Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Iz-zghazagh fil-PL

E-mail Print PDF
Share

 

christophercutajarIt-tnehhija tal-kariga ta’ Segretarju Generali kif imhaddma mill-1977 lil hawn fil-Partit Laburista kien ilu jinhass il-bzonn taghha. Dan hareg minn zewg rapporti li l-PL kkummissjona wara t-telfiet elettorali tal-2003 u l-2008. Fil-PL kien hemm sitwazzjoni fejn zewg kaptani kienu mahtura jmexxu l-istess bastiment.
Dawk illi kienu qed jistaqsu fejn huma t-terremoti mwieghda, jistghu jaraw illi qed jitwettqu. Fil-fehma tieghi dan it-terremot imissu sehh sena u nofs ilu, izda ahjar tard milli qatt. It-terremoti huma mehtiega f’kull organizzazzjoni. Ghalkemm l-istabbilità toffrilek kontinwazzjoni f’hidmietek, l-istagnar joffri biss nuqqas ta’ motivazzjoni.

Nemmen li rigward iz-zghazagh fil-PL hemm bzonn li flok isiru t-terremoti, jinholqu strutturi godda li jkunu jistghu jiffacilitaw din il-hidma zaghzugha, kemm ghal dawk iz-zghazagh li huma attivi fil-lokalità taghhom, u anki ghal dawk iz-zghazagh li ghandhom funzjoni nazzjonali fi hdan il-PL.

Iz-Zghazagh

F’dawn l-ahhar sena u nofs rajna t-twaqqif ta’ diversi ferghat taz-zghazagh madwar Malta. Dawk ta’ Rahal il-Gdid u ta’ Hal-Ghaxaq jistghu iservuna ta’ ezempju. F’kull lokal li l-PL ghandu kumitat lokali, ra li jinhatar ufficjal taz-zghazagh sabiex jikkordina l-hidma zaghzugha fil-lokal li jkun gej minnu.


Il-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) nistghu nghidu li jservi ta’ ezekuttiv nazzjonali fil-ko-ordinament tal-hidma zaghzugha fi hdan il-partit. Dan qed jaghmel hidma tajba permezz tal-appogg tieghu liz-zghazagh attivi fil-lokalitajiet taghhom u anki permezz ta’ koordinament ma’ ghaqdiet xellugin u progressivi taz-zghazagh li nsibu f’pajjizna.


Madankollu nemmen li ghandha tinholoq holqa bejn il-livell nazzjonali u dak lokali.


Tezisti l-htiega li jinholoq ufficjal regjonali ghaz-zghazagh. Peress li d-distretti elettorali huma tlettax, u l-PL ghandu struttura ibbazata fuq id-distretti, tajjeb li jkunu tlettax l-ufficjali regjonali ghaz-zghazagh. Dan ifisser li jkun mahtur wiehed fuq kull distrett.

Ir-rwol taghhom

Ir-rwol ta’ dawn l-ufficjali regjonali ghaz-zghazagh ikun li jikkoordina l-hidma taz-zghazagh fid-distrett. Jaghmel dan billi fil-bidu ta’ kull sena jlaqqa’ l-ufficjali zghazagh tal-lokal fid-distrett li jkun gej minnu, sabiex jitfassal pjan ta’ azzjoni. B’hekk iz-zghazagh tad-distrett jahdmu b’iktar kuntatt u sinkronizzazzjoni bejniethom. Ikun fid-dmir tieghu li jsolvi diffikultajiet li jinqalghu minn zmien ghal zmien, u dan jaghmlu b’konsultazzjoni mal-FZL.


Nifhem li jonqos nitilghu xi targiet ohrajn qabel naslu f’dan l-istadju. L-ewwel jehtieg li aktar lokalitajiet jiffurmaw ferghat lokali zghazagh. Jehtieg li jsiru laqghat mal-ufficjali taz-zghazagh u l-kumitati distrettwali sabiex dan il-progett jaghmluh il-progett taghhom ukoll.

Biex taqdi funzjoni f’partit politiku m’hemmx ghalfejn tkun delegat. Certament li ufficjal regjonali ghaz-zghazagh ikun jrid jaghti rendikont tal-hidma tieghu kemm lill-Kumitat Distrettwali u anki lill-FZL. Jekk jinhass li ghandu jkun delegat fil-PL, tajjeb li jkun kunsidrat li dan ikun wiehed mit-tlett delegati li saru jinhatru f’kull kumitat distrettwali. B’hekk tizdied il-partecipazzjoni taz-zghazagh f’livell distrettwali, u tinholoq il-holqa mehtiega bejn il-livell nazzjonali u dak lokali f’dan ir-rigward.

B’hekk il-FZL ikun kapaci li jkollu grupp ta’ tlettax-il persuna li minn zmien ghal zmien ilaqqaghhom biex jinghata rendikont ta’ diffikultajiet partikolari li jkunu qed jigu iffaccjati u jkun aktar f’qaghda li jikkoordina l-hidma nazzjonali fdata f’idu.

Is-Sentejn mehtiega

Nifhem li jinhtiegu sentejn biex inwasslu din il-vizjoni fis-sehh. L-ewwel sena tkun iddedikata biex jitwaqqfu aktar ferghat taz-zghazagh fil-lokalitajiet u tibda tinbiegh din l-idea fil-livelli kollha tal-partit. Fit-tieni sena tibda tithaddem din is-sistema bhala progett pilota. Wara, fil-Konferenza Generali li tkun tmiss titressaq mozzjoni sabiex dan kollu jsir parti mill-istruttura ufficjali tal-PL, u jkun marbut b’regolamentazzjoni apposta.

Ghazilt li nikteb dan f’organu pubbliku sabiex din l-idea tasal bl-aktar mod wiesgha fost dawk li huma attivi fil-partit u aktar u aktar fost iz-zghazagh li l-htiega tal-hidma taghhom fil-PL ma tonqos qatt.

www.xellugi.blogspot.com
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata