Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF
Sharemark_cutajarBla dubju ta’ xejn, ix-xahar ta’ Jannar igib interess mhux hazin f’dawk kollha dillettanti tal-futbol ghax kulhadd jibda jispekula fuq kif jista’ jissahhah it-tim tieghu. Plejers jissemmew ‘l hawn u ‘l hemm però kif jghidu t-Taljani, troppo fumo e poco arrosto, jigifieri hafna paroli u transferimenti ftit li xejn.
Zgur li r-ricessjoni li laqtet lid-dinja kollha kellha effett mhux hazin fuq id-dinja tal-futbol.
Jekk perezempju thares lejn il-futbol fl-Ingilterra, fil-post fejn hemm l-aktar flus fi sponsors u l-aktar flus investiti fil-futbol, sakemm kont qed nikteb dan l-artiklu, l-ammont ta’ trasferimenti kien vera zghir.
Meta ninsabu f’nofs ix-xahar, mit-timijiet tal-Premiership fl-Ingilterra kienu biss erbgha li akkwistaw plejer. Il-multimiljunarji ta’ Manchester City hadu lil Vieira, plejer li ma tantx gie jiswa flus anki ghaliex irid isib post regolari biex jilghab fit-Tazza tad-Dinja, liema post ma kellux ma’ Inter.
Bhal ma ghamlu Milan bl-akkwist ta’ Beckham, Everton hadu b’self temporanju mill-Istati Uniti lil Landon Donovan. Liverpool hadu b’xejn lil Maxi Rodriguez, u Wigan hadu tliet plejers bi ftit flus jew xejn. It-trend tal-Ingilterra tidher li qed tkun anki fl-ikbar kampjonati madwar l-Ewropa, fejn anki sahansitra Barcellona u Real Madrid ma jidhrux li ser jiccaqalqu wisq.



Il-problemi finanzjarji ta’ bosta mill-klabbs u n-nuqqas ta’ sponsors b’mod generali fid-dinja tal-futbol, jista’ tkun l-ewwel moviment sabiex dan l-isport jerga’ jigi b’saqajh mal-art u b’hekk jigwadanja kulhadd.
Lokalment, is-suq tat-trasferimenti ghandu valur differenti. Dan ghaliex ser jaghti cans lil Hamrun Spartans u Msida St Joseph biex isahhu t-tim taghhom ghal wiehed ta’ livell ta’ Premier, hallieha li Hamrun mir-rizultati li kisbu, ma tantx huma ‘l boghod, anzi forsi huma hafna ahjar minn timijiet li bdew fil-Premier mill-bidu.
Però anki f’Malta, bhal kull pajjiz iehor, il-problemi ta’ finanzi huma ta’ ugiegh ta’ ras ghall-klabbs u ghalhekk hafna qed ikunu kawti fuq l-akkwisti taghhom, filwaqt li jaraw li daqs kemm johorgu flus jergghu idahhlu. Valletta u Sliema naqqsu xi ftit min-numru ta’ plejers fl-iskwadra taghhom, u b’hekk tawhom ic-cans jilghabu banda ohra.
Li gwadanjaw kienu Qormi li kellhom objettivi differenti matul is-Sajf, biex issa sabu ruhhom b’cans tajjeb ghall-Ewropa fil-bidu ta’ sena gdida. L-akkwisti ta’ Stefan Giglio u anki ta’ Matthew Bartolo, jaghtu kwalità lil tim li digà kien qieghed jaghti qalbu fil-grawnd f’kull loghba li jilghab. Issa nistennew x’ser ikun ic-caqlieq fiz-zmien li gej, ghaliex ghalkemm huma hafna l-plejers imsemmija li se jibdlu l-klabb, kif jigri dejjem u kif qed jigri kullimkien, fir-realtà jkunu ftit.



Xtaqt nitkellem ftit fuq is-sitwazzjoni ta’ Liverpool, il-klabb Brittanniku bi storja enormi, li bhallissa ghaddej minn mument difficli.  Ser nitkellem fuq Liverpool ghax laqtitni hafna l-apologija li ghamel il-maniger Rafael Benitez lill-partitarji. Jien ma tantx ghandi simpatija lejn Benitez, u ma naqbilx ma’ dawk li jghidu li Benitez huwa fundamentali ghal Liverpool.
Però wiehed irid jirrikonoxxi li Liverpool ma’ Benitez rebhu, u li Benitez qed juri li fil-maltemp huwa ragel u mexxej. Liverpool li gew eliminati mic-Champions League, nhar l-Erbgha mill-FA Cup u anki ma jinsabux mal-ewwel erbgha fil-kampjonat, qeghdin fi krizi. Krizi anki ta’ fortuna hekk kif plejers fundamentali bhal Torres, Gerrard u Benayoun jinsabu mwegga’.
Però hawn johrog il-karattru ta’ Benitez li qed jipprova jaghti konvizjoni li t-tim jista’ jaghmilha u kemm jista’ jkun malajr johrog minn din il-krizi. Hu qal ukoll li ma jridx ikun egoist, u jekk jahseb fuq il-pozizzjoni personali tieghu, ma jibqax jiffoka fuq il-problemi tat-tim. F’mumenti simili, timijiet ohrajn, specjalment dawk Taljani, forsi kienu jinghalqu fihom infushom u jaghmlu silenzju stampa, però Benitez, b’rispett lejn il-partitarji, ghamel l-oppost.
Tkellem u kompla jitkellem biex il-partitarju tar-Reds jibqa’ nfurmat u jibqa’ maghqud mat-tim li tant ihobb.
Dan huwa ezempju ta’ vera ta’ maniger u mexxej li jekk ma tantx jikkonvincini meta nara lil Liverpool fil-grawnd, ninzalu l-kappell ghal kif qed jisfida l-maltemp.  Bit-tim li ghandhom, ma ndumux ma nergghu naraw lil Liverpool quddiem, jissieltu ghall-unuri. 



U matul dawn l-ahhar gimghat, l-iktar ahbar li spikkat kienet l-attentat fuq il-kowc li kienet qed twassal lill-plejers ta’ Togo ghall-edizzjoni tat-Tazza tal-Afrika. Attentant li gab ukoll hsibijiet fuq l-Afrika t’Isfel, li ser ikun l-ewwel pajjiz fil-kontinent Afrikan li  ser jospita l-fazi finali tat-Tazza tad-Dinja f’Gunju li gej.
L-Afrika mill-ewwel laqghet ghal dan u qalet li bejn fejn gara l-incident, u fejn ser issir it-Tazza tad-Dinja hemm bahar jaqsam.
Jien nahseb li ghandhom ragun u filwaqt li wiehed jiddispjacih bil-kbir ghal dak li gara, wiehed jistaqsi kif tim bhal ma huwa t-Togo ghazel li jivvjaggaw bil-kowc gewwa territorji fejn dawn l-affarijiet sfortunatament jigru ta’ kuljum. Naqbel mad-decizjoni li ha l-President ta’ Togo, li t-tim jirtira mill-kompetizzjoni ghax nemmen li hadd mill-plejers ma kellu mohh il-futbol meta raw dik it-tragedja quddiemhom.
Ghal dak li huwa loghob, mill-partiti li rajt jien ftit li xejn kont impressjonat, anzi kont iddizappuntat bil-loghob ta’ timijiet li ser ikunu fil-fazi finali tat-Tazza tad-Dinja.
Nemmen ukoll li l-FIFA ghandha tintervjeni fuq il-kalendarju tal-kontinent Afrikan biex ma thallix li dawn il-kampjonati jsiru f’dan iz-zmien. Vera li l-futbol fl-Afrika kiber u tjieb, però m’hemmx dubju li dan sar ghax il-plejers Afrikani marru jilghabu fl-Ewropa.
Huma l-klabbs Ewropej li qed ihallsu lil dawn il-plejers, u mhux sewwa li huma jitilfuhom fl-ahjar perjodi. Plejers bhal Toure, Eto’o, Adebayor u Drogba, biex insemmu whud, qed jithallsu miljuni mill-klabbs taghhom u dawn mhu qed jiehdu xejn lura. Kalendarju simili ghal dak Ewropew hija s-soluzzjoni.

Il-gimgha sportiva t-tajba!
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata