Is-sena li ghaddiet l-iskejjel li jipprovdu servizz ta’ taghlim tal-Ingliz lil studenti barranin hadu daqqa ta’ harta minhabba diversi ragunijiet, fosthom il-krizi finanzjarja nternazzjonali.
Issa li dawn l-iskejjel kienu qed jittamaw li din is-sena s-sitwazzjoni tkun xi ftit ahjar, sabu ma’ wicchom xkiel gdid – il-famuza taxxa tal-50 centezmu li l-Gvern iddecieda li jimponi fuq kull lejl li jaghmlu t-turisti fil-gzejjer Maltin. Sintendi dan ifisser li dawn l-iskejjel se jkollhom jghollu l-prezzijiet taghhom. Aktarx li dan se jaghmilhom inqas kompetittivi u allura l-istudenti jigu mhajjra jmorru f’xi pajjiz iehor.
Mhux ta’ b’xejn kien hemm min qal li din kienet se tkun id-daqqa tal-mewt ghal dan is-servizz li fis-snin li ghaddew tant ikkontribwixxa kemm ghan-numru ta’ turisti li jigu Malta, kif ukoll ghall-flus li jidhlu minn din l-industrija.
Korsijiet
L-Università ta’ Malta din is-sena ddecidiet li toffri lill-pubbliku ghadd ta’ korsijiet. Dawk li se jattendu ghal dawn il-korsijiet se jkunu jistghu jaghmlu dan minghajr ma jhallsu. L-iskop ta’ dawn il-korsijiet mhux li dak li jkun jikseb xi certifikat izda li jkabbar it-taghlim tieghu. Nisperaw li n-numru ta’ dawk li japplikaw ghal dawn il-korsijiet ikun wiehed tajjeb ghax dan jizgura li korsijiet ohra bhal dawn ikunu offruti fis-snin li gejjin. Tajjeb li jekk dan l-esperiment jirnexxi, l-Università tahseb biex tkabbar l-ghazla ta’ suggetti u materji li jigu offruti.
Sadanittant wiehed ma jridx jinsa l-korsijiet godda li qed joffri d-Direttorat Ghat-Taghlim Tul Il-Hajja (Lifelong Learning Directorate) tal-Ministeru tal-Edukazzjoni mal-korsijiet li ilu joffri. Dawn il-korsijiet il-godda huma tassew varji u l-applikazzjonijiet ghalihom jaghlqu fl-4 ta’ Frar.
Huwa tajjeb li dak li jkunu ma jabbandunax it-taghlim malli jitlaq mill-iskola u forsi jikseb impjieg. Fil-fatt in-numru ta’ nies li jibqghu jattendu ghal diversi korsijiet, mhux bilfors korsijiet ta’ taghlim akkademiku, kulma jmur qed ikompli jikber. Nawguraw li din il-kultura ta’ taghlim tul il-hajja tkomplu tissahhah.
Ezami tal-Junior Lyceum
Ta’ sikwit niltaqghu ma’ nies li ghad qed jistaqsu dwar x’se jkunu propju s-suggetti li se jkunu ezaminati fihom it-tfal li se jaghmlu l-ezami ghad-dhul fil-Junior Lyceums fi tmiem din is-sena skolastika. Dan billi anki f’certu kazi xi ghalliema lanqas kienu cari dwar dan. Ghalhekk dehrilna li jkun xieraq li ngibu mistoqsija parlamentari li ghandha tati twegiba ghal din id-diffikultà.
Id-Deputat Evarist Bartolo staqsa lill-Ministru ghall-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport: Tista’ l-Ministru tghid jekk ittehditx xi decizjoni dwar jekk l-ezamijiet tal-Istudji Socjali u tar-Religjon humiex se jsiru ghad-dhul fil-Junior Lyceum fis-sena skolastika 2009-2010?
Onor. Dolores Cristina: gie deciz li l-ezami tal-Istudji Socjali ghad-dhul fil-Junior Lyceum ghas-sena skolastika 2010-2011 mhux ser isir.
Ser isiru l-ezamijiet tal-Malti, Ingliz, Matematika u Religjon bejn it-3 u s-6 ta’ Mejju 2010.
Tal-Misthija
Huwa kaz tassew tal-misthija dak li rrefera ghalih il-Mexxej Laburista Joseph Muscat nhar il-Hadd li ghadda. Kif jista’ jkun li fil-gurnata tal-llum, meta niftahru daqshekk bil-miljuni kbar li qed nonfqu fl-edukazzjoni… bl-opportunitajiet li qed jinghataw lil l-istudenti Maltin biex imbaghad ikollna kaz fejn istituzzjoni – f’dan il-kaz l-iMCAST - tmur tghid lil student li ma jiflahx ihallas il-mizata ta’ registrazzjoni ghall-kors tal- B.Tech ghax m’hemmx flus biex dan jigi mghejjun. Ma niftakarx li qatt smajt b’xi kaz fejn xi istituzzjoni tal-edukazzjoni edukattiva waqqfet xi student milli jaghmel xi kors minhabba li dan ma setax ihallas ir-registrazzjoni tal-kors.
Nahseb li ma kienx se jfalli l-iMCAST kieku f’dan il-kaz il-mizata giet imwarrba. Possibbli wara li fl-ahhar bagit ftaharna tant biz-zidiet li tajna lill-istutizzjonijiet gholja ta’ l-edukazzjoni l-iMCAST qieghed f’qaghda daqshekk mizera li ma jistax jghaddi minghajr il-hlas ta’ mizata ta’ registrazzjoni?
Meta tara certu nfieq, imbaghad tisma’ b’kaz bhal dan, tikkonferma kemm ma nafux x’inhuma l-prijoritajiet.

| < Prev | Next > |
|---|








