Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tghid narawha lura Malta?

E-mail Print PDF
Share

julie_zahraGhall-intervista tal-lum, ma stajtx niltaqa’ wicc imb’wicc mal-personalità bhalma naghmel mal-ohrajn, ghall-fatt li Julie Zahra qed tghix l-Ingilterra.  B’hekk grazzi ghat-teknologija tal-internet, xorta wahda ghamilt kuntatt maghha u hejjejt din l-intervista ghal din il-pagna.  Inzerta li meta kkuntattjajt lil Julie kienet ma tiflahx bl-influwenza, b’hekk dan kien ifisser li sibt lil Julie f’hin opportun gewwa – komda biex twegibni ghal kull domanda li kont hejjejt ghaliha.


“Lili nnifsi narani socjevoli, però sa certu punt riservata wkoll.  cajtiera, nbati bil-burdati wkoll.  Xi kultant naqra pessimista però jekk inwahhal xi haga f’rasi naghmilha u jirnexxili, rasi iebsa – nahseb xi haga tal-familja din.  Inhobb ukoll nosserva nies madwari u l-post fejn inkun - mhux nifli ta però.  Nista’ nghid li jien persuna sinciera, nhobb nuri lil dak li jkun x’nahseb jew naghti l-opinjoni tieghi, però mur oqghod bija jekk inkun naf li ghandi ragun u xi hadd imerini”, bdiet tghidli dwarha Julie.

Julie ghandha 27 sena.  Hija single u dan l-ahhar bdiet tghix fi Newcastle upon Tyne,l-Ingilterra. Tahdem bhala ghalliema tal-muzika u l-vuci, fiwaqt li kienet u ghadha kantanta.  Bhala passatempi thobb taqra, timxi fil-kampanja u tisma’ l-muzika.


Ghaliha l-muzika hija espressjoni fejn wiehed jista’ jesperjenza f’kull hin u f’mumenti differenti tal-gurnata.  “Il-muzika hija importanti u essenzjali fil-hajja tieghi ta’ kuljum.  Hajti hija mdawwra mal-muzika jew nista’ nghid li l-muzika hija madwar il-hajja tieghi ta’ kuljum kemm ghal gost, bhala xoghol ta’ taghlim u professjonali kif ukoll bhala kantanta”, sostniet Julie.


Bdiet tkanta t’età zghira


Staqsejtha kif ezattament bdiet tinteressa ruhha fil-kant u kemm ilha tkanta.  “Bdejt nitghallem it-teknika tal-vuci ta’ ghaxar snin, però kont digà inkanta ta’ età izghar.  Ta’ erba’ snin kont immur ‘inkanta’ mal-kor tal-parrocca tal-Fgura.  Minn dejjem kont niehu gost inkanta.  Lil papà niftakru jirrekordjani fuq it-tape id-dar – x’memorji”, bdiet tirrakkontali b’certu nostalgija fuqha.


Ziedet tghidli li fejn jidhlu festivals, iz-ziju taghha Joe Julian Farrugia li huwa awtur, kien l-ewwel persuna li hajjarha tippartecipa fihom.  “L-ewwel festival li ppartecipajt fih kien festival li xxandar fuq TVM bl-isem ta’ Sardinella fejn kont akkwistajt it-tieni post.  Dak kien l-ewwel pass fejn jien hadt iktar interess li nkompli nkanta u nitghallem it-teknika”, ziedet tghidli Julie.


Ta’ min jghid li Julie mhix iffukata fuq xi stil partikolari jew uniku ta’ kant.  Madankollu, fl-Ingilterra qed ikollha feedback tajjeb hafna fejn jidhol jazz.  “Madankollu qed nahdem mat-tim tieghi  fejn jidhol l-istil rock.  Apparti minnhekk il-klassiku qatt ma hallejtu warajja u fil-fatt wasalt biex naghmel l-LRSM ukoll”.


Minn solista ghal duo, u terga’ ghal solista


Propjament Julie kienet bdiet tkanta wahedha, imbaghad kienet ghamlet perijodu  ta’ ftit snin tkanta bhala duo li kif qaltli hi stess dan kien gie b’kumbinazzjoni.  “Illum ergajt solista fejn komplejt nistharreg u fejn qed niskopri stili ohra li forsi l-poplu Malti ma kienx daqsekk jaf bix-xoghlijiet tieghi ta’ dawn l-ahhar ftit snin.  F’Awwissu li ghadda gejt propju Malta fejn tajt kuncert gewwa l-Kavallier ta’ San Gakbu”.

Fil-fatt grazzi ghal kumpannija li tiehu hsieb lil Julie - management company – Musical Identity UK, Julie setghet ittella’ dan il-kuncert f’Malta f’Awwissu li ghadda.  “Ghall-bidu ma kontx naf kif kont ser nintlaqa’ mill-pubbliku Malti, peress li kont ili ftit maqtugha u f’Malta qatt ma kont kantajt l-istil jazz, blues u ftit funk.  Però mill-kummenti tan-nies li gew il-kuncerti u mill-kritika li qrajt fuq il-gazzetti, jidher li l-istil intlaqa’ tajjeb hafna.  Mieghi kelli lill-kitarrist Jimi Savage li qed nahdmu flimkien fuq progett partikolari.  Wiehed jista’ wkoll jidhol fil-website www.musicalidentity.co.uk biex jara xi ritratti jew clips ta’ xi whud mill-kanzunetti ta’ matul il-kuncert kif ukoll jaqra iktar informazzjoni dwari u fuq Jimi Savage”.


Hajjitha fl-Ingilterra


Qlibt l-intervista tieghi maghha dwar l-avventura taghha fl-Ingilterra.  Fil-fatt stqarret mieghi li z-zmien itir, tant li issa ilha tghix gewwa Newcastle li jinsab fil-parti ta’ fuq ta’ l-Ingilterra ghal dawn l-ahhar sentejn.


Matul dawn is-snin fl-Ingilterra, Julie sabet postha tghallem il-muzika u t-teknika tal-vuci  (BTEC Level 2 & 3 Performing Arts – Musical Theatre u Performance).  “Ghall-bidu li gejt hawn kont nghallem Newcastle College u issa qieghda All Saints College fi Newcastle stess, fejn nghallem full-time u fejn ukoll gibt full teaching qualification.  Nghallem full-time muzika lil studenti tas-sekondarja, imbaghad nghallem lil studenti tas-sixth form, fejn wara jkomplu l-istudji taghhom gewwa l-universitajiet jew imorru kulleggi ohra tal-muzika u arti”.

Naturalment ma stajtx ma nistaqsihiex x’kien li hajjarha titla’ l-Ingilterra u thalli l-art twelidha Malta.  “Wahda mill-affarijiet li hajjruni nitla’ hawn kienet il-muzika.  Apparti minn hekk qed inkompli nistudja l-vuci kif ukoll ninvesti fija nnifsi fejn tidhol karriera bhala kantanta professjonali u kemm bhala ghalliema fil-muzika u t-teknika tal-vuci”.

Dwar jekk thossix ‘l boghod mill-familja taghha, Julie stqarret mieghi li xi kultant tghaddi minn mumenti fejn timmissja lil tal-familja iktar mis-soltu.  “Ifhem hsibijiet dejjem ikolli fuq tad-dar, però kull gimgha ncempel id-dar jew icemplu.  Kuntatt hemm dejjem.  Differenti minn meta tarahom kuljum però t-telekomunikazzjoni saret iktar importanti kemm ili hawn”.

Staqsejtha jekk tahsibx li l-futur taghha hux ibbazat sabiex tkun fl-Ingilterra, jew jekk fuq kollox ghandhiex xi hsieb li terga’ lura hajjitha Malta.  “Ma nistax nghid.  Li nista’ nghid hu li d-decizjoni li ghamilt biex nitla’ l-Ingilterra kienet tajba immens u naf li ser tiswili tajjeb fil-futur u anki daz-zmien stess”, sostniet Julie.

B’wiccha minn quddiem, Julie tista’ tghid li daret ftit pajjizi mhux hazin bis-sahha tal-kant.  Fil-fatt marret Sqallija ghal Top Sprint, Brussell, l-Izrael, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Amerka f’San Francisco u Detroit – Michigan, u daret hafna pajjizi ohra matul il-promozzjoni tal-kanzunetta ghal Eurovision fosthom l-Ingilterra, il-Latvia, il-Litwanja, il-Macedonja, is-Serbja u t-Turkija.  Illum il-gurnata Julie tkanta gewwa l-Ingilterra.

Hawnhekk ma stajtx ma nelaborax aktar dwar l-esperjenza taghha lura ghas-sena 2004 meta irraprezentat lil Malta bhala duo flimkien Ludwig f’Istanbul fit-Turkija ghall-Eurovision.  Fi kliemha stess, Julie kkonfermatli li kienet esperjenza unika u sabiha minn meta thabbar ir-rizultat f’Malta tul il-preparamenti ta’ wara bin-nies kollha involuti u dawk il-gimghatejn li qattghet fit-Turkija.  “Grazzi ghall-poplu Malti u s-sapport taghhom!  Illum il-gurnata xorta nibqa’ nghid li kienet esperjenza sabiha, però m’hiex l-unika haga li kantanti Maltin ghandhom jaspiraw ghaliha biss.  Hemm hafna opportunitajiet ohra wiehed x’jista’ jaghmel”.

Ghal xi zmien, Julie kienet ukoll tirrecta.  Id-drama ghaliha hija xi haga ohra li tinteressaha, ghalkemm kif qaltli hi stess m’ghandix xi hafna tahrig fiha.  “Kelli esperjenzi sbieh hafna kemm meta rrectajt fi musicals jew plays u pantomini fit-teatri, kif ukoll l-esperjenza li kelli fuq it-televizjoni”.

Hafna llum saru ma jghaddux minghajr internet, specjalment fejn jidhol chatting.  Ridt inkun naf l-opinjoni ta’ Julie dwar dan is-suggett.  “Kemm ili li gejt noqghod l-Ingilterra – MSN, Facebook u issa Twitter insibhom ta’ uzu tajjeb ghalija.  Mhux dejjem ikolli cans noqghod niccettja, però huma mod iehor ta’ komunikazzjoni ma’ tad-dar, qraba u hbieb.  Minix it-tip li noqghod sighat twal, però l-hajja hija iktar interessanti minn hekk”, wegbitni Julie.

B’kurzità ridt inkun naf l-istil ta’ hajja li tqatta’ Julie fi tmiem il-gimgha taghha fl-Ingilterra.  “Meta jasal il-Gimgha normalment noqghod nitghazzen quddiem it-televizjoni nara xi film tajjeb filghaxija b’xi flixkun inbid, sakemm ma mmurx xi kuncert jew ma jkollix xi haga tieghi.  Is-Sibt u l-Hadd studju fit-tul filghodu fejn jidhol kant apparti xi recording jew rehearsals.  Il-Hadd normalment inqum tard, jekk inkun free immur xi dawra x’imkien fil-muntanji jew fejn xi lakes jew xmajjar ghax hawn kollox qrib - bellezza.  Fix-xitwa nahsibha darbtejn peress li jaghmel hafna ksieh, silg u frost brrrrr”, infurmatni Julie.

Dwar jekk tippreferix il-bard jew shana, Julie tippreferi t-triq tan-nofs.  Hadt il-kummenti taghha dwar il-fsied b’mod in generali.  Filfatt infurmatni li thobb titfissed.  “Il-fsied sabih dejjem, però jekk xi darba forsi ghad ikolli t-tfal ma nfissidhomx hafna li naghmillhom il-hsara ghax Il-fsied ihassar l-ulied”.  Staqsejtha wkoll l-opinjoni taghha dwar iz-zwieg.  “Nixtieq nizzewweg - però dan qatt mhu ser tkun taf x’ser jigri fiz-zwieg.  Taghmel l-almu tieghek u kemm jista’ jkun zzomm bilanc f’kollox”.

Hawn min jippreferi xaghar lixx, u hawn min nokkli.  Ghalkemm Julie tippreferi xaghar lixx, sahqet mieghi li jaffaxxinawha nies li jkollhom xaghar afro!!  Dwar il-paragun tal-hajja fl-Ingilterra ma’ Malta, wegbitni li ma tistax taghmel paragun, ghall-fatt li d-differenzi huma kbar!!
Is-sena 2010 tidher li ser tkun impenjattiva hafna ghal Julie, li fil-fatt qieghda thares bil-quddiem ghaliha.  “2010 tfisser CD albums f’zewg generi differenti, gigs f’Londra, recordings u forsi xi kuncert Malta?!  Jien nibqa’ naggorna lill-qarrejja bil-progetti li nkun qed naghmel dejjem”, temmet tghidli Julie.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata