Kif ghidna l-gimgha l-ohra, l-Kumitat Olimpiku Malti qed joffri diversi opportunitajiet lil persuni fl-isport biex jaghmlu tahrig fl-istudji Olimpici fl-Akkademja Olimpika f’Olympja, l-Grecja.
Apparti l-kors tal-Masters u dak tal-post-graduate, l-Akkademja qieghda wkoll toffri opportunita` lil zewg zghazagh biex jattendu l-Hamsin Sessjoni Internazzjonali ghall-Partecipanti Zghazagh.
Il-Kumitat Olimpiku Malti qieghed jilqa’ applikazzjonijiet minn dawk interressati li jattendu ghal dan il-programm. L-applikanti jrid jkunu bejn l-eta` ta’ 20 u 35 sena u preferibblment ikunu nvoluti f’federazzjoni tal-isport. L-applikanti jridu juru interess specjali fl-ghanijiet tal-Akkademja Olimpika Internazzjonali, kif ukoll fuq affarijiet kurrenti fl-Isport Olimpiku. Ghandhom ukoll juru interess li jkunu nvoluti fil-Moviment Olimpiku Malti. It-titlu ta’ dan il-kors huwa “Olympism“, bit-tema specjali tkun “The Olympic Movement as a platform for peace.”
Il-programm edukattiv huwa bbazzat fuq it-tliet pilastri tal-moviment olimpiku: l-edukazzjoni, l-isports u l-kultura, li jikostitwixxu l-Olimpizmu u l-Pedagogija Olimpika.
Il-programm ser isir fil-facilitajiet tal-Akkademja Internazzjonali f’Olympia u fil-facilitajiet tal-Università ta’ Peloponnese fi Sparta. Dan il-programm huwa ffinanzjat privatament mill-Fondazzjoni John S. Latsis Foundation, u ghalhekk l-istudenti maghzula ma jkollhom l-ebda hlas ghall-kors u l-akkomodazzjoni fil-Grecja. Il-partecipanti jridu jkunu tajbin fl-Ingliz jew fil-Franciz minhabba li jkollhom jippartecipaw fid-diskussjonijiet.
Id-dati ta’ din is-sessjoni huma:
Wasla f’Ateni: 22 ta’ Gunju, 2010
Cerimonja tal-ftuh Ateni: 23 ta’ Gunju, 2010
Tluq ghal Olympia: 24 ta’ Gunju, 2010
Sessjoni: 25 ta’ Gunju sat-3 ta’ Lulju, 2010
Tluq minn Olympia: 4 ta’ Lulju, 2010
Tluq minn Ateni: 5 ta’ Lulju, 2010
Dwar it-trasport, Il-KOM se thallas 50% tal-bijett tal-ajru ta’ partecipant ragel u mara, filwaqt li l-akkommodazjoni tal-partecipanti kemm f’Ateni u f’Olympia tkun imhallsa mill-Akkademja. L-Applikazzjonijiet flimkien ma’ Sport CV jridu jaslu ghand Mr. Joseph Cassar, Segretarju Generali, Kumitat Olimpiku Malti, MOC Headquarters, c/o National Swimming Pool Complex, Maria Teresa Spinelli Street, Gzira GZR 1711, sa mhux iktar tard mill-Gimgha, 12 ta’ Frar 2010.
Hemm ukoll opportunità ohra ghal edukaturi u ufficjali minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja. Il-KOM jistieden ukoll applikazzjonijiet minn edukaturi u ufficjali min istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja, li huma interresati li jattendu din d-disa’ sessjoni ghall-edukaturi f’Olympia.
L-applikanti jridu jkunu rapprezentanti tal-istaff akkademiku ta’ istituzzjoni terzjarja tal-edukazzjoni fizika kif ukoll edukaturi tal-Edukazzjoni Fizika u Sport. Dawn ghandhom juru interess fl-ghanijiet tal-Akkademja Olimpika Internazzjonali. Ghandhom ukoll ikollhom interess genwin fl-aspetti edukattivi tal-attivitajiet li jigu organizzati fil-kors.
L-edukaturi maghzula jkunu jridu jaghmlu programm specifiku preparat mill-Akademja Internazzjonali, u jkollhom l-opportunità li jattendu l-lectures u jiddiskutu l-ideat u l-kulturi taghhom ma’ partecipanti ohra minn madwar id-dinja.
Is-suggett se jkun “Olympism”, bi programm specjali fuq “Kif it-tradizzjoni sportiva ta’ kulturi differenti tista’ ssahhah l-edukazzjoni olimpika.”
Id-dati ta’ dan is-seminar huma:
Wasla f’Ateni: 23 ta’ Lulju, 2010
Wasla f’Olympia: 24 ta’ Lulju, 2010
Sessjoni: 24 sat-28 ta’ Lulju, 2010
Tluq minn Olympia: 29 ta’ Lulju, 2010
Tluq minn Atheni: 30 ta’ Lulju, 2010
Rigward it-trasport ghal dan is-seminar, il-partecipant irid ihallas il-biljett ta’ l-ajru sa Ateni, filwaqt li l-akkomodazzjoni tal-partecipanti kemm f’Ateni u f’Olympia tkun imhallsa mill-Akkademja. L-Applikazzjonijiet flimkien ma’ Sport CV jridu jaslu ghand Mr. Joseph Cassar, Segretarju Generali, Kumitat Olimpiku Malti, MOC Headquarters, c/o National Swimming Pool Complex, Maria Teresa Spinelli Street, Gzira GZR 1711, sa mhux iktar tard mill-Gimgha, 12 ta’ Frar 2010.
Ghal aktar dettalji dwar dawn il-programmi, dawk interessati jistghu jikkuntattjaw lil Ms. Adele Muscat, Direttrici tal-MOC Olympic Academy, fuq 9940 3166 jew permezz ta’ email fuq:
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
.

| < Prev | Next > |
|---|






