Supremazija assoluta ta’ Birkirkara izda b’finishing fqir u kellha tasal l-ahhar minuta tal-partita biex il-Karkarizi accertaw ir-rebha minkejja li kontra tim zghir bhal Dingli Swallows. Wiehed irid isemmi li minkejja li suppost li kellhom partita facli B’Kara hassew ferm in-nuqqas taz-zewg plejers teknici taghhom Bajada u Mallia. Ovvjament din mhix skuza biex wiehed jiggustifika d-diffikultà li B’Kara sabu biex jiskurjaw u kellhom isofru daqshekk biex jaccertaw mit-tliet punti tal-partita. B’din ir-rebha B’Kara issa telghu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma’ Qormi.
Min-naha ta’ Dingli, dawn baqghu wahidhom fl-ahhar tal-klassifika b’possibilitajiet verament zghar li stagun iehor jibqghu mal-kbar. Huma laghbu din il-partita b’qalbhom kollha izda naturalment li kontra timijiet kbar il-qalb biss mhux bizzejjed.
Il-partita bdiet u baqghet b’B’Kara fuq l-attakk. Fid-disa’ minuta pass ta’ Galea lejn Cilia izda dan wahdu quddiem il-gowler Farrugia xehet barra bi ftit.
Fit-13-il minuta kross ta’ Galea mil-lemin, il-gowler Farrugia ma zammx u dahal SYLVANO COMVALIUS li b’xutt b’sahhtu fetah li skor.
F’reazzjoni Dingli kellhom freekick ta’ Conceicau u daqqa ta’ ras ta’ Okonkwo giet salvata mil-gowler Mora.
Fit-28 minuta Fenech ghal B’Kara rebah ballun lil Formosa, dahal qrib mix-xellug izda xxuttja barra. Dingli regghu ppruvaw u fid-39 minuta pass ta’ Doda lejn Da Silva li gie angolat quddiem Mora, xxuttja u laqat il-mimduda.
Fit-tieni taqsima l-attakki denji ta’ nota kienu kollha fuq il-lasta ta’ li Swallows. Fit-53 minuta kross ta’ Cilia mil-lemin u Comvalius ixxuttja barra minn qaghda tajba. Ftit wara kross ta’ Paris mil-lemin u daqqa ta’ ras ta’ Comvalius salvata mill-gowler Farrugia.
Fis-67 minuta pass ta’ Comvalius, u xutt b’sahhtu ta’ Zerafa salvat f’korner mill-gowler Farrugia. Fit-73 minuta Cilia qassam mil-lemin lejn Galea, dan lura lejn Tabone u x-xutt ta’ dan tal-ahhar imur gholi. Hames minuti wara kross ta’ Zerafa mix-xellug u xutt ta’ Galea mal-art li Farrugia salva fil-lasta ta’ Dingli.
Fl-84 minuta Comvalius mix-xellug lejn Galea li minn quddiem il-lasta ta’ Farrugia ma laqatx il-ballun u tilef okkazjoni facli li jirdoppja u jserrah mohh il-Karkarizi. Finalment fid-89 minuta wasal is-serhan ir-ras b’gowl li gie minn pass ta’ Fenech lejn Comvalius, finta ta’ Galea li gabet lil SYLVANO COMVALIUS f’qaghda tajba, dan dahal fil-kaxxa u b’xutt b’sahhtu accerta t-tliet punti ghal Birkirkara.
Skurjaw: Sylvano Comvalius (B) (13 u 89 min).
B’KARA: Mora, Cilia, Bukanac, Misevic, Paris, Tabone (Pulo 79), Muscat, Zerafa (Camilleri 88), Fenech, Galea, Comvalius (Scicluna 90).
DINGLI S: J Farrugia, Briffa, Conceicau (Spiteri 38), Tellus, Formosa, Muscat, Cachia (Doda 31), K Borg, M Borg, Da Silva (Zarb 76), Okonkwo.
REFEREE: Andrè Arciola
PLEJER TAL-LOGHBA: Paul Fenech Birkirkara.

| < Prev | Next > |
|---|






