L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti ghal Malta, Douglas Kmiec, f’gurnal lokali bl-Ingliz ta’ nhar il-Hadd 3 ta’ Jannar, kiteb artiklu intitolat “What does neutrality mean?”. B’dan l-artiklu huwa prova jdahhal l-idea li Malta ma haqqhiex tibqa’ zzomm l-istatus ta’ newtralità. Biex isostni dan wasal biex kiteb li l-ebda nazzjon modern ma jista’ jibqa’ newtrali quddiem it-theddida straordinarja li prezentament tezisti ghall-ordni civili (“Yet, no modern nation can remain neutral in the face of extraordinary threat to the civil order”).
Jekk l-ambaxxatur qed ihoss li din l-ghazla taghna li nkunu u nibqghu newtrali hija ghazla li tpoggina s-snin lura, allura ghandi kurzità nkun naf l-ambaxxaturi tal-Istati Uniti ghall-Fillandja, l-Irlanda, l-Awstrija, u l-Izvezja x’qeghdin jiktbu fil-gurnali ta’ dawn il-pajjiz li jinsabu fl-Unjoni Ewropea, u li kollha ghandhom newtralità rikonoxxuta b’mod internazzjonali, bhalma hija dik ta’ Malta.
Naqbel li hemm bzonn li jsir tibdil fl-oghla ligi tal-pajjiz rigward l-artiklu li jirregola n-newtralità, peress li dan inkiteb fi zmien meta fid-dinja kellek l-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti bhala z-zewg superpotenzi tad-dinja. Fil-Kostituzzjoni Maltija, iz-zewg superpotenzi huma msemmija rigward il-kwistjoni tal-uzu tat-tarznari, fejn jinghad li “…..skont il-principji ta’ non-allineament l-imsemmija tarznari jigu mcahhda lill-bastimenti militari taz-zewg superpotenzi”.
It-tibdil kostituzzjonali jixraq illi jsir sabiex il-ligijiet ikunu jirriflettu zminijietna. Izda certament li dan it-tibdil m’ghandux isir minhabba pressjoni ta’ ambaxxatur ta’ superpotenza jew ohra.
Skont il-Kostituzzjoni “Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilhaq il-paci, is-sigurtà u l-progress socjali fost in-nazzjonijiet kollha…”, u jiena cert li jekk niehdu sehem f’alleanzi militari ta’ haddiehor ma nkunu qed naghmlu xejn aktar hlief nheddu l-paci u s-sigurtà li nghixu fiha ahna, u dik ta’ haddiehor.
Il-progress socjali jkolli nhallih barra minn dan l-argument, bil-politika neo-liberali tal-gvern prezenti ma nistghux nirregistraw progress socjali. La semmejt il-gvern, tajjeb li naraw x’reazzjoni se jkun qed jiehu l-gvern ghall-ideat tal-ambaxxatur Amerikan. Sakemm kont qed nikteb dan l-artiklu, l-ebda reazzjoni tal-gvern ma kienet ghadha giet ippubblikata.
Digà inhoss li n-newtralità u s-sigurtà ta’ pajjizna qed tkun mhedda meta f’Malta jkollna zjajjar ta’ bastimenti militari li hafna drabi jiggustifikaw il-prezenza taghhom billi jibaghtu xi grupp bahrin jaghmlu gurnata jbajdu u jkahhlu fil-bini ta’ xi ghaqda jew istitut. Bhala konferma ta’ dan nistghu niehdu l-kaz li sehh fil-Jemen fis-sena 2000, meta l-USS Cole li kien ghad kif telaq minn Malta kien gie attakkat b’mod suwicida u nqatlu sbatax-il bahri.
L-istatus ta’ newtralità jixraq ferm ghal pajjizna ghaliex jiggarantixxi aktar sigurtà gewwa artna, u z-zamma ta’ hbiberiji mll-pajjizi girien u dawk imbieghda.
Li niehdu sehem fil-gwerer ta’ haddiehor billi nissiehbu f’alleanzi militari, ma nkunu qed naghmlu xejn aktar hlief suwicidju nazzjonali. Jekk dan hu dak li l-ambaxxatur irid, ahjar ihabbat bieb iehor!
www.xellugi.blogspot.com
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






