Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Zaren Vassallo diga ghamilha fatta

E-mail Print PDF
Share

zaren_vassalloFilwaqt li ghadhom pendenti l-investigazzjonijiet tal-Awditur Generali dwar il-kuntratt tal-power station …

Fil-granet li ghaddew Zaren Vassallo ghadu kif importa minn barra minn Malta madwar 500 tunnellata hadid bil-ghan li jintuza fil-kostruzzjoni tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, ghad li l-Awditur Generali ghadu ma temmx l-investigazzjoni tieghu dwar l-ghoti ta’ dan il-kuntratt mill-Enemalta lill-kumpannija Daniza BWSC u ghad irid jigi diskuss fil-Parlament fuq mozzjoni tal-Oppozizzjoni Laburista.

L-ghoti ta’ dan il-kuntratt lill-kumpannija BWSC qed jigi nvestigat mill-Awditur Generali ghal diversi ragunijiet, ewlenin fosthom ghax din il-kumpannija ghamlet uzu minn intermedjarju Malti, Joseph Mizzi, li kellu access ghal kuntatti u informazzjoni minn gewwa l-Enemalta li taw lill-BWSC vantagg strategiku ngust fuq il-kompetituri taghha. Dan il-go-between Malti li thallas miljuni ta’ Ewro bhala kummissjoni ghas-servizzi tieghu, kien ghamel diversi laqghat mhux ufficjali ma’ persuni li setghu nfluwenzaw id-decizjoni tal-Enemalta favur il-kumpannija BWSC. Joseph Mizzi kien kiseb minn gewwa l-Enemalta informazzjoni sensittiva u imprezzabbli dwar minn kienu se jkunu l-kompetituri tal-BWSC u dan qabel ma kien inbeda l-process tat-tendering.
Irregolaritajiet gravi

Hekk kif f’April 2009 dan il-kuntratt ta’ €200 miljun inghata lill-kumpannija BWSC, splodiet kontroversja shiha u saru allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet gravi hafna fl-aggudikazzjoni ta’ dan il-kuntratt. Kien intqal li f’dan il-process intaghzel impjant li jahdem bic-ciklu li jahdem bid-diesel, ghal kollox bil-maqlub ta’ dak li ddikjara l-ministru Austin Gatt f’Gunju 2006 u bil-maqlub ta’ dak li ddecieda l-Kabinett fil-Pjan ghall-Generazzjoni tad-Dawl 2006-2015 li l-impjanti l-godda tal-estensjoni tal-power station ghandhom jahdmu bic-ciklu kombinat tat-turbini tal-gass li huwa superjuri mil-lat ambjentali u ekonomikament orhos ghall-konsumaturi.


Biex il-kumpannija BWSC setghet tirbah dan il-kuntratt bl-impjant bic-ciklu kombinat tad-diesel, il-Gvern Nazzjonalista biddel il-ligi ambjentali lokali biex jigu permessi livelli oghla ta’ tniggis. L-impjant maghzul se jkollu bzonn investiment addizzjonali ta’ madwar €27 miljun biex ikun jista’ jithaddem bil-gass meta seta’ intaghzel impjant li ma jkollux bzonn ta’ xi investiment addizzjonali.

L-impjant maghzul ta’ BWSC se jipproduci mill-inqas 31 tunnellati kuljum ta’ skart tossiku u tunnellata kuljum ta’ hama taz-zejt li se jdahhal lil konsumaturi fi spejjez godda biex nehilsu minn dan l-iskart,  meta seta’ ntaghzel impjant li ma jipproducix dan l-iskart.


L-impjant maghzul ta’ BWSC tant inigges li se jkollu bzonn taghmir tat-trazzin tat-tniggis tal-heavy fuel oil, li kif jghidu l-konsulenti tal-Enemalta stess, ghalkemm partijiet tieghu gew imhaddma f’pajjizi ohra, id-disinn kif propost mill-kumpannija BWSC ghall-estensjoni tal-power station f’Delimara, huwa prototip u r-residenti tal-inhawi se jservu biex isir esperiment fuqhom jekk jahdimx jew le b’periklu ghas-sahha taghhom.


B’dan l-impjant maghzul se jigi  okkupat hafna mill-ispazju limitat fis-sit ta’ Delimara, kemm ghall-impjant innifsu, kif ukoll biex jinhaznu eluf ta’ tunnellati ta’ kimika li se jkun hemm bzonn ghat-tisfija tat-tniggis, u dan se johloq diffikultajiet serji u hafna spejjez godda biex jinstab izjed spazju fejn jitqeghdu l-impjanti godda tal-power station li se jkun hemm bzonn fis-snin li gejjin.


L-ispiza tal-produzzjoni tad-dawl mill-impjant tac-ciklu kombinat tad-diesel se tkun oghla minn dik tal-impjant tac-ciklu komibinat tat-turbini tal-gass u ghalhekk se zzid il-pizijiet fil-kontijiet tad-dawl fuq in-nies u fuq l-ekonomija tal-pajjiz.

Permezz ta’ subcontracting il-BWSC assenjat lil kumpannija ta’ Zaren Vassallo dik il-parti tal-kuntratt li ghandha x’taqsam mal-kostruzzjoni tal-bini fejn sejra ssir l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.

Ic-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter, filfatt huwa wkoll impjegat gholi ta’ kumpannija ohra ta’ Zaren Vassallo.

Purament formalità

Issa sar maghruf li Zaren Vassallo ghadu kif jimporta 500 tunnellata hadid bl-iskop li jintuza fil-bini tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, ghad li l-Awditur Generali ghadu ma kkonkludiex l-investigazzjoni tieghu dwar kif gie moghti dan il-kuntratt u l-Parlament ghad irid jiddiskuti l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni rigward l-irregolaritajiet li kien hemm fil-process tal-ghazla.

Dan il-fatt jindika bic-car kemm il-proceduri li ghad hemm pendenti quddiem l-Awditur Generali u l-Parlament, qed jittiehdu purament bhala formalità minn min rebah dan il-kuntratt.

Ta’ min wiehed ifakkar li l-kumpannija Daniza BWSC giet implikata f’kazijiet ta’ korruzzjoni u tixhim f’diversi pajjizi fejn kienet rebhet kuntratti simili ghal dak tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata