Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-vot tal-landscaping jonqos b’200,000 ewro

E-mail Print PDF
Share

Fis-sena li bdew “iwettqu” l-progett eko-Ghawdex

Waqt li fl-ahhar bagit il-gvern ta’ Lawrence Gonzi qal li minn din is-sena se jibda jwettaq il-progett eko-Ghawdex fejn qal li se jkun qieghed jinvesti €25 miljun biex jaghmel minn Ghawdex gzira ekologika, fl-ahhar jiem il-Ministeru ta’ Ghawdex ikkonferma li l-vot tal-Landscaping naqas b’xejn inqas minn €200,000 ghas-sena li ninsabu fiha.

Dan johrog minn twegiba ghall-mistoqsija parlamentari li ghamel id-deputat Laburista Anton Refalo meta din il-gimgha fil-Parlament staqsa direttament lill-ministru Giovanna Debono tikkonfermax li l-flus ivvotati fil-bagit, taht l-item immarkat “Landscaping Gozo”, naqsu b’€200,000 ghal din is-sena, waqt li talabha taghti r-raguni/jiet ghaliex ittiehdet din id-decizjoni.


Fit-twegiba taghha l-Ministru Giovanna Debono ma tatx raguni wahda ghala fis-sena li fiha l-gvern beda suppost iwettaq il-progett ta’ eko-Ghawdex il-vot ghal-landscaping naqas b’tant eluf.
Fil-fatt hija qalet li “tinsab infurmata li l-flus ivvotati taht item 5250 – landscaping Gozo Vot Rikorrenti Nru 14 naqsu b’€200,000 ghas-sena 2010 skont il-prijoritajiet tal-Ministeru.”


F’Jannar 2008, il-Ministru Giovanna Debono harget tghid li Ghawdex ukoll qed jibbenefika minn programmi ta’ tisbih f’toroq u junctions principali mill-Environmental Landscape Consortium (ELC).
Dakinhar waqt zjara li ghamlet f’diversi roundabouts f’Ghawdex, il-Ministru Debono tat mertu lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi ghax-xoghol ta’ tisbih li kien qed isir b’inizjattivi marbuta ma’ afforestazzjoni, rijabbilitazzjoni ta’ widien u mmanniggjar ahjar tal-ambjent f’Ghawdex.


Hija marret pass oltre minn hekk u qalet li minbarra li dan il-progett ittejjeb bil-bosta l-kwalità tad-dehra ta’ Ghawdex, l-estensjoni tal-kuntratt tal-ELC lejn il-gzira kien ifisser ukoll holqien ta’ opportunitajiet tax-xoghol godda ghall-Ghawdxin, fejn qalet li kellhom jinholqu numru ta’ impjiegi fil-gejjieni qrib.
Fid-diskors tal-bagit li ghadda, il-gvern qal li wara process ta’ konsultazzjoni estensiv dwar eko-Ghawdex, issa kien imiss li jibdew iwettqu dak li weghdu!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata