Ma nafx x’fettillu d-deputat Nazzjonalista David Agius (dak li jaf kollox bl-amment minhabba l-ghadd kbir ta’ ezamijiet li kkopja fihom matul il-karriera tieghu) jikteb dwar il-u-turns propju fil-jum li fih thabbar li l-mexxej Libjan Gaddafi se jzur pajjizna xahrejn ohra.
Lil dawk li ma jafux kollox bl-amment, infakkarhom li tal-partit tal-prim Gonzi (Lawrence mhux Kate) tghidx kemm kienu jghajjruh lil Gaddafi propju meta kien fost tal-ewwel li ghen lil Malta fis-snin sebghin.
Tghidx kemm kienu ghajrjruh tal-habbaziez, tal-gezwira u ma niftakarx x’izjed, ghax jien ukoll ma nafx kollox bl-amment ghax ma ghamiltx ezamijiet daqs David Agius.
Imma niftakar li darba tal-PN kienu qalu li riedu jgezwru lil Mintoff fi xkora u jibaghtuh lil Gaddafi.
Imma ladarba dawn l-affarijiet isiru mill-partit tal-prim Gonzi, dawn jissejjhu “tigdid”, u mhux u-turns, ta` lanqas skont David Agius.
2. Bejn Vince u Simon
Minn dak li qrajt u smajt, donnu Vince Farrugia tal-GRTU jrid jghid li baqa’ l-art fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ghax din il-gazzetta kienet irrappurtat li huwa kien inghata xi kuntratt ta’ konsulenza, meta fil-verità dan il-kuntratt kien inghata lil Vince Farrugia iehor.
Nghid ghalija jien din nifhimhix. U ma nifhimhix ghax f’din l-istess gazzetta xbajt naqra rapporti simili dwar l-ewro-parlamentari Nazzjonalista Simon Busuttil.
Issa intom bhali tafu li Simon Busuttil mhux talli ma baqax l-art, imma talli gab eluf ta’ voti u tela’ sparat.
3. Inkwiet gdid
Il-prim Gonzi se jiffaccja inkwiet gdid jekk u meta jressaq fil-parlament il-mozzjoni tal-Partit Laburista dwar l-avviz legali tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Din id-darba jista’ ma jkunx Franco Debono, imma deputat min-naha tal-prim Gonzi li zgur se jivvota favur il-mozzjoni tal-PL huwa l-ex-segretarju parlamentari Edwin Vassallo.
Vassallo, ta’ ragel li hu, ma ddejjaq xejn f’laqgha tal-grupp parlamentari jghid li l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma qeghdin isallbu lill-familji u lin-negozji z-zghar.
U ta’ ragel li hu, issa bir-ragun ikun mistenni li mill-kliem jghaddi ghall-fatti biex l-imsallbin forsi jonqsilhom ftit mill-piz.
4. Jittamaw
M’hemmx ghalfejn nghidlek li l-Maltin u l-Ghawdxin kollha qeghdin jistennew bil-herqa z-zjara tal-Papa Benedittu f’April li gej.
Fost l-aktar herqana jidher li hemm ir-residenti tan-nahat tal-Kottonera minhabba li ftit tal-jiem ilu inghata hjiel li l-Papa jista’ jzur il-Kalkara.
Dan il-hjiel nissel tamiet kbar f’dawk li joqghodu fl-inhawi, ghax qeghdin jisperaw lil qabel il-wasla tal-Papa, tasal il-kisja tarmak li l-bicca l-kbira tat-toroq fl-inhawi ghandhom bzonn.
Imma skont taghrif li wasalli, dawn it-tamiet aktarx li jibqghu tamiet fiergha, mhux ghax il-gvern tal-prim Gonzi ma jixtieqx lil lill-Papa jghaddieh minn toroq lixxi, imma ghax flus ftit li xejn hemm.
Biex naraw jekk dan it-taghrif hux minnu, nistennew u naraw.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






