Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Applikati r-rati l-godda ghal units ikkonsmati fl-2009

E-mail Print PDF
Share

electric-meterIz-zidiet fit-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma 

B’konsegwenza tad-decizjoni tal-gvern li ma jittiehidx qari tal-arloggi tad-dawl u l-ilma qabel dahlu fis-sehh it-tariffi l-godda fl-1 ta’ Jannar li ghadda, konsumaturi tal-Enemalta u tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma (WSC) se jispiccaw ihallsu units ta’ enegija elettrika u ilma kkonsmati matul l-2009 bir-rati tallum.

Mitlub jispejga x’kienet ir-raguni li ghaliha l-Enemalta u l-WSC ma hadux il-qari tal-miters tal-elettriku u tal-ilma qabel dahlu fis-sehh ir-rati l-godda u jistax jispjega kif iz-zewg korporazzjonijiet se jkunu qeghdin jikkalkulaw bl-ezatt il-konsum tal-elettriku u l-ilma mill-1 ta’ Jannar ‘il quddiem, il-Ministeru t’Austin Gatt qal li bhal ma digà sar fil-passat meta tbiddlu t-tariffi, il-konsum tad-dawl u tal-ilma nhadem pro rata, skont l-Avviz Legali 331/08.

F’dan l-avviz jinghad li kont ghandu jinhadem b’mod li l-konsum ta’ dak il-perjodu jinqasam proporzjonalment skont l-ghadd ta’ granet minn dak il-perijodu li jkunu gew qabel il-gurnata u l-ghadd ta’ granet mill-istess perijodu li jkunu gew wara dik il-gurnata, u l-kont jinhadem skont dawk ir-rati li jkunu japplikaw ghal kull grupp ta’ granet rispettivament.

Fir-risposta mibghuta, il-Ministeru ma tax garanzija li l-konsumaturi se jkunu qeghdin ihallsu ta’ dak li effettivament ikkonsmaw. Fil-fatt huwa injora ghal kollox mistoqsija taghna meta specifikament tlabnih jiddikkjara jekk bis-sistema kif inhi bhalissa, konsumaturi taz-zewg korporazzjonijiet jistghux iserrhu rashom li sa jhallsu ta’ dak li verament ikkonsmaw.

Hames snin u nofs biex ihaddem sistema gdida

Mistoqsi x’inhi r-raguni li sallum ghad hemm dewmien bejn il-meter reading u meta dan jidhol fis-sistema tal-accounting, il-Ministeru ta’ Austin Gatt qalilna li s-sistemi l-godda tal-accounting tal-CRM u tal-Billing gew implimentati u bdew jiffunzjonaw minn propju din il-gimgha.

Intressanti l-fatt li dawn gew implimentati hames snin u nofs wara (Lulju 2004) li l-Ministru Austin Gatt ammetta fil-Parlament fuq mistoqsija tad-deputat Laburista Joe Mizzi li “llum ghandna delay ukoll bejn il-meter reading u meta dan fil-fatt jidhol fl-accounting system”!

Fl-istess seduta parlamentari l-ministru Austin Gatt kien qal li qed jinvestigaw CRM systems on long term ta’ sentejn biex il-qari tal-arloġġi, kemm tad-dawl kif ukoll tal-ilma, ikunu jistghu jittrazmettu d-data minn fuq il-power line.    B'hekk qal li kellna nidhlu ghal sistema totalment gdida ta' CRM reading fejn prattikament kuljum tkun tista’ taqra l-arlogg ghax permezz tal-power lines tkun tista’ tittrazmetti d-data minnhom.

Hames snin u nofs minn din id-dikjarazzjoni l-Ministeru ta’ Austin Gatt qed jghid li l-qari instantanju tal-miters qed jiddahhal bl-introduzzjoni tal-ismart meters. Qal li meta titlesta, Malta se tkun l-ewwel pajjiz fid-dinja b’sistema ta’ qari immedjat tal-miters fil-pajjiz kollu.

Sadanitant il-gvern baqa’ ma tax garanzija li l-units kollha li l-konsumaturi Maltin u Ghawdxin ikkonsmaw bejn April u Dicembru 2009 se jhallsu ghalihom bir-rati tas-sena l-ohra u mhux bir-rati fenomali li ddahhlu proprju fl-1 ta’ Ottubru 2008 u li regghu gew applikati mill-1 ta’ Jannar li ghadda minkejja t-trahhis fil-prezz internazzjonali taz-zejt.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata