Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-aqwa fl-inkompetenza

E-mail Print PDF
Share

jmicallefFic-Cirkewwa ergajna koppi. Il-PN fil-gvern ilu sa mill-1993 ghaddej bis-saga tal-progett miljunarju tal-moll tac-Cirkewwa.
Sittax-il sena ta’ sparpaljar ta’ miljuni f’liri Maltin, kontroversji, xoghol u ppjanar hazin, bdil ta’ disinji u periti kemm trid. Ma nafx kemm -il ministru Nazzjonalista wieghed u bazwar fuq dal-progett, minn Censu Galea sal-lum taht Austin Gatt.
Filfatt, li s-saga tal-moll tac-Cirkewwa se tissokta kien kkonfermat it-Tnejn li ghadda fil-Parlament mill-ministru Austin Gatt.

Mela f’Ottubru li ghadda l-aktar ministru bully ta’ GonziPN kien habbar fil-Parlament li l-progett fuq il-moll tac-Cirkewwa kien ser ikun lest sal-2012, kwazi 20 sena wara. Issa jigi l-istess Austin Gatt u t-Tnejn li ghadda jhabbar li d-data ghat-tlestija tal-progett tkun tista’ tinghata aktar tard wara li jkun determinat it-tender tax-xoghlijiet. Ghal ta’ GonziPN il-misthija nsew xi tfisser.

Ghax ma jrid ikollok wisq zejt f’wiccek biex tibqa’ tkarkar tonfoq il-miljuni minn flus il-poplu fuq progett li ilu gej mill-1993 u daqslikieku mhu jigri xejn. Nistiednek tmur taghti titwila t-telqa, u l-herba li tezisti fuq il-moll ezattament fuq in-naha ta’ wara tal-kjosk tal-biljetti.

l-miljuni li tberbqu matul dawn is-snin kollha fuq partijiet differenti tal-moll, saru tabakk bil-maltemp u l-bahar qawwi ta’ kull Xitwa li l-progett kien u ghadu espost ghalihom, ghax qatt ma tkompla u tlesta kollu kemm hu. Kif jghid il-Malti xoghol fil-bazwa.

M’ghandix ghalfejn nghidlek li ghal din l-inkompetenza grassa hadd mhu responsabbli, mill-ministru sal-inqas konsulent jew perit li tqabbad fuq dal-progett. Izda l-inkompetenza ta’ GonziPN fuq progetti nazzjonali  tissokta wkoll anki fuq progetti li ghadhom fil-fazi tat-twelid taghhom.


Kemm nefhu, kemm intefqu flus biex spjegaw u esebew il-progett Piano ghad-dahla tal-belt Valletta. Ix-xoghol kellu jibda fl-ewwel gimgha ta’ Jannar din is-sena. Gara li t-Tlieta li ghaddew ghal darb’ohra l-ministru Austin Gatt ghogbu jhabbar li x-xoghol fuq il-progett Piano kien se jkun pospost bi tlett xhur sakemm skont hu, jinghata aktar cans lis-sidien tal-hwienet li hemm bhalissa taht l-arkati biex johorgu mill-hwienet taghhom.


Apparti li l-ministru Austin Gatt ma kkonvinca xejn li din hija r-raguni vera ghalfejn ix-xoghol ma bediex fid-data stabbilita mill-istess ministru.


Ghaliex kumbinazzjoni kbira x-xahar id-diehel il-Karnival se jkun jista’ jsir xorta wahda bid-differenza li kieku beda l-progett Piano, GonziPN ma kienx sab alternattiva fejn ser jinzammu l-hamest ijiem tal-bluha.


Imma ejja ghas-sahha tal-argument nemmnuh. Mela GonziPN l-ewwel jiffanfra, u jhallas il-mijiet tal-eluf ta’ liri ghal disinji ghad-dahla tal-Belt minghajr ma jindenja jahdem fuq pjan dwar kif il-problemi ezistenti fosthom, iva tas-sidien tal-hwienet, tat-traffiku ghal u madwar il-Belt se jinghelbu biex il-progett ikun jista’ jibda fid-data originali.

Imma jien konvint li l-problemi biex jibda l-progett Piano huma varji, u nazzarda nghid li gejjin ukoll minn fost il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Sal-lum imkien ma tohrog li GonziPN ghandu l-appogg tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex il-progett Piano jitwettaq kif propost,  fosthom l-approvazzjoni ghall-bini ta’ Parlament il-gdid fejn illum hemm Misrah il-Helsien.

Fix-xhur li gejjin se jkun interessanti naraw kif ser tkompli tizviluppa din l-istorja.

Min-naha l-ohra jibqa’ l-fatt li l-amministrazzjoni GonziPN tibqa’ l-aqwa fl-inkompetenza.      

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata