Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, tinsisti li t-tmexxija taghha fir-rigward tal-isptar generali ta’ Ghawdex tat rizultati tajbin. Dan minkejja li lejn l-ahhar tas-sena 2009 l-Awditur Generali ppubblika rapport li spjega fid-dettal l-abbuzi li thallew isiru f’dan l-isptar filwaqt li progetti li ilhom imwieghda snin ilu ghall-istess sptar, bhas-sala tar-radjologija, baqghu ma twettqux.
Debono qalet dan meta kienet qed twiegeb mistoqsijiet ta’ dan il-gurnal dwar jekk taqbilx li l-isptar generali ta’ Ghawdex m’ghandux jibqa’ taht ir-responsabbiltà tal-Ministeru ta’ Ghawdex li hija tmexxi u ghandu jmur taht ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Politika Socjali.
Dan fid-dawl li mkejjen qrib is-Segretarjat Parlamentari ghall-qasam tas-sahha spjegaw kif lejn nofs is-sena 2009, kienet qed tissemma din il-proposta, liema proposta Giovanna Debono rrezistiet bil-qawwa.
Wara r-rapport tal-Awditur Generali, irjus gholja fl-istess segretarjat regghu bdew isemmu din l-idea. Minkejja dan, jidher car li minn dakollu mhu se jsir xejn ghax sakemm iddum Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, hija zgur mhijiex lesta ccedi l-amministrazzjoni tal-isptar.
Mistoqsija b’mod dirett jekk taqbilx ma’ proposta simili, Giovanna Debono qalet hekk: “Is-sistema tat-tmexxija li ntuzat sa llum fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex tat rizultati sodisfacenti li ssarfu f’titjib sostanzjali fis-servizzi u fl-introduzzjoni ta’ facilitajiet godda gewwa dan l-isptar.”
“Ovvjament dan sar b’koordinazzjoni kontinwa bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u l-awtoritajiet tas-sahha f’Malta. Il-Ministeru ghal Ghawdex huwa mpenjat biex jibqa’ jtejjeb is-servizzi tas-sahha f’Ghawdex kif ghamel sa issa,” temmet tghid Debono f’dikjarazzjoni li tindika bic-car li l-hsieb taghha huwa li hi zzomm kontroll ta’ kollox fil-gzira tat-tliet gholjiet.
Fost hafna nuqqasijiet ohra li semmew fir-rapport tieghu, l-Awditur Generali sab li fuq medda ta’ tlett xhur matul l-2008, hargu mat-tlett elef ikliet iktar minn kemm fil-fatt kien hemm pazjenti rikoverati fl-isptar ta’ Ghawdex.
Min-naha l-ohra waqt li r-rikotta kienet qed tigi kkunsmata jumejn biss fil-gimgha – nhar ta’ Tlieta u Hamis – filfatt kienet qed tinxtara rikotta kuljum, waqt li 40% biss tal-irkotta mixtrija kienet qed tintuza mill-kcina tal-isptar.
Anki fir-rigward tax-xiri tal-hut u l-hobz instabu diskrepanzi kbar.

| < Prev | Next > |
|---|






