Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Solidarjeta’

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoL-attenzjoni tal-media internazzjonali, kmieni din il-gimgha iffokat fuq it-tragedja kbira li sehhet f’Haiti. Terremot devastanti hasad il-hajjiet ta’ eluf kbar ta’ nies, ghamel herba f’pajjiz li kien gia mifni b’faqar kbir. Persuni li tilfu hajjithom taht it-tifrik ta’ dan id-dizastru naturali. Hajjiet li intilfu wkoll minhabba n-nuqqas kbir ta’ servizzi ta’ salvatagg li ghandu dan il-pajjiz.


L-ahbar wasslet biex diversi pajjizi jibghatu l-ghajnuna umanitarja f’dan il-pajjiz li irid litteralment jinbena’ mill-gdid wara dak li sehh. F’pajjizna wkoll inbdew diversi inizjattivi biex jingabru oggetti u flus b’risq din il-popolazzjoni fqira li kompliet titlef mix-xejn li kellha.

F’sitwazzjonijiet bhal dawn, l-inizjattivi li jkollu pajjizna dejjem iwasslu biex l-ghajnuna tkun wahda sostanzjali u tkompli turi kemm ahna l-Maltin, lesti biex nohorgu minn triqitna biex nghinu lil min ghaddej minn zmien difficli jew minn mumenti bhal dawk li ghaddejja minnu l-popolazzjoni ta’ Haiti.


Pajjizna jiftahar b’dan il-valur tas-solidarjeta’ u tista’ tghid li hija karatteristika ewlenija taghna li nkunu lesti li nghinu meta naraw kawza gusta. Imma f’sitwazzjonijiet bhal dawn, filwaqt li ninghaqad fl-appelli li qed isiru biex nghinu lill-vittmi tat-terremot ta’ Haiti, wiehed jistaqsi kif qed napplikaw is-solidarjeta’ f’pajjizna illum.

Bl-ebda mod ma rrid naghmel xi paragun bejn id-diffikultajiet li qed jiffaccja l-Haiti jew il-fqar li tant ibaghti dan il-pajjiz, izda fl-affluenza li jgawdi minnha pajjizna hija r-realta’ li qed jghix kullhadd f’pajjizna? Kullhadd ghaddej minn sitwazzjoni li ghandu livell ta’ eghjxien dicenti u li jirrispekkja is-sens ta’ abbundanza li xi kull tant inpingu f’mohh in-nies?

Il-faqar, kif tradizzjonalment mifhum, ma tistax tghid li huwa attwalita’ f’pajjizna izda l-incidenza li persuni imissu mal-linja tal-faqar qeghdha tizdied. Dan huwa fatt inkwetanti. Matul din il-gimgha, f’konferenza organizzata mill-Partit Laburista u kordinata mid-Deputat Mexxej Anglu Farrugia, hareg b’mod car illi aktar tfal Maltin qeghdin imissu mal-linja tal-poverta’ liema fatt qed iwassal ghal aktar eskluzjoni socjali. Dan huwa inaccettabbli.

Pajjizna matul is-snin, kien xhieda hajja tal-valur tas-solidarjeta’ mill-mod kif il-poplu jwiegeb ghal sejhiet ta’ ghajnuna, izda fuq livell nazzjonali ha diversi mizuri biex jeghleb l-eskluzjoni socjali. Il-faqar, anke’ jekk relattiv, huwa wiehed milli fatturi li johloq l-eskluzjoni socjali izda mhux l-uniku fattur. Matul is-snin, pajjizna bena’ xibka socjali biex tindirizza forom ta’ eskluzjoni socjali li mill-gdid wasal iz-zmien li nistqasu kemm din illum hija effettiva u kif nistghu nergghu insahhuha.

Ma jistax ikun li minn banda nitkellmu dwar il-valur tas-solidarjeta’ izda fl-istess hin ma nassigurawx li din verament tkun dejjem u kullimkien. Kull decizjoni li tittiehed f’pajjizna trid tkun qed tirrispetta dan il-valur u ghajb ghal dawk id-decizjonijiet li jwasslu biex b’daqqa ta’ pinna, aktar nies jiffaccjaw diffikultajiet godda li jwasslu ghall-eskluzjoni socjali.

Dan kollu jiddependi mis-sensittivita’ li min imexxi ikollu. Min imexxi irid ikun verament jimpurtah mill-kwalita’ tal-hajja li tghix kull persuna f’pajjizna. Ic-cirkostanzi tal-familji kollha Maltin u Ghawdxin ghandu jittiehed kont taghhom u mhux decizjoni mehud skond numri pprezentati f’xi prezentazzjoni kollha grafika izda maqtugha mir-realta’ li partjiet mis-socjeta’ qed jghixu.

Bhalma tajna importanza lil dan il-valur fil-passat, hekk jehtieg li nwettqu fil-futur. Illum, f’kuntest ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea, jehtieg li naraw li l-messagg ewlieni ghal din is-sena li flimkien nindirizzaw u niggieldu l-faqar u l-eskluzjoni socjali fl-Unjoni Ewropea isir realta’. Mhux bizzejjed meta nghidu li z-zmien ta’ ricessjoni jwassal ghal aktar diffikultajiet. Jehtieg nifhmu ghalfejn il-fenomenu tal-faqar qieghed jizdied. Jehtieg li nkomplu nkunu solidali ma’ dawk kollha li soffrew din il-gimgha f’dizastru naturali izda ma nistghu ninsew qatt li madwarna jista’ jkun hemm min qed jistenna li nkunu solidali mieghu wkoll.

www.zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata