Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Konferenza hija kollox

E-mail Print PDF
Share

toni_abela_2Bejn id-29 ta’ Jannar u s-7 ta’ Frar li gej, se tiltaqa’ l-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista li se tiddiskuti fost affarijiet ohra, mozzjoni programmatika importanti dwar id-direzzjoni politika li se jiehu l-PL fis-snin li gejjin. F’din l-intervista qasira, id-Deputat Mexxej tal-PL Dr. Toni Abela, jaghti l-fehmiet tieghu lil KullHadd dwar is-sinifikat tal-Konferenza Generali ta’ din is-sena.

Nisimghu kull sena li waslet il-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista. Xi tfisser Konferenza bhal din?


Il-Konferenza hija kollox. Bhal kull partit politiku li jhaddan id-demokrazija interna tal-Partit, din hija l-oghla organu u ghandha s-setgha li tiddeciedi fuq mozzjonijiet u kull kwistjoni li titressaq quddiemha. Hija maghmula minn delegati, li kull wiehed minnhom ghandu mandat minn membri tal-Partit li jelegguhom biex f’isimhom jezercitaw din is-setgha li tigi fdata lilhom. Fi ftit kliem, il-konferenza hija id-distillazzjoni  tar-rieda ta’ eluf ta’ membri imsiehba fil-Partit Laburista.

Izda mhux kull delegat huwa elett?


Veru ukoll. Il-parti kbira minnhom izda huma eletti. Hemm delegati li jkunu gew maghzula ukoll mill-ferghat tal-Partit bhalma huma l-Forum Zghazagh Laburisti, Veterani, Nisa, Grupp Parlamentari u issa il-Fondazzjoni Ideat . Dawn ghandhom esperjenzi ta’ attivizmu politiku li mhux l-istess bhal dak l-attivizmu politiku li jigi mill-gheruq u c-centri politici imxerrda ma’ Malta kollha. Aktar minn hekk, din id-darba ser ikollna innovazzjoni li tikkonsisti f’numru zghir ta’ delegati ghal sena wahda biss, li huma maghzula mill-Partit, ta’ nies li ghandhom hiliet specjalizzati biex b’hekk ikollna prezenti fostna varjetà ta’ ideat. Allura kif qieghed tara, qeghdin imorru ghal tilqima bejn esperjenzi minn kull saff tas-socjetà .

Ser nisimghu b’innovazzjonijiet ohrajn?
Iva. Ibda biex din hija l-ewwel Konferenza wara l-emendi recenti li saru fl-Istatut. Ser tkun konferenza izghar u b’anqas elezzjonijiet ta’ karigi li qabel kienu jahlu hafna energija li tista’ tigi indirizzata ahjar.

Karigi bhal dik ta’ Chairman tal-Fondazzjoni Ideat, l-Amministratur Finanzjarju, u jekk ikun hemm qbil fuqu l-hatra ta’ Segretraju ghall-Ezekuttiv u l-Amministrazzjoni, ser jibdew jinhatru fuq kriteji teknici minn organi ohrajn tal-Partit, b’mod partikulari l-Ezekuttiv tal-Partit. Il-hsieb wara dan kollu huwa li mhux biss li naccertaw ghazliet ta’ kompetenza teknika, izda li nkunu aktar iffukati fuq kwistjonijet ta’ sustanza.

Dan ifisser li lill-Konferenza tnaqqsulha is-setghat ?

Xejn minn dan. Dan ifisser li d-delegati taghna qeghdin jirrikonoxxu li z-zminijiet qeghdin jinbiddlu u li ghandu jkun hemm aktar spazju ghall-rizorsi politici u umani cari u kompetenti. Izda il-Konferenza dejjem tibqa’ l-organu li x’hin trid tista’ tibdel. Din is-setgha tinsab ankrata fl-Istatut li jistabbilxxi li l-maggoranza tad-Delegati dejjem jistghu jaghmlu dawk l-emendi li jidhrilhom li ghandhom isiru fl-Istatut.  Ghalhekk il-Konferenza Generali baqghet dejjem is-sors ta’ kull awtorità fil-Partit. Fi ftit kliem il-Konferenza hija l-organu li taghti s-setgha u li tiehu l-istess setgha.

X’ser jikkaraterizza din il-Konferenza partikolari ?

Ser ikun hemm tlett affarijiet ewlenin.

L-ewwel haga fuq livell organizzattiv. Kuntarjament kif isir is-soltu, ser tkun mifruxa fuq gimgha shiha b’workshops li ser jinzammu f’postijiet differenti fejn ser ikunu diskussi temi differenti li jolqtu l-politika tal-Partit. Dan ikompli jikkumplimenta l-htiega ta’ aktar specjalizzazzjoni u li nkunu aktar iffokati. F’dawn il-workshops ser jiehdu sehem nies li mhux necessarjament ikunu delegati.

It-tieni haga ser tkun il-prezentazzjoni ta’ aktar emendi fl-ghazla ta’ certi karigi biex inkomplu nehilsu mit-toqol ta’ mekkanizmi elettorali fi hdan il-Partit li mhux necessarjament jipproducu dak li jkollu bzonn il-Partit fil-mument li jkun ghaddej minnu.

It-tielet haga, u din ser tkun il-qalba tal-Konferenza, il-mozzjoni li ser titressaq mill-Mexxej Joseph Muscat. Ser tkun mozzjoni programmatika u li tipprogetta l-politika tal-Partit ghall-gejjieni qarib. Din ser tkun mozzjoni li taghraf il-htiega ta’ bidla kulturali ta’ kif fassalna l-politika taghna sa issa. L-emfazi tal-mozzjoni huwa principalment mibni fuq ir-rikonnoximent li s-socjetà Maltija inbiddlet radikalment, tant li parti sostanzjali mill-elettorat m’ghadux jaghraf fiz-zewg partiti l-aspirazzjonijiet socjo-ekonomici tieghu.

F’din il-mozzjoni wiehed jara l-qafas ta’ principji politici li bhal issa qeghdin jitlahhmu fil-Partit u li ser ikunu l-pjattaforma li minn fuqha ser imorru ghall-elezzjoni generali li jmiss. Dawn jistghu jaslu qabel zmienhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata