Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Indhil fl-adozzjonijiet tat-tfal?

E-mail Print PDF
Share

dscf1288Il-Ministeru ghall-Politika Socjali ma cahadx li ufficjal fil-ministeru ndahal fil-process tal-adozzjonjiet tat-tfal immexxi mill-Agenzija Appogg biex koppji jaddottaw qabel ohrajn li ilhom jistennew snin shah fil-lista ta’ stennija.


Mistoqsi direttament jekk il-Ministeru hux konxju li sar indhil minn ufficjal fil-ministeru fil-unit tal-adozzjoni tal-Agenzija Appogg biex koppji jadottaw qabel ohrajn, il-Ministeru ma cahadx li sar dan l-indhil, izda wiegeb li m’hemmx lista ta’ stennija ghal dawk li jridu jadottaw. Qal li l-lista ta’ stennija tezisti biss biex applikanti jkunu jistghu jibdew il-kors necessarju biex jinbeda l-process ta’ adozzjoni.


Jiehdu prijorità fuq ohrajn

Il-Ministeru qal li meta genituri prospettivi jibdew kuntatt mal-Agenzija Appogg biex ikun jista’ jinbeda l-process tal-adozzjoni, issir analizi inizjali tal-kaz skont l-informazzjoni li jaghtu l-applikanti. Qal li normalment l-applikanti jitpoggew fuq lista ta’ stennija biex ikunu jistghu jibdew il-kors obbligatorju qabel ma jkun jista’ jitkompla l-process, sakemm ma jigix identifikat mill-analizi inizjali tas-social workers li jkun hemm bazi umanitarja ghax dak l-applikant partikolari ghandu jinghata prijorità biex ikun jista’ jaghmel il-kors qabel ohrajn.


Skont il-Ministeru dan jigi deciz abbazi ta’ dak li hu fl-ahjar interessi tat-tfal ikkocernati u wara li jigi diskuss u maqbul flimkien mad-Dipartiment ghal Standards fil-Harsien Socjali li sallum ghadu bla Direttur.


Waqt li m’ghamel l-ebda riferenza ghal indhil li seta’ kien hemm fil-process tal-adozzjonijiet, il-Ministeru qal li l-process ghal adozzjoni hu wiehed delikat u ta’ natura sensittiva u ghalhekk qal li l-Agenzija tesigi li tkun prattikata professjonalità f’kull stadju tal-process.

Mistoqsi b’liema mod il-Ministeru qieghed jassigura li dan il-process jitmexxa bl-aktar mod gust u x’kontrolli u x’verifiki saru fl-ahhar snin biex ikun assigurat li ma jkun hemm hadd li jinqabez minhabba xi ndhil fil-process, il-Ministeru qal li d-Dipartiment ghal Standards fil-Harsien Socjali hu inkarigat minn dan ix-xoghol u li dan id-dipartiment se jkompli jissahhah b’Direttur biex isir aktar robust.


B’riferenza ghall-kors ta’ seba’ gimghat li huma obbligati jaghmlu l-genituri prospettivi biex ikun jista’ jitkompla l-process tal-adozzjoni, il-Ministeru qal li wara l-kors is-social workers jaghmlu zjajjar fid-djar tal-applikanti u li matulhom isiru aktar assessments mehtiega. Qal li dak li johrog minn dan il-process jitnizzel kollu fil-Home Study Report, liema rapport jigi pprezentat lill-Bord tal-Adozzjonijiet (bord indipendenti mill-Agenzija Appogg) skont kif titlob il-ligi.


Il-Ministeru zied jghid li dan il-Bord ghandu r-responsabbilità li japprova jew le jekk dawn il-genituri prospetti jistghux jadottaw. Wara dan, l-adozzjonijiet kollha jridu jigu approvati mill-Qorti u d-decizjoni finali dwar l-adozzjoni tal-minuri ma’ koppja partikolari hija f’idejn il-Qorti.

Emendi fil-ligi tal-Addozzjoni

Intant disa’ xhur wara li l-Qorti Kostituzzjoni ddikjarat li l-ligi tal-adozzjoni hija wahda diskriminatorja, il-ministeru ghall-Poltika Socjali qal bi twegiba li ghada se jkun qieghed iressaq l-emendi f’din il-ligi.


F’April 2009, f’sentenza li nghatat mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kaz tal-koppja Ruth u Silvio Debono kontra d-Dipartiment ghal Standards fil-Harsien Socjali u l-Ministeru tal-Politika Socjali, kien iddikjarat li l-fatt li koppja mizzewga ma tistax taddotta tfal, jekk ma tkunx ilha mizzewga tliet snin, jikser id-drittijiet fundamentali tal-istess koppja li tibni familja.


Din is-sentenza kkonfermat sentenza li nghatat mill-Prim’Awla tal-Qorti Civili hekk kif il-Qorti Kostituzzjonali ppreseduta mill-Imhallef Vincent De Gaetano, kienet qieghda tiddeciedi wara Ii l-awtoritajiet governattivi appellaw mill-ewwel sentenza.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata