Il-kaz tat-tifel li seraq biex jiekol
L-Agenzija Appogg li kellha l-obbligu li ssegwi l-kaz tat-tifel li nstab hati fil-Qorti li seraq biex jiekol, irrifjutat li tghid ma’ KullHadd jekk segwitx il-kaz qabel u wara li t-tifel tressaq il-Qorti mill-Pulizija fl-ahhar tas-sena li ghaddiet.
Mistoqsija d-direttament x’passi hadet l-Agenzija Appogg qabel it-tifel tressaq il-Qorti u x’ghajnuna nghata mis-social workers taghha f’dan l-istadju u issa li kien deciz il-kaz, l-Agenzija Appogg ipprovat tistahba wara l-ligi tal-protezzjoni tad-data biex ma tammettix li ma segwitx il-kaz.
Kien proprju disat ijiem ilu li KullHadd ghamel kuntatt telefoniku ma’ Sina Bugeja, il-Kap Ezekuttiv tal-Agenzija Appogg fejn staqsa direttament x’ghajnuna tat l-agenzija mmexxija minnha fil-kaz ta’ dan it-tifel.
Fir-reazzjoni taghha Bugeja naqset milli twiegeb b’mod immedjat u talbitna nibaghtulha l-mistoqsijiet bil-miktub. It-twegibiet taghha waslu nhar il-Gimgha li ghadda fejn qaltilna li l-Appogg hija marbuta bil-kunfidenzjalità u ghal ragunijiet ta’ protezzjoni tad-data, “m’ahniex f’pozizzjoni li nizvelaw l-ebda informazzjoni fuq kazijiet partikolari, u lanqas jekk it-tali kaz huwiex wiehed mill-kazijiet tal-Agenzija.”
Dan meta l-gurnal KullHadd bl-ebda mod ma staqsa ghad-dettalji personali tat-tifel, izda x’azzjoni hadet l-Agenzija mmexxija minnha dwar kaz li kien spicca l-Qorti, bil-ghan li t-tifel jinghata l-ghajnuna kollha mehtiega biex ma jergax jikkommetti l-istess reati fil-futur biex ikun jista’ jitrejjaq.
Bhallum tmint ijiem, l-eks Kap Ezekuttiv tal-Agenzija Appogg, Joe Gerada qalilna fil-kapacità personali tieghu li l-awtoritajiet ikkoncernati huma obbligati li jidhlu u jsegwu dan il-kaz, “ghax qeghdin nitkellmu fuq minorenni, qed nitkellmu fuq kaz serju fejn tifel spicca seraq biex jiekol….Nittama li dan il-kaz kien riferut lill-Appogg qabel ma tressaq il-Qorti biex anki f’dan l-istadju s-social workers jaraw kif jistghu jghinu lit-tifel la huwa minorenni. Jigifieri kemm qabel u iktar u iktar issa,” qal Gerada. Huwa argumenta wkoll li dan il-kaz ghandu jirrenkja fil-gholi tal-prijoritajiet tal-agenziji socjali biex jaghtu sigurtà lil dan it-tifel ghax sostna li jekk mhux se jsir intervent issa fl-immedjat biex dan it-tifel ikollu x’jiekol tajjeb, jilbes u min jiehu hsiebu u jedukah, qed nistiednu li jghaddu s-snin u mbaghad is-socjetà tkun trid thallas ghall-atti li dan it-tifel jista’ jaghmel ghax ma jkunx protett min kmieni.
Fid-dawl ta’ fatti li saru pubblici fil-Qorti, u cioè li dan it-tifel safa abbandunat minn ommu wara li missieru safa nieqes, KullHadd staqsa lill-Appogg jekk sarux kuntatti ma’ ommu biex ikun stabbilit jekk din hix f’qaghda li tiehu hsiebu u jekk fl-affermattiv x’irrizulta mill-istharrig li suppost ghamlet. Hawnhekk ukoll l-Agenzija naqset milli twiegeb, u l-istess ghamlet meta staqsejna jekk hux se tkun qed tissottometti talba dwar il-kustodja ta’ dan it-tifel f’isem il-Ministeru ghall-Politika Socjali f’kaz li t-tifel ghadu minorenni.
Inqabdu jhassru
informazzjoni li tpoggi f’dell ikrah lill-gvern
Intant fit-twegiba mibghuta mill-email ta’ Sina Bugeja, KullHadd ircieva dokument (ara ritratt) fejn parti mit-twegiba originali kienet immarkata li kellha tinqata’ barra qabel tintbaghat bhala risposta ghad-domandi taghna.
Hekk kif intebhu b’din il-gaff, il-kelliema tal-Agenzija Appogg cemplet immedjatament titlobna ninjoraw l-email mibghuta minn Sina Bugeja u nikkwotaw dik mibghuta minnha aktar tard. Fil-fatt f’din l-email immarkata bhala “Domandi KullHadd RISPOSTI FINALI UFFICJALI”, l-Appogg hassret dik il-parti tat-twegiba fejn kien zvelat li sallum il-Gvern ghadu ma investiex f’post residenzjali adegwat ghat-tfajliet u guvintur bi problemi serji fl-imgiba taghhom, “liema residenza jkollha struttura adekwata li tindirizza l-problemi taghhom”. Ghalhekk jinghad li mhux dejjem l-Agenzija Appogg permezz tas-social workers tkun tista’ toffri l-ghajnuna intensiva mehtiega.
Huwa fatt maghruf li hafna minn dawn it-tfal u zghazagh qeghdin jispiccaw fl-Isptar Monte Carmeli flimkien ma’ pazjenti ohrajn li ghandhom problemi psikjatrici.
Aktar tard il-kelliema tal-Agenzija Appogg regghet ghamlet kuntatt maghna biex tikkonferma li ma konniex se nippubblikaw dik il-parti tat-twegiba li Sina Bugeja riedet thassar mit-twegiba originali.
Min-naha tieghu KullHadd irrifjuta li jkun komplici fil-mod ta’ kif l-Agenzija Appogg riedet tahbi xtur in-nuqqasijiet tal-gvern u sostna li konna se nippubblikaw ukoll dik il-parti fejn jinghad minnhom stess li f’pajjizna, fis-sena 2010 ghad m’ghandniex dik li fi kliemhom sejhula bhala “residenza adekwata” biex tindirizza b’mod xieraq dawk it-tfajliet u l-guvintur bi problemi serji fl-imgiba taghhom u li ghalhekk sallum, is-social workers mhux dejjem qed ikunu jistghu joffru l-ghajnuna intensiva mehtiega minnhom.

| < Prev | Next > |
|---|






