Ghal Qormi kien ikun bizzejjed punt minn din il-loghba biex izommu posthom f’ras il-klassifika u ghalhekk nizlu ghal din il-partita prudenti b’zewg midfielders quddiem id-difiza, jaharbu kull meta tigi l-okkazjoni minghajr ma jhallu d-difiza miftuha. Valletta min-naha taghhom kellhom idejat differenti u riedu rebha bilfors u ghalkemm kellhom xi cansijiet mitlufa minn Falzon u Doding fost ohrajn b’dan ta’ l-ahhar jitlef l-akbar okkazjoni meta falla penalty, huma kisbu dak li nizlu ghalih, jigifieri t-tliet punti u l-ewwel post tal-klassifika minkejja li b’partita aktar minn B’Kara.
Min-naha ta’ Qormi dawn ukoll tilfu xi cansis minn Effiong, Bartolo u Wellman li setghu bi ftit aktar fortuna jiskurjaw ukoll.
It-tieni taqsima kienet kwazi kollha tal-Valletta b’azzjoni wara l-ohra, bid-difiza ta’ Qormi tirrezisti. Kienet veru hasra li l-bravu gowler ta’ Qormi Farrugia kellu jispicca fuq in-naha telliefa peress li huwa minbarra li salva l-penalty kellu partita mill-aqwa. Barra minn hekk fl-uniku gowl li sofra Farrugia, l-ballun habatlu hazin quddiemu u b’hekk qarraq bih.
Il-partita bdiet b’okkazjoni mohlija minn Qormi meta wara erba’ minuti pass ta’ J Farrugia lejn Camilo izda dan minflok qassam il-ballun, kif kellu jaghmel, ixxuttja hazin u l-okkazjoni inhliet.
Fl-20 minuta Qormi kellhom korner moghti minn J Farrugia lejn Grima li xxuttja minn barra l-kaxxa bil-ballun jghaddi ftit barra. Minuta wara kross ta’ Doding ghal Valletta mil-lemin u daqqa ta’ ras ta’ Falzon tmur gholi.
Fil-25 minuta penalty favur Valletta meta Pace ikkrossja mix-xellug, l-ballun habat ma id Grima u bir-referee qrib issaffar il-penalty. Mill-11-il metru Doding ra lil gowler Farrugia jsalvalu x-xutt baxx tieghu fuq ix-xellug b’titjira ezatta.
Fis-37 minuta kross perikoluz mil-lemin ta’ Briffa ghal Valletta, bil-gowler ta’ Qormi Farrugia ghal-darb’ohra prominenti meta hareg jippancja biex evita l-periklu.
Fid-39 minuta freekick ta’ J Farrugia ghal Qormi u daqqa ta’ ras ta’ Wellman tghaddi ftit barra. Qormi komplew fit-42 minuta meta pass klassiku ta’ Giglio minn bejn id-difiza lill-Effiong izda dan bla ebda ko-ordinazzjoni qabad u xxutta hazin. Minuta wara azzjoni personali ta’ Bartolo ghall-istess Qormi li qabez difensur u xxuttja izda l-gowler Hogg kien pront imblokka azzjoni tassew perikoluza.
L-ahhar attakk tat-taqsima wasal fis-47 minuta minn Valletta meta ghal kross ta’ O’Brien, dahal Falzon u minn qaghda tajba laqat il-ballun hazin biex l-azzjoni sfumat.
It-tieni taqsima bdiet b’attakk ta’ Valleta u harga f’waqta tal-gowler Farrugia meta anticipa fl-art lil Scerri. Fis-56 minuta freekick ta’ Grima ghal Qormi u l-gowler Hogg isalva.
Fit-58 minuta xutt ta’ Doding imblukkat, ballun ghand Pace li bir-ras ra lil Farrugia jsalva.
Valletta komplew jaghfsu ghal gowl tal-vantagg u fil-61 minuta kross ta’ Sammut u daqqa ta’ ras ta’ Briffa tmur ftit gholja. Fil-65 minuta kross iehor din id-darba ta’ Borg u l-gowler Farrugia jippancja b’abbiltà biex bieghed il-periklu. Biex fis-70 minuta jasal il-gowl li rrizulta li kellu jkun dak tar-rebha. Kross mix-xellug ta’ Scicluna, daqqa ta’ ras ta’ TERENCE SCERRI, ballun jahbat mal-art quddiem il-gowler Farrugia u jispicca fix-xibka.
Fid-79 minuta freekick ta’ Sammut ghal Vallett u Farrugia jippancja biex Qormi ghalqu bi freekick fit-82 minuta ta’ Grima u daqqa ta’ ras ta’ Giglio salvata minn Hogg.
Skurjaw: Terence Scerri (V) (70 min)
VALLETTA: Hogg, Bezzina, Briffa, Scicluna, Dimech, Sammut, Pace, Scerri (Zammit 88), Falzon, O’Brien (Borg 46), Doding (E Agius 92).
QORMI: M Farrugia, Dos Santos, Wellman, Sammut, Bondin, Grima, Bartolo, Giglio, J Farrugia (Deguara 81), Effiong, Camilo.
REFEREE: Clayton Pisani
PLEJER TAL-LOGHBA: Kevin Sammut Valletta

| < Prev | Next > |
|---|






