Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Qeghdin hemm biex jaqdu lil bniedem?

E-mail Print PDF

img_3294Il-Maltin huma maghrufin fost l-ohrajn ghall-generozità taghhom mal-persuni fil-bzonn. Izda l-generozità taghna tieqaf biss mal-bnedmin?

Kemm naghtu kaz id-drittijiet tal-annimali? Randolph De BattistA ddiskuta dan is-suggett ma’ Romina Formosa mill-Assocjazzjoni ghall-Annimali Abbandunati (AAA). Flimkien maghha, kien hemm Salina, l-kelba taghha li wkoll riedet tghaddi l-punt taghha.

Fl-intervista, Romina temfasizza l-bzonn ta’ gwardjani li jharsu d-drittijiet tal-annimali, filwaqt li tishaq fuq il-bzonn li s-servizz ta’ emergenza tal-annimali jkun riformat biex isir izjed efficjenti u accessibbli.


Bdejna l-intervista b’kelmtejn dwar l-Assocjazzjoni li ilha mwaqqfa mill-1979. “Ahna niehdu ghandna klieb li jkunu abbandunati, jew li jkunu mweggghin, jew gieli anki jigu minn santwarji ohra. Wara li jaslu ghandna, nsewwuhom u noffrulhom ftit imhabba kif nistghu. Bhalissa ghandna 140 kelb u allura l-imhabba taghna trid tinqasam bejn dawn il-klieb kollha.”


“Wara li nikkurawhom u nzommuhom ftit ghandna, nibdew il-process biex insibulhom dar. Li nsibulhom dar hija l-iktar haga essenzjali ghalina ghax iktar ma jkollna klieb li jsibu dar, iktar inkunu nistghu indahhlu klieb ohra li jkunu barra t-triq. Is-santwarju ma jesghax iktar minn 140 kelb, allura malli johorgu hamsa, jidhlu hamsa ohra mill-ewwel.”


Jigifieri meta jidhol kelb, ma jibqax ghandkom permanenti? “Le ahna naghmlu l-almu taghna biex meta kelb jidhol ghandna, isib hajja  decenti malajr kemm jista’ jkun. Nghiduha kif inhi, santwarju mhux il-post ideali fejn ghandu jghix kelb. L-ghan taghna huwa li l-klieb isibu l-post li jixirqilhom.”


Hawnhekk riedet tiehu l-opportunità biex tirringrazzja lil kull min jaghti l-ghajnuna tieghu f’dawn is-santwarji gewwa pajjizna. “Nixtieq niehu l-opportunità biex nirringrazzja lin-nies kollha li jiddedikaw hafna mill-hin taghhom f’dawn is-santwarji, ghaliex kieku ma jkunx ghas-sostenn taghhom, zgur li dan ix-xoghol ma jsirx.”


Punt li l-AAA ilha tishaq fuqu huwa l-bzonn li dak li jkun isewwi l-annimali. Izda dan ma tarahx forma ta’ mohqrija? “Ahna nishqu hafna dwar dan. Vera li inti meta ssewwi kelb, tkun qed tnaqqaslu min-natura tieghu, ghax l-annimali ma jitghammrux ghall-gost, bhal ma jaghmlu n-nies. Imma jitghammru ghax ihossu li hemm il-bzonn.”


“Però, l-bniedem kien egoist bizzejjed biex iddomestika lill-kelb halli dan jaqdi lilna, imma fl-istess hin ma nistghux, meta narmuhom barra, noktru fil-popolazzjoni li tinsab barra t-triq. Apparti minn hekk, jekk il-kelb tieghi tghammar ma’ kelba ohra tal-gara tieghi, x’se naghmlu biz-zghar?”


“Izda rrid nemfasizza li din mhix mohqrija, anzi hu tajjeb hafna jekk ghandek kelb u sewwejtu. Fil-klieb nisa, b’dal-mod tevita mard bhal kancer, li sfortunatament huwa komuni fost dawk il-klieb li ma jitghammrux kif ghandhom jitghammru. Nixtieq naghmel appell lin-nies biex isewwu l-annimali taghhom mill-ewwel ghax jghixu iktar u jghixu hajja b’sahhitha.”


Servizz iehor huwa dak tal-micro-chip. F’hiex jikkonsisti? “Dan huwa essenzjali. Ahna kull kelb li jidhol insewwuh, naghmlulu t-testijiet tad-demm u naghmlulu wkoll microchip. Din suppost ghandha tiddahhal bil-ligi, li kulhadd irid jaghmel din ic-cippa fuq il-kelb tieghu. Fost il-vantaggi li ghandha din ic-cippa hemm li, inti l-kelb huwa tieghek bi dritt u bil-ligi. Jekk il-kelb intilef u spicca f’xi santwarju jew ghand vet, insiru nafu ta’ min hu. Jekk xi hadd abbandunah, inkunu nafu min ukoll.”


Staqsejtha fil-pront jekk dan hux se jwaqqaf lin-nies milli jabbandunaw l-annimali taghhom. “Ma nistax nghid li se jieqaf totalment. Jiena nemmen li oggett gdid ghandu jigi ttestjat. Però nahseb li dan ghandu jghin hafna biex jonqos l-abbandun ghax dak li jkun jahsibha darbtejn qabel ma jaqbad u jitfa’ kelb fit-triq, anzi jaghmel sforz biex isiblu dar ohra.”


Ma nhobbuhomx bizzejjed


Mill-esperjenza taghha, thoss li l-Maltin ihobbu l-annimali? “Ma nghidx li l-maggoranza tal-Maltin ihobbu l-annimali. Hawn min jghid li jhobbhom imma jekk jara kelb bil-guh ma jitimghux. Imbaghad hawn min ihobbhom b’tali mod li jekk jara kelb barra, jcempel f’xi santwarju jew jiehdu d-dar.”


“Anki l-mentalità f’certi nies, li l-annimali qeghdin hemm biex niehdu gost bihom jew biex niekluhom. Naf li f’pajjizi ohra, l-attitudni tal-bniedem lejn l-annimali mhix hekk. Forsi minn hawn u ftit tas-snin ohra jinbidlu l-affarijiet, ghax naf li fl-iskejjel hemm hafna iktar edukazzjoni milli kelli jien meta kont zghira. Illum f’certi skejjel hemm kampanji dwar il-harsien tal-annimali. Nemmen li hemm kuxjenza fl-iskejjel u t-tfal jafu x’inhi mohqrija.”


U dwar it-trobbija? “It-trobbija tal-annimali hija impenjattiva u jrid ikollok certu responsabbiltà. Jiena mhux imbilli jigu t-tfal u jghiduli li jridu Pug, se naqbad u ngib wiehed. Irridu nirrealizzaw li l-annimali mhumiex gugarelli. Inhoss li hafna drabi ngibu kelb id-dar minghajr ma nkunu nafu ghalxiex diehlin.”


“Mizerjament irridu nkunu nafu x’daqs ta’ kelb se ngibu, x’temperament ghandu, u kemm ghandna hin ghalih. Jekk nara li l-istil ta’ hajja tieghi huwa mghaggel u mpenjattiv wisq, allura l-kelb mhux postu fid-dar tieghi. Importanti wkoll li l-familja kollha taccettah, u mhux it-tfal u l-missier iva, imma l-omm le.”


“Il-Maltin, meta jkunu jridu kelb, generalment ikunu jridu puppy ghax jarawh zghir u jiggennu fuqu. Imma wiehed irid joqghod attent ghal hafna affarijiet qabel igib kelb. Trid tara kemm dan se jikber u x’razza hu. Jekk ghandi t-tfal zghar u jiena mhiniex leader tajjeb, ma ngibx Rottweiler id-dar. U hawn bl-ebda mod ma jien qed nghid kontra l-klieb kbar, imma wiehed irid joqghod attent. Jekk noqghod go flat zghir, ma nistax ingib Great Dane, ghax dawn il-klieb ikunu jridu l-ezercizzji taghhom.”


Il-bzonn ta’ gwardjani


Ghaddejna issa ghal kif inzommu l-annimali taghna, b’harsa lejn il-hwienet tal-annimali. Staqsejtha hux accettabbli li naraw klieb u qtates go gageg. “Ghalija din tal-misthija. Qed nistenna min-naha tal-Gvern, u sa fejn naf jiena qed jahdmu fuqha, li dawn il-hwienet ikunu regolati kif suppost. Huwa minnu li gieli tara klieb u qtates fil-vetrini jew gaggeg. Hawn certi hwienet li jitfghuhom fuq xulxin u jnaddfulhom darba filghodu.”

“Dawn ghandhom ikunu regolati u l-ligi tkun infurzata permezz ta’ gwardjani apposta li jduru dawn il-hwienet. U dawn ghandu jkollhom setgha biex iduru l-hwienet sew, halli ma jkunx hemm hwienet li fuq gewwa jkollhom annimali ohra li ma jistghux ibieghu, jew li jkunu ddahhlu bla permess.”

Mhux l-ewwel darba li rajna klieb marbutin fuq il-bjut ta’ certi djar. La semmejt il-gwardjani, tahseb li dawn ghandhom jinvestigaw anki dawn il-kazijiet god-djar? “Ghalfejn le? Nerga’ ninsisti li ghandu jkun hawn gwardjani apposta li fuq rapporti jkunu jistghu jispezzjonaw anki djar u jaraw jekk l-annimal hux mizmum tajjeb. B’hekk nistghu nkunu nafu jekk certi annimali humiex jinzammu sew, jew inkella humiex maqfulin f’garaxx jew marbutin gurnata shiha fuq il-bejt.”

“Mohqrija ohra li ma tantx naghtu kasha hija li naghtu lill-annimali taghna, iktar ikel milli suppost, jew ikel li m’ghandniex naghtuhom. Gieli nara klieb hoxnin li bilkemm ikunu jifilhu jiccaqalqu. Din hija mohqrija wkoll, li f’pajjizi ohra jaghtu kasha hafna.”


Jinqatlu ghax bla spazju


Vera li f’pajjizna jinqatlu annimali minhabba nuqqas ta’ spazju fis-santwarji? “Fis-santwarju taghna meta naraw li hemm hafna klieb, u li ghad hemm domanda ta’ iktar klieb jiggerrew barra, nahdmu iktar biex insibu djar ghall-klieb li jkollna. Imma sfortunatament jista’ jkun li din tezisti f’santwarji ohra. Hija xi haga delikata, imma tigri.”

“Jekk inti m’ghandekx spazju u n-nies jibqghu jitfghu l-annimali barra, xorta jistghu imutu b’daqqa ta’ karozza u jbatu iktar milli kieku jkunu injettati u ma jindunawx li jkunu mietu. Min-naha l-ohra, xi dritt ghandna ahna li nwaqqfu l-hajja ta’ kelb semplicement minhabba nuqqas ta’ spazju?”

“Nemmen li jekk f’Malta nigbru kull kelb li ghandna barra, ammont sostanzjali minnhom iridu jigu maqtula, ghax m’hawnx fejn taghmilhom. F’pajjizi ohra hekk jigri wkoll.” 

Staqsejtha kif sejra l-kampanja biex tisponsorizza kelb. “Irrid nghid li din qabdet mhux hazin. Dahlet ghaliex il-kultura tal-Malti hija li jrid jiehu xi haga lura. Is-sistema taghna hija li thallas 30 Ewro fis-sena u ahna naghtuhom certifikat bir-ritratt tal-kelb. Fil-but ma tkun tajthom xejn lura imma ghallinqas wiehed ikun jaf kif qed jintefqu l-flus li jkun hallas. Però, iva ghandna numru mhux hazin ta’ persuni li jisponsorjaw il-klieb f’pajjizna.”

Minkejja diversi weghdiet, il-Gvern baqa’ qatt ma fetah il-klinika tal-annimali li ilha mweghda hafna snin. Staqsejtha f’hiex wasal ix-xoghol u kemm hija importanti ghalihom din. “Il-klinika qeghda ssir, izda kulhadd ghadu jistenna. Filfatt l-ahhar informazzjoni li ghandna hija li x-xoghol rega’ waqaf.”

“Il-klinika se tkun ta’ ghajnuna kbira ghalina ghax illum il-gurnata meta l-Animal Welfare jigbru l-annimali, jew izommuhom huma jew inkella jigu ghandna. Ovvjament ahna jekk ikollna l-ispazju fejn, se nzommuhom. Imma jekk ma jkollniex post, ikollna nghidulhom le. Jigifieri bhalissa tal-Animal Welfare qeghdin jiddependu fuq is-santwarji.”

“Però jekk ikollna dan il-post, inkunu nistghu niehdu lill-annimali hemm u fuq kollox, ikollna verament servizz ta’ veterinarju 24 siegha. B’hekk mhux bilfors il-kelb irid joqghod jingib ghandna, allura ahna jkollna iktar postijiet. Finalment, b’hekk inkunu qeghdin ukoll nersqu lejn ir-regoli tal-UE dwar il-harsien tal-annimali.”

Ghadna lura
fl-istandards Ewropej

Kif tqabbilna ma’ pajjizi ohra fl-UE u mal-istandards Ewropej dwar l-annimali? “Ghadna lura, ghalkemm imxejna xi ftit. Perezempju llum il-gurnata sirna nifhmu l-importanza tal-ambulanza tal-annimali. L-istandards tal-UE jirrikjedu hafna iktar affarijiet li ahna ghad m’ghandniex.”
“Fosthom insibu l-micro-chip, ir-regoli ghall-breeders u ghall-hwienet tal-annimali, kif ghandna nzommu l-annimali d-dar u hafna iktar. Minn dawn l-affarijiet ahna m’ghandna xejn. Id-drittijiet tal-annimali fil-pajjiz ghadhom lura hafna. Jiena l-kelba ma mmur imkien minghajrha, izda fil-hwienet ma jdahhalni hadd. Nistaqsi, dan ghalfejn?”

“Anzi m’ilux mort go kumpless tal-hwienet f’Paceville u rnexxieli nidhol fil-hwienet kollha minbarra f’wiehed. Ghalfejn jiena ma nistax immur niehu pizza jew kafè x’imkien ghaliex ghandi l-kelba mieghi? F’pajjizi ohra, bhall-Germanja u l-parti ta’ fuq tal-Italja, hija xi haga normali li n-nies johorgu bil-klieb u jduru l-hwienet. Anzi s-sid tal-hanut jibda jifrah x’hin jara kelb. Imma hawn Malta kif jaraw annimal riesaq lejn il-hanut, tarhom ikeccuh ‘l hemm.”

“Bhali hawn hafna nies. Jiena ghandi hbieb li ghandhom l-annimali, u jkunu jixtiequ li s-Sibt filghaxija johorgu bl-annimali maghhom. Ovvjament wiehed irid jifhem li m’ghandekx thalli lill-kelb jghajjat u jdejjaq lin-nies.”

Tikkritika wkoll is-servizz tal-emergenza tal-annimali, u tghid li dan m’hu emergenza xejn u li ghandu jiehdu f’idejh il-Gvern. “Ghandna servizz ta’ emergenza, imma hemm bzonn li jsir xi haga biex dan isir izjed efficjenti. Bhalissa jekk jien ghandi annimal u jkolli bzonn vet, irrid incempel minn fuq linja fissa, u tat-telefonata nehel madwar 5 Ewro. Jekk jigi l-vet id-dar, nerga’ nhallas ammont ikbar ta’ flus. L-affarijiet zgur li m’ghandhomx ikunu hekk, fuq kollox, dwar l-emergenza qed nitkellmu. Nemmen ukoll li ghandu jkollna iktar serjetà fis-servizz ta’ veterinarji f’pajjizna.”

“Is-servizz ta’ emergenza tal-annimali, ghandu jaqa’ wkoll taht il-Gvern, u jien nimmagina li l-UE taghti fondi ghal dan il-ghan. Ghandu jkun hemm veterinarju impjegat tal-Gvern li jiehu l-affarijiet b’iktar serjetà.”


Rabja kbira ghall-vjolenza


Semmejtilha issa s-suggett tal-vjolenza fuq l-annimali u l-abbandun. Xi jhossu ma’ kull kaz ta’ dan it-tip li jisimghu dwaru? “Ahna nhossu rabja kbira, u fl-istess hin inhossu ansjetà biex min jaghmel dawn l-atti jiehu dak li haqqu. Meta tkun thobb hafna l-annimali tieghek, imbaghad tara li haddiehor jahqarhom ghal xejn b’xejn, ghalija dak huwa bniedem bla kontroll u fragli li jkun irid johrog ir-rabja tieghu li ghandu lejn is-socjetà, fuq l-annimali. Dan l-istess bhal meta persuna johrog ir-rabja tieghu fuq l-anzjani jew it-tfal, ghax huma iktar fragli. L-istess il-mohqrija fuq l-annimali.”

Izda skont il-ligi, min jinqabad jista’ jehel multi kbar u sahansitra habs. Mhux bizzejjed? “Bhal ma jaf kulhadd, min jinqabad, mhux qed jehel xi ammont kbir ta’ flus, jew habs kif taghti s-setgha l-ligi. Jiena nghid li kull kaz ghandu jigi trattat skont il-gravità li ghandu.”

“Fl-Ingilterra kien hemm koppja anzjana li wehlet multa ta’ eluf ta’ liri sterlini talli taw ikel iktar milli suppost lill-kelb taghhom u dan spicca kiber u hxien hafna. Apparti minn hekk, hadulhom il-kelb u spiccaw biex sabulu dar ohra. Imma hawn Malta dawn l-affarijiet mhux biss lanqas noholmu bihom, talli pjuttost narawhom esagerati.”

“Naf li hemm kazijiet pendenti quddiem il-qorti dwar persuni li ttrattaw hazin lill-annimali taghhom u ninsab fuq ix-xwiek biex nara x’sentenza hierga. Nemmen li ghandhom jinghataw pieni iktar horox u li dawn ikunu definiti ahjar skont il-gravità taghhom ukoll.”

Semmejtilha x’tahseb dwar kazijiet fejn Magistrat jiddeciedi li l-kelb ghandu jinqatel ghax ikun gidem lil xi hadd. Xi twiegeb ghal kaz bhal dan?

“Jien ghalija dik hija pastazata kbira ghaliex il-kelb ma jahti xejn. Jekk il-kelb gidem lil xi hadd, niehdu f’idejn professjonista, nara x’problemi ghandu, ghaliex x’aktarx il-problema ewlenija tkun li s-sid ma jafx jikkontrollah. X’se ssolvi billi toqtol lill-kelb? Jien ghalija din hija arroganza, ghax f’kazijiet bhal dawn, is-sid huwa responsabbli.”

“Jezistu hafna nies li ghalkemm ihobbu l-annimali, ma jkunux leaders tajbin u allura ma jkunux jafu kif irabbu u jikkontrollaw lill-kelb taghhom.

B’hekk il-kelb jitla’ aggressiv ghaliex is-sid ihallih jaghmel li jrid. Ghalhekk jien nghid li mhux tort tal-kelb.”



Ghajnuna mill-Istrina


Minkejja s-sagrificcji li jaghmlu dawn is-santwarji, ftit isibu ghajnuna. Taqbel li dawn ghandhom jinghataw parti mis-somma migbura fl-Istrina?

“Xi granet ilu ltqajt ma’ persuna u kont qed nghidilha li ltqajna mal-President ta’ Malta u li laqana tajjeb hafna, izda din qaltli biex innehhieha minn mohhi l-idea li xi darba l-Istrina tista’ taghti flus ghall-annimali. Jien din weggatni u ma nistax nifhimha. Ghalfejn l-annimali huma meqjusa inferjuri daqshekk u ‘l barra mis-socjetà taghna?”

“Ovvja li rridu nghinu lill-persuni li jinsabu fil-bzonn, lill-morda u l-anzjani. Imma mbaghad ghalfejn ghandna nhallu l-annimali barra? Mhux xorta nonqsu lil Alla jekk ma nghinuhomx? Jiena nghid li bhala Nisranija obbligata li nghin lill-holqien t’Alla.”

“L-Istrina hi ta’ ghajnuna ghalina  hafna aktar milli jahsbu n-nies, ghaliex iktar milli l-flus, jekk waqt il-maratona jintwerew filmati bhala parti minn kampanja biex ma nahqrux lill-annimali u ma nabbandunawhomx, din tghina hafna. Jekk permezz ta’ dawn il-filmati jkun hemm persuna li jdawwar fhemtu u ma jabbandunax lill-annimal tieghu, digà tkun ghajnuna kbira ghalina.”

Biex naghlaq, ghazilt kwotazzjoni ta’ Mahatma Gandhi li jghid li “Il-kobor ta' pajjiz u l-progress morali tieghu jista’ jigi ggudikat mill-mod kif jittratta l-annimali”.

Xi jfisser ghaliha dan il-kliem?

“Bl-esperjenza tieghi mal-annimali rrealizzajt li persuni li jhobbu l-annimali huma persuni ahjar. Irrealizzajt li persuna li thobb l-annimali, awtomatikament jinbena fiha karattru li jmur ahjar mal-bnedmin.

“Mela jekk il-pajjiz taghna jitghallem li l-annimali mhumiex oggetti, li ghandna nittrattawhom tajjeb u li dawn ghandhom hafna x’jghallmuna, awtomatikament ha nsiru pajjiz ahjar.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
27C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura