M’hemmx dubju li kull kumitat jiehu d-decizjonijiet fl-interess tal-plejers, il-partitarji kif ukoll ta’ l-isponsors li jkunu qed jafdaw flushom. Però li kieku kont jien qed niehu d-decizjoni, jew kont inkun jien li nivvota fil-kumitat ta’ Sliema, jien kont nivvota kontra it-tnehhija ta’ Azzopardi.
Ghal zmien twil meta jien kont naghmel iktar xoghol on the field bhala gurnalist, segwejt il-mod ta’ kif Azzopardi jmexxi t-timijiet tieghu.
Minn Balzan, fejn ma’ dan it-tim ghamel il-mirakli u tellaghhom sal-futbol li jissemma, ghal Birkirkara fejn rebah diversi unuri fosthom il-kampjonat, it-Trophy u diversi unuri ohra. Imbaghad ma’ Sliema Wanderers, fejn fl-opinjoni tieghi kien il-bniedem ideali li jibda l-progett ta’ tliet snin li Sliema kienu qed isemmu.
Mhux hekk biss, izda wara l-ewwel sena Azzopardi gab unur lil Sliema meta anke rebhu, kontra kull mistenni l-FA Trophy. Din is-sena t-tim issahhah, ghalkemm il-barranin ta’ vera gew ftit jiem biss ilu mat-tim.
Sliema rebhu sitt loghbiet, gew dro wahda u tilfu sebgha. Bla dubju dawn kienu rizultati komplessivament hziena. Tilfu kontra Tarxien u Msida fost l-ohrajn, zewg timijiet inferjuri minnhom, fejn il-plejers Sliemizi urew certa toqol fil-manuvra taghhom, li bla dubju ma tistennihiex minn tim bhal Sliema.
Madankollu, kemm il-gurnalisti u l-kowcis bdew jistaqsu, jekk dan kienx tort tal-kowc, tal-plejers, jew tort tal-kumitat.
Jekk ikollok tistaqsi lili, jien nemmen li huwa tort tal-plejers li bla dubju ta’ xejn ghandhom jinzlu ghal dawn it-tip ta’ loghbiet iktar determinati u iktar bil-guh ghall-punti.
Però kif jigri dejjem, l-ewwel ma jehel huwa l-kowc ghax ghal kull kumitat, huwa facli li tnehhi wiehed milli hafna. Nemmen izda li kien ikun iktar ghaqli li kieku Sliema stennew ghal-loghba ta’ tmiem din il-gimgha kontra Dingli biex jaghmlu analizi ahjar tas-sitwazzjoni. Nemmen li kienet tkun decizjoni ahjar li kieku l-vot ta’ fiducja fil-kowc kienet tittiehed nhar it-Tnejn li gej.
Ma ninsewx li din is-sitwazzjoni kienu wkoll fiha c-campjins Hibernians sentejn ilu, fejn spiccaw fir-Relegation Pool, u anki Marsaxlokk l-istagun li ghadda, fejn zammew posthom fic-Championship Pool fl-ahhar loghba. Ma nistax ma niehux l-opportunità mill-pagni ta’ dan il-gurnal, biex nawgura li kemm jista’ jkun malajr, nergghu naraw lil Azzopardi bhala kowc.
Min jaf, forsi ghad narawh anki fis-setturi nazzjonali fejn huwa kien beda. Azzopardi ghandu hafna x’jaghti lill-futbol u huwa ezempju wkoll tar-relazzjoni tajba hafna li kellu u ghandu mal-midja. Kemm ili naf lil Azzopardi, dan qatt ma rrifjuta intervista, jew inkella stedina fuq it-televizjoni, sew fit-tajjeb tat-tim tieghu, kif ukoll fiz-zmien hazin. Min-naha l-ohra nixtieq nawgura wkoll lil Mark Marlow fir-rwol il-gdid tieghu.
Marlow huwa persuna li taf tajjeb hafna l-futbol. Persuna li fil-karriera tieghu laghab loghbiet importanti u li issa ghandu c-cans li jiehu wkoll sodisfazzjonijiet bhala kowc. Fuq kollox, awguri wkoll lil Sliema, sabiex ikollhom rizultati ahjar, tim li kiteb l-istorja tal-ballun f’pajjizna.
Jannar qieghed jersaq fi tmiemu u qeghdin jersqu fi tmiemhom ukoll it-trasferimenti lokali. Nahseb li kienet decizjoni ghaqlija hafna min-naha ta’ Valletta li jnehhu plejers li ghalkemm validi, ftit li xejn kienu qed isibu spazju fit-tim taghhom.
Minn Bondin, ghal Giglio u issa anki Ian Zammit, wiehed mill-aktar talenti li jippromettu fil-futbol lokali. It-trasferiment ta’ Zammit b’self, ser jghin kemm lil Valletta, kif ukoll lil Hamrun, it-tim li akkwistah, u jien nghid, anki lill-plejer innifsu.
Valletta ser jigwadanjaw ghax ghal kull klabb, mhix sewwa li jkollok plejer mhux kuntent. Mhux hekk biss, izda s-sena d-diehla Valletta ser isibu plejer iktar matur u b’iktar esperjenza. Min-naha taghhom huwa ovvju li Hamrun ser jigwadanjaw ghaliex Zammit huwa plejer li jista’ jsahhah il-potenzjal offensiv u anki n-numru ta’ gowls.
Zammit ukoll ser jiggwadanja ghax bla dubju ta’ xejn ser jikseb esperejenza gdida, iktar hin fil-grawnd u b’hekk it-talent li ghandu jkompli jzidu ghall-futur, li probabbilment ikun ritorn ma’ Valletta li huwa tant jixtieq, bhala Belti.
U bla dubju ta’ xejn jekk inti partitarju ta’ Milan jew ta’ Inter, nahseb li matul din il-gimgha qattajt sighat twal titkellem fuq din il-loghba mal-hbieb u qraba, jew taqraw fuqha fil-gurnali u fuq l-internet jew inkella fuq l-ahbarijiet. Illum fid-disgha neqsin kwart ta’ filghaxija tibda l-loghba Inter kontra Milan.
Jien ghandi hafna hbieb tieghi li huma partitarji ta’ dawn it-timijiet, u nnutajt li iktar kemm bdew jghaddu l-granet, id-deni beda ftit jew wisq tiela’. Il-loghba derby dejjem tkun importanti, però din il-loghba ghandha toghma ahjar ghax hija loghba bejn zewg timijiet b’cans ghar-rebh ta’ l-unuri. Inter li ghandhom iktar punti, jibdew favoriti.
Izda Milan matul dawn l-ahhar gimghat urew li jinsabu fil-forma liema bhala. Ser ikun derby minghajr Ibrahimovic u Kaka, però l-plejers fl-iskwadra ta’ dawn it-timijiet xorta jafu joffru spettaklu.
Difficli nghid min ser jirbah, izda naghzel li nghid dro ta’ 2-2, bhala spettatur newtrali, u nahseb li hija projezzjoni accettabbli.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






