Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Anki s-subway tal-Furjana ma lestewx fil-hin

E-mail Print PDF
Share

subway_2_copyLanqas biss inbeda x-xoghol li kellu jkun lest fl-2009


Is-subway li tghaddi minn taht Triq Sant Anna l-Furjana, tinsab fi stat dizastruz anki jekk fl-2009 kellu jsirilha xoghol ta’ manutenzjoni.


Din is-subway tant tinsab fi stat hazin, li bir-ragun, huma bosta n-nies li jippreferu jaqsmu t-triq traffikuza u perikoluza milli jghaddu minn dlam cappa u kull tip ta’ rwejjah u hmieg.

Fi ftit iktar minn ghaxar minuti li l-gurnalista ta’ KullHadd ghamel fuq il-post seta’ jinnotaw minn tal-inqas tmien persuni li ddecidew li jaqsmu t-triq flok juzaw is-subway filwaqt li kienu tnejn li ghazlu li ghandhom jghaddu minn go din is-subway.


Parti kbira minn dan il-passagg ilu gimghat fid-dlam, fattur li jzid il-lok ghal abbuzi filwaqt li jnissel biza’ fost in-nies li jkunu qed jaqsmu fil-hinijiet ta’ filghaxija b’mod partikolari nisa u tfal.


Tul il-passagg hemm ukoll skart u riha tinten immens peress li ghadek issib lil min hu incivili tant li juza s-subway flok latrina.


L-Awtorità dwar it-Trasport (ADT), llum l-Awtorità Maltija ghat-Trasport (ATM), suppost  li lestiet ix-xoghol fuq din is-subway fis-sena 2009, izda din kienet mira ohra ta’ din l-awtorità taht ir-resposabbiltà politika ta’ Austin Gatt li falliet ghal kollox. Incidentalment il-Furjana fejn tinsab din is-subway, taqa’ fil-kostitwenza tal-istess ministru li jigi elett mill-Ewwel Distrett.


Fl-ahhar jiem kien sahansitra d-deputat Nazzjonalista Jean Pierre Farrugia li fil-Parlament qajjem din il-kwistjoni.


subway_1_copyFarrugia staqsa hekk lill-Ministru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni:   “Peress li l-Awtorità dwar it-Trasport intrabtet li x-xoghol fuq is-subways tal-Furjana jsir fl-2009, jista’ l-Ministru jghid ghalfejn dan baqa’ ma sehhx?”


Din id-darba l-iskuza ta’ Austin Gatt kienet li kollox dam izjed minn kif kien ippjanat ghax l-awtorità “talbet xi taghrif addizzjonali ghall-ispecifications dwar tiling suggeriti  mill-kuntrattur.”


Intant mhux l-ewwel darba li l-Kunsill tal-Furjana talab li jsir xi haga dwar din  il-problema u  kien hemm zmien fejn qal li jekk hemm bzonn jkun hu li jiehu hsieb iz-zamma tal-post. Izda kull talba li saret, spiccat waqghet fuq widnejn torox.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata