Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Austin Gatt igezwer l-ADT fl-ATM bl-istess ucuh

E-mail Print PDF
Share

img_3192Wara li falla milli jikkordina l-awtoritajiet tat-trasport


Id-decizjoni tal-Ministru ghat-Trasport Austin Gatt li jigbor f’struttura wahda t-tliet awtoritajiet tat-Trasport f’dik li mill-bidu tas-sena bdiet tissejjah ATM (Awtorità ghat-Trasport ta’ Malta), qed titqies minn persuni midhla tal-istess awtoritajiet bhala paraventu biex tghatti l-inkompetenza u n-nuqqas kbir ta’ trasparenza li kkaratterizzat l-operat taghhom, minn mindu ha tmexxija taghhom.


Imkejjen qrib dik li kienet l-Awtorità Maltija dwar it-Trasport (ADT) zvelaw ma’ KullHadd li fil-prezent ghaddej manuvrar qawwi biex dawk tal-“klikka” jinghataw pozizzjonijiet b’salarji qawwija u perkacci sostanzjali fl-ATM li bdiet topera ufficjalment minn dak li kien il-Malta Maritime Centre, il-Menqa, il-Marsa.

“Bi staff demoralizzat u konfuz, kien biss issa li l-ministru Austin Gatt ta l-go ahead biex jinhargu sejhiet ghall-applikazzjonijiet ghal diversi postijiet fl-awtorità l-gdida. Ghaddew sentejn u kien biss issa li ddeciedew li jikkonsidraw il-pozizzjonijiet ewlenin. Min qieghed imexxi lil min,” staqsew l-imkejjen taghna qrib l-awtorità waqt li zvelaw maghna ismijiet ta’ whud mill-persuni li qed jigu kkonsidrati ghal dawn il-postijiet.

Dawn jinkludu lil Daniel Borg Mizzi, li sallum baqghet tokkupa l-kariga ta’ Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici tal-ADT, Konrad Pule ufficjal imlahhaq fl-ADT, Gilbert Aguis manager f’dak li kien id-Direttorat tal-Licenzji u l-Ittestjar (LTD) u Vince Micallef Pule.

“Ovvjament l-applikazzjonijiet li nfethu huma farsa shiha ghax “tal-klikka” digà jafu fejn se jsibu ruhhom”, qalu l-imkejjen taghna f’din l-awtorità l-gdida bl-istess ucuh.

Fost il-karigi krucjali li thallew battala f’dawn is-sentejn u li mistennija jimtlew fil-gimgat li gejjien hemm dak ta’ Corporate Services Directorate, Senior Manager (Finance), Financial Controller, Human Resources-Senior Manager, Media and Customer Care-Senior Manager, Land Transport Directorate-Chief Operating Officer, Road Transport Licensing-Senior Manager Public Scheduled Transport Manager, Port Directorate, Chief Operating Officer u Senior Manager Merchant Shipping Directorate u Senior Manager (Technical).

F’Dicembru li ghadda, KullHadd zvela li t-tmexxija tal-Awtorità l-gdida kienet se tkun f’idejn l-oghla ufficjali ta’ dik li kienet l-Awtorità Marittima Maltija (MMA),      b’Mark Portelli mahtur minn Austin Gatt bhala Chairman tal-ATM.


Din l-ahbar kienet ikkonfermata minn stqarrija li hareg il-Ministru Gatt gimgha wara fejn qal li l-Kabinett kien approva lil Portelli bhala Chairman tal-awtorità l-gdida waqt li Simon Vella, eks Chairman Ezekuttiv tal-ADT spicca rrelegat b’dizappunt kbir ghalih personali ghal chairman ta’ wiehed mit-tliet kumitati godda tal-Awtorità l-gdida.

Baqghu jithallsu l-eluf

Xahar ilu, proprju fil-11 ta’ Dicembru li ghadda KullHadd staqsa lill-kelliema tal-Ministru Austin Gatt jekk l-ufficjali li sa dakinhar kienu ghadhom qeghdin jokkupaw il-karigi ta’ chairman u/jew chairman ezekuttiv fl-ADT, l-MMA u l-Avjazzjoni Civili u li kienu se jigu rrelagati ghal pozizzjoni ta’ chairman ta’ kumitat fl-ATM, kinux se jibqghu bl-istess salarji, perkacci u beneficcji kbar ohra li kienu jgawdu minnhom kemm damu fil-karigi rispettivi taghhom.


Ghalkemm ghadda xahar minn mindu bghatna l-mistoqsijiet taghna, il-Ministeru ta’ Austin Gatt baqa’ ma  ta l-ebda spjegazzjoni dwar kemm fondi pubblici se jkunu qeghdin jintuzaw biex jiffinanzjaw din l-awtorità.

Din l-attitudni ssegwi l-atteggjament adottat minn Daniela Borg Mizzi, fl-ahhar sentejn fejn diversi artikli u ittri fil-gurnali bi kritika ghall-ADT bhal dawk ta’ Lorna Borg, Anthony Girard u Undine Lieberwirth baqghu sallum mhux imwiegba. L-istess attitudni kienet adottata fil-konfront ta’ numru ta’ gurnalisti fejn baqghu bla twegibiet ghall-mistoqsijiet mibghuta lill-PRO tal-ADT.

Dan il-fatt kompla johrog fid-deher nhar il-Hamis li ghadda, meta Borg Mizzi rrifjutat li tattendi ghall-programm Realtà li jixxandar fuq ONE TV,  minkejja l-istedina kontinwa li saret mill-prezentatur.

Interesssanti l-fatt li l-ewwel persuna li deheret fuq it-televizjoni jirrapprezenta lill-ATM f’dibattitu pubbliku kien konsulent anzjan part-time ta’ dik li kienet l-ADT u li ma kellu l-ebda twegiba ghall-mistqosijiet skjetti li ghamillu l-prezentatur.

Fil-fatt il-konsulent part-time li ntbaghat jirrapprezenta lill-Awtorità l-gdida ma wiegeb xejn matul il-programm dwar bosta progetti li kellhom jitwettqu mill-ADT f’diversi toroq, bhall-progett ta’ Triq Anton Buttigieg, iz-Zejtun u l-progett ta’ foot bridge fil-bypass tal-Imriehel biex  jitnaqqsu l-fatalijiet li jsehhu minn zmien ghal zmien f’dawn it-toroq. Tul il-programm deher evidenti li l-konsulent part-time ma kienx infurmat b’dak li kien ghaddej fl-ADT u evita kemm seta’ mistoqsijiet diretti li kellha l-obbligu li twiegeb   Daniela Borg Mizzi (impjegata specifikament ghal dan ix-xoghol), bhal fil-kaz ta’ fejn marru l-flus ghall-kampanja Safety First, imnedija mill-eks ministru tat-Toroq Jesmond Mugliett dwar is-sigurtà fit-toroq Maltin.


Kumpens iehor minn fondi pubblici

Intant wara li fl-20 ta’ Dicembru li ghadda zvelajna r-rizenja baxx baxx ta’ Ray Attard minn Kap Ezekuttiv tal-ADT, KullHadd jista’ jikkonferma li t-tax payers se jkunu qeghdin johorgu eluf kbar ta’ ewro f’kumpens. Dan ghall-fatt li Attard kellu l-impjieg tieghu tterminat sena qabel ma ntemmlu l-kuntratt mal-ADT. Dan il-kumpens minn fondi pubblici jsegwi dak ta’ Anna Cali, maghrufa bhala Anna Padovani li nghatat is-somma ta’ €35,000 minkejja li bord ta’ inkjesta mahtur mill-istess awtorità kkonkluda li din l-ufficjal uriet nuqqas ta’ kompetenza meta kienet qed tmexxi process ta’ reklutagg li rrizulta li kien wiehed irregolari.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata