Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Irridu Ewropa iktar socjali” - L-Ambaxxatrici Spanjola ghal Malta

E-mail Print PDF

“Irridu nharsu lejn Ewropa li tkun aktar socjali. Ewropa fejn il-persuni b’dizabbiltà, u n-nies tax-xoghol ikunu protetti. Ewropa li tiggarantixxi edukazzjoni u sahha b’xejn ghal kulhadd. Ghal dan kollu rridu Unjoni b’sahhitha u kompetittiva.” Hekk sahqet l-Ambaxxatrici Spanjola ghal Malta, Maria Isabel Vicandi Plaza, meta kienet qed titkellem dwar il-prioritajiet tal-Presidenza Spanjola ghall-UE.

F’intervista ma’ dan il-gurnal, li se tkun ippubblikata il-gimgha d-diehla,  Vicandi Plaza titkellem ukoll dwar il-problema tal-immigrazzjoni llegali u tishaq li l-pajjizi l-aktar milquta minn dan il-fenomenu, inkluzi Malta u Spanja, ghandu jkollhom is-solidarjetà tal-pajjizi membri.


“Bl-istess mod kif l-eks Prim Ministru Malti Dom Mintoff kien qal li l-Ewropa ma jkollix sigurtà jekk il-Mediterran ma jkunx protett, ahna nemmnu li l-istess jista’ jigi applikat ghas-sitwazzjoni fil-pajjizi tat-Tielet Dinja. Is-sigurtà, il-paci u l-kontroll ta’ l-immigrazzjoni ma jkunux solvuti sakemm ma niggarantux li dawn il-pajjizi jkollhom ir-rizorsi ekonomici biex jaghtu lic-cittadini taghhom hajja dinjituza,” sahqet Vicandi Plaza.


Mistoqsija minn dan il-gurnal dwar it-thejjijiet li Malta trid taghmel ghall-Presidenza, hija stqarret li ghalkemm l-2017 tidher data kemmxejn ‘il boghod, wiehed irid jipprepara tajjeb ghaliex iz-zmien malajr jasal.


Fl-intervista, Maria Isabel Vicandi Plaza titkellem fid-dettall dwar temi ohrajn, fosthom it-Trattat ta’ Lizbona, l-bzonn ta’ messagg politiku Ewropew maghqud, il-faqar, kif ukoll il-kwistjoni dwar id-dhul tat-Turkija fl-UE.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura