Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hlas extra ta’ €39,400 fuq il-progett ta’ Pjazza San Gorg

E-mail Print PDF
Share

12659_192683645661_192560745661_3185628_6573966_nCarlo Schembri, Direttur Artistiku fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi thallas apparti s-salarju tieghu, is-somma ta’ €39,400 fi hlasijiet addizzjonali fuq il-progett ta’ Pjazza San Gorg, jista’ jizvela KullHadd minn sorsi qrib ministeru tal-gvern.


Fl-ahhar jiem, dan il-gurnal gie mgharraf li skont il-procedura normali, xoghol bhal dak li tqabbad jaghmel Carlo Schembri fi Pjazza San Gorg, is-soltu kien isir ‘in house’ permezz tal-professjonisti li ghandu l-gvern fi Project House, il-Furjana, li hija entità governattiva u li ghalhekk ma jkunx hemm hlasijiet addizzjonali fuq ix-xoghol li jsir.

Madankollu, fl-ahhar xhur l-Ufficcju tal-Prim Ministru holoq kariga ta’ Direttur Artistiku biex eventwalment Carlo Schembri, li ghandu hbiberija kbira ma’ Edgar Galea Curmi li huwa s-Segretarju Personali tal-Prim Ministru, ikun jista’ jwettaq xoghol bhal dak li tqabbad jaghmel fi Pjazza San Gorg.


L-imkejjen taghna sostnew li minkejja l-kariga li nghata fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Carlo Schembri thallas apparti s-salarju tieghu, is-somma ta’  €39,400 fi hlasijiet extra.


Mistoqsi minn KullHadd jekk saritx sejha pubblika ghall-kariga li nghata Carlo Schembri fl-OPM, kemm thallas apparti s-salarju tieghu fuq il-progett ta’ Pjazza San Gorg u x’kienet ir-raguni li xoghol bhal dak li sar minnu mhux qed ikun fdat lill-professjonisti li digà ghandu l-gvern, Gordon Pisani, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru kkonferma li ma saret l-ebda sejha ghall-applikazzjonijiet ghal dan l-impjieg u li Schembri thallas €39,400 apparti s-salarju tieghu.


“L-ghazla saret fuq il-kapacitajiet artistici tal-persuna. Id-Direttur Artistiku fuq progetti urbani jikkumplimenta xoghol li jsir minn haddiema u professjonisti fis-servizz pubbliku, li jaghtu servizz tajjeb kif urew fi progetti li gew inawgurati matul l-2009 bhalma huma Pjazza San Gorg, Pjazza Sant’Anna u l-Adventure Park f’Ta’ Qali. Dwar il-progett ta’ Pjazza San Gorg infurmat li l-invoices sottomessi jammontaw ghal €39,400,” qal Pisani.


Aktar tard huwa baghat jgharrafna li: “ghal precizjoni l-ammont globali jinkludi wkoll hlasijiet marbuta ma’ servizzi ta’ animazzjoni, xoghlijiet fuq immagini kompjuterizzati, disinji artistici ezekuttivi u proto-typing u rifuzjoni ghal spejjez maghmula.”

“Lorded over by a hand-picked interior designer”

F’Awwissu li ghadda, KullHadd irrapporta kif Manuel Delia, il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Austin Gatt kellu jirtira kummenti dispreggjattivi li ghadda fil-konfront tal-periti tal-gvern, meta b’mod anonimu f’gurnal bl-Ingliz sejjah lill-periti Maltin li huma tajbin biss ghal xi pavimentar jew promenade ma’ xi bajja.


Il-kummenti ta’ Delia, kienu ppubblikati fi storja li xxandret f’The Times dwar il-progett ta’ Bieb il-Belt fit-30 ta’ Lulju 2009 bit-titlu “Piano had no written Brief. B’mod anonimu Delia ta x’jifhem li l-periti tal-gvern ma kinux kapaci jaghmlu l-progett ta’ Bieb il-Belt, izda li kienu tajbin ghal xi pavimentar jew xi promenade ta’ xi bajja.


B’reazzjoni ghal din l-offiza, zewg ittri fl-istess gurnal mill-President tal-Kamra tal-Periti Vincent Cassar u mill-Union tal-Periti u l-Inginieri tas-Servizz Pubbliku (UPISP) kkundannaw bil-qawwa l-kummenti li saru u talbu li ssir apologija fil-konfront taghhom mill-Ministru Austin Gatt, liema apologija waslet hmistax wara meta Delia assuma r-responsabblità ta’ dak li kien qal b’mod anonimu fil-konfront tal-periti tal-gvern.


Interessanti l-fatt li fl-ittra li l-Union tal-Periti baghtet b’reazzjoni ghall-kummenti ta’ Delia f’Awwissu li ghadda, kienet saret ukoll referenza indiretta ghal Carlo Schembri fejn inghad li kien inaccettabbli u li jmur kontra l-etika professjonali taghhom li kienu qeghdin jigu mghassa minn dan il-“hand-picked interior designer” f’hafna mill-progetti li kienu qed jaghmlu. Fl-istess waqt  talbu lill-gvern biex darba ghal dejjem ma jibqax jittrattahom bhala professjonisti tat-tieni klassi.


Minkejja l-appell b’sahhtu li sar mill-Union tal-Periti f’Awwissu li ghadda, il-Gvern baqa’ ghaddej tant li fuq il-progett tal-Pjazza San Gorg dan “il-hand picked interior designer” thallas €39,400 minn fondi pubblici ghal xoghol li facilment seta’ sar in house permezz tal-professjonisti li hemm fi Project House.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata