Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

F’Malta €8 oghla mir-Renju Unit

E-mail Print PDF

51m3ojqmrrl._sl500_aa280_Il-prezzijiet tal-medicini - Pilloli ghall-kura tal-gogi

Pilloli irrakkomandati mit-tobba Maltin ghal pazjenti, l-aktar anzjani li jkollhom l-gogi/l-ghekiesi kollha ibsin, qeghdin jinbieghu f’Malta medja ta’ tmien ewro aktar minn kemm jinbieghu fir-Renju Unit.

Anzjani li tkellmu maghna din il-gimgha qalu li l-pilloli Seven Seas Advanced Joint Care qeghdin jinbieghu f’Malta ghal prezz ta’ €28 ghal 60 pillola, waqt li pakkett ta’ 120 pillola jinbieghu ghall-prezz ta’ €56.

Mill-banda l-ohra, l-anzjan qalilna li fl-Ingilterra dawn il-pilloli qeghdin jinxtraw b’€20 ghal 60 pillola u meta wiehed jixtri 120 pillola, jhallas €40 u jinghata maghhom 60 pillola b’xejn.

L-anzjan sostna maghna li dawn il-pilloli huma ta’ htiega kbira ghalih minhabba l-problemi li ghandu f’irkupptejh. Qal li dawn il-pilloli mhumiex fuq il-formularju tal-gvern u ghalhekk, irid bilfors jixtrihom. Waqt li sostna li jaghmel sens li l-importaturi Maltin jaghmlu qligh xieraq minn fuq il-prodotti li jimportaw, min-naha l-ohra sostna li dan il-profitt m’ghandux ikun daqstant esagerat li jispicca jbati minnu l-konsumatur.

Wara li d-dhul tal-mekkanizmu li jikkontrolla l-prezzijiet tal-medicini f’Malta ma kellu kwazi l-ebda effett, fl-ahhar bagit, il-Ministru Tonio Fenech qal li matul din is-sena dan il-mekkanizmu kien se jibda jithaddem fuq sistema obbligatorja u mhux aktar volontarja.

Dan wara li investigazzjonijiet li saru fuq 160 prodott medicinali fl-ahhar tliet snin mid-Divizjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni baqghu fil-bicca l-kbira taghhom jinbieghu bil-gholi.

Dan minkejja li d-Divizjoni sabet li kienu qeghdin jinbieghu ferm oghla mill-prezz medju Ewropew.

Interessanti l-fatt li l-unika trahhis fil-prezzijiet tal-medicini f’Malta sar qabel l-elezzjoni generali li ghaddiet meta minn zmien ghal zmien, id-Dipartiment tal-Informazzjoni kien jintuza biex johrog stqarrija tal-Ministeru tal-Finanzi, ihabbar li trahhsu ammont ta’ medicini.

Minn wara l-elezzjoni sallum, ma hargitx stqarrija ohra bhal dawn bil-konsegwenza li ghal dawn ix-xhur kollha, il-Maltin u l-Ghawdxin baqghu jhallsu prezzijiet oghla ghall-medicini preskritti mit-tobba taghhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura