Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Lura ghaz-zminijiet tad-dlam

E-mail Print PDF
Share

Aktar kmieni din il-gimgha, mill-Parlament harget l-informazzjoni inkwetanti mit-twegiba tal-ministru Austin Gatt ghal domanda parlamentari tad-deputat Laburista Noel Farrugia, li fl-ghaxar xhur bejn Jannar u Ottubru tas-sena li ghaddiet, kien hemm 2148 dar u 459 negozju li l-Korporazzjoni Enemalta ddecidiet li taqtghalhom il-provvista tal-elettriku ghax ma thallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Tajjeb li jinghad li fl-2005 kienu biss 232 dar li spiccaw bil-provvista tal-elettriku  maqtughha ghax ma hallsux il-kont.

Din iz-zieda allarmanti ta’ ghaxar darbiet iktar fin-numru ta’ djar li spiccaw bil-provvista tad-dawl maqtughha, hija prova cara jekk qatt kien hemm bzonnha ta’  kemm qed iggib maghha tbatija u diffikultajiet il-politika insensittiva ta’ Gonzi u shabu li jghabbu fuq il-familji Maltin u Ghawdxin pizijiet esagerati li se jkomplu jitqalu bir-rati tad-dawl u l-ilma kif komplew joghlew b’effett mill-1 ta’ Jannar li ghadda.


Il-familji fil-bzonn

Ic-cifra ta’ 2148 dar bid-dawl maqtugh f’sena wahda, ta’ familji li qed ikolllhom jirrikorru ghal-lampi tal-pitrolju ta’ zmien in-nanniet, anki jekk il-prezz tal-pitrolju wkoll spicca tela’ m’oghla s-smewwiet, tindika kemm kien fieragh u vojt id-diskors kollu li ntqal minn Gonzi & Co li l-familji fl-bzonn kienu se jigu affettwati mill-inqas biz-zidiet recenti fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Mhijiex cajta li f’Malta tal-2010 hawn aktar minn 2000 familja li m’ghandhomx bozza wahda tixghel fid-dar taghhom, m’ghandhomx mishun biex jinhaslu u fridge li tahdem biex ma jmurilhomx l-ikel. Il-gvern Laburista tas-snin sebghin b’ghaqal, bzulija u kuxjenza socjali qawwija, kien gharaf iwettaq mizuri li firxu ix-xibka tal-harsien socjali biex ibieghed ghal kollox il-possibbiltà li qatt xi darba jerga’ jerfa’ rasu dan it-tip ta’ faqar.


Mhux ta’ b’xejn u zgur mhux kumbinazzjoni li propju f’dawk iz-zminijiet kienu sparixxew it-tallaba mit-toroq, li d-dehra taghhom propju fit-triq ewlenija tal-belt kapitali, Kingsway, ma kienet xejn rari fi zmien il-gvern ta’ Borg Olivier. Min qatt kien jobsor li se nergghu lura ghaz-zminijiet tad-dlam fil-veru sens tal-kelma, fejn hawn eluf ta’ familji li huma nieqsa mill-aktar bzonnijiet bazici. Anki l-kaz ta’ dak it-tifel li ttella’ l-Qorti ghax seraq bicctejn cikkulata biex jitrejjaq fuq stonku vojt, huwa wkoll indikattiv taz-zminijiet li qeghdin nghixu.

Fejnhom il-valuri Nsara?

L-ironija hija li huma propju l-mizuri insensittivi u irresponsabbli li qed jinsistu fuqhom ta’ GonziPN li bil-valuri Nsara kollha li jiddandnu bihom, qed jergghu jxettlu din il-mizerja socjali gewwa pajjizna. Il-verità hija li taht il-gvern imexxi minn Dr. Gonzi s-sinjuri saru hafna aktar sinjuri u l-fqir sar aktar fqir.

Il-gvern Nazzjonalista flok jattakka mill-gheruq dak li qed iwassal biex jerga’ jerfa’ rasu l-faqar gewwa pajjizna, jheda fl-illuzjonijiet li ghax tinhataf kull bond issue li jkun hawn, dan ifisser li fil-pajjiz hawn hafna gid li hu mifrux fuq l-irjus. Kollox  jindika li l-parti l-kbira tal-familji Maltin u Ghawdxin qed ikollhom jaghmlu sforzi kbar biex ikampaw mal-kontijiet u jvincu mal-hajja u altru milli qed ifaddlu u ghandhom minn fejn jinvestu. Il-bonds jinhatfu kollha minn ftit mijiet ta’ nies li jifilhu jfaddlu u mill-banek u zgur mhux minn min jaqlaghha u jiekolha.

Haten is-Sur Tranter

Fl-ewwel ghaxar xhur tas-sena li ghaddiet 459 stabbiliment kummercjali spiccaw bil-provvista tal-elettriku taghhom maqtughha ghax waqghu lura fil-hlasijiet tal-kont tad-dawl u l-ilma komparat mal-52 stabbiliment li kellhom id-dawl maqtugh fl-2005 ghall-istess raguni. Naturalment din ic-cifra ma tinkludix lil haten is-Sur Alex Tranter, ic-Chairman tal-Enemalta, li kellu l-privilegg li thalla jakkumula  arretrati ta’ ‘il fuq minn €90,000 li sintendi baqa’ bil-provvista tieghu mhux maqtughha u li dahal fi ftehim dwar kif ghandhom jithallsu l-kontijiet b’lura kumbinazzjoni wara li kien deher rapport f’din il-gazzetta.

Flok jaraw kif se jaghmlu biex jithaffef il-piz minn fuq dahar il-konsumaturi, Gonzi & Co issa se jdahhlu sistema li awtomatikament tiskatta l-hlas ta’ imghax bis-6% jekk ma jsirx il-hlas fiz-zmien stipulat, liema imghax impost se jkompli jaghmilha jzied in-numru ta’ dawk li jaraw lil xulxin bil-lejl bid-dawl tal-lampa tal-pitrolju.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata