Qattajt il-Milied u l-Ewwel tas-Sena gewwa l-pajjiz li hafna jirrikonoxxu bhala ta’ sahha industrijali u finanzjarja ewlenija fid-dinja, l-Istati Uniti tal-Amerika. X’deherli wara l-ewwel migja tieghi f’dan il-pajjiz?
Il-lobby tal-karozzi
Jiena zort zewgt ibliet ewlenin, Detroit u Chicago. Fir-rigward ta’ Detroit, nista’ nghid li din il-belt ghandha kwazi miljun abitant. Greater Detroit tikber ghal hames miljun abitant. Il-belt biss kellha aktar minn zewg miljun abitant aktar minn hamsin sena ilu.
Hija belt illi fil-prezent qed tiffaccja ostakli ekonomici u socjali kbar.
Belt li qed tipprova tohrog mid-dell tal-iskyscrapers tal-General Motors, Ford u Chrysler. Belt illi fiha ma tezistix sistema ta’ ‘underground` jew ‘metro’ ghax sempliciment hekk ried il-‘lobby’ tal-manifatturi tal-karozzi. Belt illi fiha ammont enormi ta’ xoghol jdur ma’ dawn l-istess kumpanniji tal-karozzi, liema xoghol naqas b’mod drastiku f’dawn l-ahhar snin.
Eluf ta’ nies fil-lista tal-qghad. Zoni li ftit zmien mtlew b’ammont kbir ta’ persuni bla xoghol Biex tkompli tghaxxaqha, infaqghet il-buzzieqa tal-proprjetà u llum tixtri dar jew appartament gewwa Detroit ghal nofs il-prezz li kont xtrajtha tlett snin ilu.
Chicago u Detroit huma bliet b’subborgi kbar ta’ nies minn madwar id-dinja kollha. Multi-kulturalizmu abbundanti. Ristoranti li joffru minn ikel Lebaniz ghal dak Lhudi sa dak Messikan. Bliet li fihom il-casinos huma ppakkjati, tallaba li m’ghandhomx ghaxja ta’ lejla, mwahhlin mal-magni tal-loghob fir-riha asfissjanti tas-sigaretti, jaharqu l-ftit dollari li jigbru mill-beneficcji socjali. Bliet li fihom issib centri kummercjali fejn tinnota li verament li x-‘shopping’ huwa sports nazzjonali flimkien ma’ dawk tal-baseball, ‘ice hockey’ u ‘American football’. Bliet, però, li fihom hemm ukoll eluf kbar li mhumiex koperti b’assikurazzjoni tas-sahha u lanqas ghandhom saqaf fuq rashom fejn jorqdu.
Detroit hi belt li qed tbati l-‘brain drain’ ta’ zghazagh li qed jaharbu, biex ifittxu xoghol ftit passi boghod gewwa l-Kanada, jew aktar ‘l isfel fi ‘trendy Chicago’. Belt li qed terga’ tiskopri lilha nnifisha, taccetta r-realtà u tiddiversfika l-ekonomija u tattira nvestiment gdid.
Belt illi tipprezenta hafna opportunitajiet. Int u thares mit-tnejn u sebghin sular tal-GM Tower, thoss is-sahha Amerikana. Thoss il-‘pride’ Amerikana. Il-‘pride’ ta’ sahha ndustrijali mpressjonanti. Thoss il-`pride` li trid terga’ tixpruna l-ekonomija biex terga’ tqum fuq saqajha.
Biza’ kostanti
Tara n-nies jinghaqdu f'ponn wiehed x’hin jisimghu li ftit kilometri boghod, fanatiku pprova jisplodi ajruplan. Thoss il-biza’ kostanti ta’ attakk terrostiku. It-televizjoni u r-radju kontinwament iffukati fuq din it-theddida. Aggornamenti kontinwi tal-ahbarijiet. In-nies ssegwi u tinkwieta.
Mill-banda l-ohra, x’hin kont hemm, hassejt ukoll l-akkoljenza straordinarja ta’ poplu li jilqek kullimkien bi tbissima. Rajt poplu biezel. Xoghlijiet infrastrutturali li jsiru fil-hin u b’mod rapidu. Imbaghad tigi lura Ghawdex u tara lil Marsalforn imfarrak ghax lanqas ‘breakwater’ ma bnew biex jilqa’ ghal maltemp.
Iltqajt ma’ ghexieren ta’ Maltin u Ghawdxin li ghamlu success gewwa l-Amerika. Ohrajn ihossuhom kburin li huma dixxendenti ta’ Maltin u uhud minnhom jitolbuk biex tkellimhom bil-Malti ghax huma mixtieqa ghall-ilsien art twelidhom.
Iltqajt ukoll ma’ poplu li jaccetta lil kulhadd u jara f’kull individwu potenzjal biex jerga’ jqajjem lin-nazzjon fuq saqajh. Poplu li accetta li hemm problemi kbar. Poplu li taht mexxej dinamiku, ghaqli u progressiv, qed jahdem biex jergghu jirpiljaw. Poplu, però, li jrid idawwar il-folja ghax kif qalli wiehed minnhom, `there's light at the end of the tunnel`.

| < Prev | Next > |
|---|






