Il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono qieghda taghmel minn kollox biex bit-tibdil li mistenni jsir fil-Kabinett wara r-rizenja ta’ John Dalli, “l-imperu ta’ Ghawdex” jibqa’ f’idejha.
Wahda mill-ghazliet li qieghed jikkonsidra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, hija li Giovanna Debono tinghata l-Ministeru tal-Politika Socjali, minghajr izda l-qasam tas-sahha.
Ghazla ohra li qieghda tkun kunsidrata minn Lawrence Gonzi hija li l-Ministeru tal-Politika Socjali jinghata lil Dolores Cristina, waqt li Giovanna Debono tinghata l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Iz-zewg ghazliet ikunu jfissru li Giovanna Debono ma tibqax Ministru ghal Ghawdex, u b’hekk titlef “is-sahha li ilha tgawdi fil-gzira Ghawdxija ghal numru konsiderevoli ta’ snin”.
Post Giovanna Debono bhala Ministru ghal Ghawdex ovvjament x’aktarx jittiehed minn Chris Said, li llum jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Nies qrib Giovanna Debono huma tal-fehma li mossa bhal din tkun turija cara ta’ sfiducja min-naha ta’ Lawrence Gonzi f’Giovanna Debono.
Hafna minn dawk qrib Giovanna Debono ma jistghux jifhmu x’inhi r-raguni li Lawrence Gonzi qieghed jimbotta daqshekk lil Chris Said. Filfatt, dawn l-istess nies qrib Giovanna Debono kienu urtati bil-kbir wara li nhar il-Hadd li ghadda, Gonzi fahhar fuq li fahhar lil Chris Said waqt programm fuq ir-radju tal-PN.
Huwa mifhum li Gonzi qieghed jinghata l-parir biex jaghmel dan it-tibdil wara li fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, ghall-ewwel darba f’hafna snin, il-Partit Nazzjonalista ma kisibx il-maggoranza tal-voti fid-distrett ta’ Ghawdex.
Bit-tnehhija ta’ Giovanna Debono minn Ministru ghal Ghawdex, il-PN u Gonzi jittamaw li jkunu qeghdin jibaghtu sinjal lill-Ghawdxin li l-PN fehem il-messagg taghhom.
Min-naha l-ohra, partitarji ewlenin ta’ Giovanna Debono qeghdin iwahhlu f’Gonzi nnifsu ghat-telfien ta’ voti Ghawdxin ghax skont huma “kien hu li dahaq bil-kaccaturi u n-nassaba meta kien segretarju generali tal-PN u weghdhom li kienu se jibqghu jgawdu d-delizzju taghhom”.
L-istess imkejjen f’Kastlija qalu lil KullHadd li Gonzi qieghed jikkonsidra anki ghazliet ohra, ghalkemm huma konvinti li Gonzi digà ddecieda li l-qasam tas-sahha ma jibqax parti mill-ministeru tal-politika socjali, u li jkun hemm ministeru ghalih li kollox jindika li se jinghata lit-tabib Joe Cassar.

| < Prev | Next > |
|---|






