Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Richard Cachia Caruana assenti mis-smigh ta’ Dalli

E-mail Print PDF
Share

picture_2Il-ministru John Dalli nhar il-Hamis li ghadda rnexxilu jhalli mpressjoni tajba fl-ewwel test li kellu jghaddi minnu biex jigi kkonfermat fil-kariga ta’ Kummissarju Ewropew ghas-Sahha u ghall-Harsien tal-Konsumatur.


Galadarba Dalli ghadda b’marki gholjin mill-gharbiel ta’ maratona ta’ tlett sighat ta’ mistoqsijiet u twegibiet mill-membri tal-Parlament Ewropew, ikun imiss li fis-26 ta’ Jannar li gej f’sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu, li jittiehed vot dwar il-Kummissarji kollha nnominati mill-gvernijiet tal-pajjizi rispettivi taghhom bir-responsabbiltajiet kif moghtija lilhom mill-President tal-Kummissjoni Josè Barroso.  Jekk dan il-vot jghaddi mill-Parlament Ewropew, John Dalli u l-bqija tal-Kummissjoni jibdew jiffunzjonaw bhala Kummissarji b’effett mill-1 ta’ Frar.

Ghalkemm Dalli mhux mistenni li jkollu problemi fil-votazzjoni li se ssir hmistax ohra, jekk xi wiehed mill-Kummissarji proposti l-ohra jehel mit-test, kif jidher li jista’ jigri fil-kaz ta’ Rumiana Jeleva li giet nominat mill-Bulgarija, il-procedura tkun trid terga’ issir kompletament mill-gdid, fejn allura l-President Barroso jkun jista’ jbiddel anki r-responsabbiltajiet moghtija minnu.


Filfatt hames snin ilu propju dan li kien gara meta Rocco Buttiglione wehel mit-test u Barroso kellu jbiddel ir-responsabbiltajiet tal-Kummissarji fosthom dawk ta’ Joe Borg, li ghal bidu  kien inghata l-izvilupp internazzjonali u eventwalment spicca bis-sajd.
Jekk jigri dan l-imprevist, mhux biss John Dalli jkollu jistenna ghal aktar gimghat imma anki r-reshuffle fil-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi li trid isegwi jiem wara l-konferma ta’ Dalli bhala Kummissarju. Ikollhom jistennew ukoll dawk kollha li qed jaspiraw u jittamaw li jintlaqtu tajjeb mit-tibdil fil-Kabinett tal-Ministri.


Ghas-smigh quddiem il-Parlament Ewropew tal-Hamis li ghadda, spikkat hafna l-assenza ta’ Richard Cachia Caruana, ir-Rapprezentant Permanenti ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, li f’mument importanti bhal dan ghal Malta kien fid-dover li jkun prezenti. Ta’ min ifakkar li Cachia Caruna kien qed jippretendi li din il-kariga tinghata lilu u mhux lil John Dalli. L-assenza ta’ Cachia Caruana, li minbarra li jokkupa kariga istituzzjonali fil-korp diplomatiku Malti, jokkupa wkoll rwoli strategici fi hdan il-Partit Nazzjonalista, ghal darb’ohra tohrog fil-berah il-qasmiet li ghandu fi hdanu l-PN anki f’mumenti fejn l-interess nazzjonali ghandu jipprevali.


L-assenza ta’ Cachia Caruana waqt is-smigh tal-Hamis li ghadda tkompli tistona aktar u aktar meta tikkonsidra l-fatt li t-tlett MEPs Laburisti Louis Grech, Edward Scicluna u John Montalto u z-zewg MEPs Nazzjonalisti Simon Busuttil u David Casa kienu kollha prezenti ghal dan is-smigh.


Prezenti wkoll ghas-smigh kien hemm membri tal-familja ta’ John Dalli, il-mara tieghu Josette u bintu z-zghira Louisa, kif ukoll il-membri tal-istaff tieghu Edward Demicoli, Frank Zammit u Joanna Darmanin.


Waqt is-smigh tal-Hamis l-MEP Laburista Louis Grech ghamel intervent fejn emfasizza l-bzonn li biex il-konsumatur ikun protett jitwessghu l-possibiltajiet  li jitressqu kawzi kollettivi f’isem numru ta’ konsumaturi li jsibuha difficli li jiehdu l-kaz taghhom il-qorti fuq bazi individwali. Louis Grech semma’ kif is-sena li ghaddiet il-Partit Laburista ghamel azzjoni kollettiva f’isem 18,000 persuna biex tinghatalhom lura l-VAT fuq it-taxxa tar-registrazzjoni tal-karozzi liema taxxa giet iddikjarata li tikser il-ligijiet tal-Unjoni Ewropea.


L-MEP Nazzjonalista Simon Busuttil li bhal Grech kellu dritt li jaghmel intervent waqt is-smigh ta’ Dalli, iddecida li ma jaghmel l-ebda intervent.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata