistghu naslu biex nilqghu dawn l-isfidi b’kuragg ghall-futur ta’ pajjizna.
Imma l-mistoqsija li verament wiehed jistaqsi: Kemm verament il-Gvern Nazzjonalista ghandu impenn assolut u genwin lejn il-gid tal-poplu Malti u Ghawdxi?
Kulhadd ghadu jiftakar meta ftit tal-gimghat ilu thabbru t-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. Il-Gvern Nazzjonalista taha prova ohra tal-arroganza li qieghed jimxi biha. Dan il-Gvern lanqas kellu d-dicenza jikkonsidra t-tbatija zejda li dan ser igib fuq il-familji Maltin.
Eluf ta’ familji Maltin u Ghawdxin se jkollhom ihallsu iktar f’kontijiet tad-dawl u l-ilma, bil-konsegwenza li l-kumpens ghall-gholi tal-hajja u s-sussidju li l-Gvern habbar fil-Bagit 2010, se jittieklu miz-zieda mhabbra.
Dawn it-tariffi l-godda mhux biss ikomplu jzidu tbatija fuq diversi gruppi tas-socjetà izda se jkomplu jnaqqru iktar mill-konsum tal-familji, fi zmien meta pajjizna jinsab ghaddej minn ricessjoni u meta suppost il-poplu jkollu bzonn iktar flus u mhux pizijiet biex ikampa mal-htigijiet ta’ kuljum.
Jew x’nghidu ghar-riforma li qed jipproponi l-gvern fil-kura primarja? Personalment ma naqbilx mal-idea tal-gvern fejn parti mis-servizz tas-sahha pubblika tibda tinghata mis-settur privat.
Nemmen li s-servizz tas-sahha primarja ghandu jinghata mic-Çentri tas-Sahha, u mhux biss jikber l-investiment f’dan il-qasam, imma il-kura primarja m’ghandiex tinghata l-genb minhabba konsiderazzjonijiet ohra li jahseb il-gvern huma importanti meta dan ma ikkonsultax mal-MAM.
Tajjeb li nfakkru li qabel l-ahhar elezzjoni il-Prim Ministru Gonzi kien wieghed solennement li hu mhux se jdahhal hlasijiet fil-qasam tas-sahha. Imma jidher car li hemm dikjarazzjoni li pazjenti se jigu mhegga ma jmorrux direttament fic-Çentri tas-Sahha hlief f’certi kazijiet ta’ emergenza jew ghax ikunu riferuti hemm wara li jkun ezaminahom it-tabib privat taghhom fl-iskema, bi hlas li jkun sar mill-pazjent stess. Dan naturalment jammonta ghal hlas ghas-servizz tas-sahha.
Filfatt wahda mid-decizjonijiet krucjali fil-politika tal-Gvern Nazzjonalista hi li l-Gvern mhux se jikkontribwixxi direttament ghall-hlas tat-tabib fl-iskema l-gdida hlief f’certi cirkostanzi.
Bhal shabi d-deputati, jiena regolarment niltaqa’ ma persuni li qed jghiduli li tnaqqsulhom jew tnehhewlhom beneficcji socjali u sostenn iehor. Mhux hekk biss, imma naf b’familji li rcevew beneficcji tac-children’s allowance mnaqqsa jew sahansitra ma rcevew xejn. L-istess gara fil-kaz tal-bonus addizzjonali, naf anki b’persuni li ma rcevewx il-beneficcji minkejja li ma ghamlu ebda zball u mxew bhal ma jimxu dejjem.
Barra minn hekk, kemm fejn jidhlu children’s allowance u anki diversi beneficcji ohra, bhall-bonus addizzjonali u ohrajn, minn sena ghall-ohra qed jirrizulta diversi tnaqqis fihom.
Jidher bic-car li dan hu rizultat tal-politika zbaljata tal-Gvern Nazzjonalista meta jithabbar il-bagit, ma’ kull zieda ghall-gholi tal-hajja, l-iskali li persuna tkun intitolata li tiehu l-beneficcji jibghu l-istess u mhux jinbidlu b’mod li jirriflettu z-zidiet tal-gholi tal-hajja li jkunu inghataw. B’hekk qed jirrizulta li diversi familji mal-anqas zieda fil-paga jew beneficcji minhabba l-gholi tal-hajja jsibu li mhux vera hadu dik iz-zieda ghas-semplici raguni li beneficcji li jkunu intitolati ghalihom jonqsu ghax ikunu dahlu fi skala oghla u jispiccaw ihallsu aktar taxxi u jitnaqqsulhom il-beneficcji. Dan kollu qed jolqot l-aghar dawk l-eluf ta’ familji f’riskju ta’ faqar.
Qed jolqot ukoll hazin lil dawk tal-klassi medja li kuljum qed jaraw tnaqqir tad-dhul taghhom.
Jew xi nghidu ghal mod kif qed jigu evalwati persuni halli jigi deciz jekk humiex intitolati jew le ghall-beneficcji ghal invalidità.
Jew x’nghidu ghal dawk il-persuni li qed jesperjenzaw nuqqas ta’ medicini moghtija lilhom taht l-iskemi tal-kartuna s-safra u l-karta r-roza. Hafna minn dawn il-medicini huma essenzjali ghall-kura ta’ diversi mard kroniku.
Fl-ahhar xhur saret haga normali li numru sostanzjali ta’ medicini qed ikunu “out of stock”, bil-konsegwenza li pazjenti qed ikollhom jonfqu ghexieren ta’ Ewro.
Dawn huma l-esperjenzi ta’ kuljum li jiena u shabi niltaqghu maghhom regolarment li juri b’mod car in-nuqqas ta’ impenn assolut u genwin min-naha tal-Gvern Nazzjonalista.

| < Prev | Next > |
|---|






