Partita verament ecitanti li fiha rajna sitt gowls. Bidu tajjeb ghal Valletta u gowl sabih tal-captain G Agius li gawdewh tul l-ewwel taqsima kollha minkejja li Hibs ma qaghdux lura f’dan il-hin. Imbaghad kien hemm hasda kbira ghal Valletta fil-bidu tat-tieni taqsima meta il-Pawlisti bdew qawwi ferm b’zewg gowls f’zewg minuti b’zewg daqqiet ta’ ras ta’ Caruana u Cohen li bihom qalbu r-rizultat. Valletta imbaghad irreagixxew serjament b’diversi azzjonijiet perikoluzi u bid-dhul ta’ Doding. Dan kollu gab tliet gowls ohra sa tmiem il-partita.
Ta’ min wiehed isemmi li minuta qabel it-tieni gowl ta’ G Agius fis-70 minuta, Hibs tilfu okkazjoni tad-deheb minn Lopez de Pina li seta’ biddel l-istorja kollha tal-partita. Dan ma sehhx u Hibs pattew qares. Minn hawn ’l quddiem Valletta qamu ghall-okkazjoni u ssigillaw ir-rebha b’zewg gowls ohra. Ghal Valletta kellhom partita tajba G Agius, Briffa u Sammut filwaqt li ghal Hibs kellhom partita tajba wkoll Caruana u Cohen.
Bhalma diga’ semmejna Valletta bdew il-partita bil-qawwi u fl-14-il minuta Briffa qassam ballun fit-tul lejn Falzon, dan ikkrossja baxx, dahal G Agius u xxuttja barra.
Hibs kellhom kross ta’ Xuereb mix-xellug fis-17-il minuta u daqqa ta’ ras ta’ Caruana tmur ftit gholi. Minuta wara jigifieri fit-18-il minuta Valletta jifthu li skor. Ballun mil-lemin lejn Pace, ix-xutt dghajjef ta’ dan jasal ghand GILBERT AGIUS fil-kaxxa li tefa’ lil Valletta fil-vantagg.
Fis-26 minuta Valletta kellhom xutt ta’ Scerri jghaddi ftit gholi bil-gowler Muscat tal-Hibs attent. Fis-36 minuta azzjoni personali ta’ Cohen ghal Hibs u xutt u save tal-gowler Belti Hogg. Zewg minuti wara Hogg rega’ kien prominenti meta hareg minn postu u salva kross mil-lemin ta’ Barbara.
Fid-39 minuta pass ta’ Briffa lejn Scerri ghal Valletta li avvanza u fajjar xutt li mar ftit gholi. Fil-41 minuta kross mix-xellug ta’ Falzon ghal Valletta, dahal min-naha opposta Scerri li xxuttja ftit barra. Fis-46 minuta pass ta’ Sammut ghal Valletta wkoll lejn Scerri li pprova xutt li mar ftit gholi.
Imbaghad wasalna ghar-rimonta qawwija tal-Hibs fil-bidu tat-tieni taqsima. Fit-48 minuta korner qasir ta’ Barbara lejn Cohen, dan ikkrossja tajjeb, ghola JONATHAN CARUANA u kiseb id-draw ghal Hibernians.
Appena minuta wara fid-49 minuta kross mil-lemin ta’ Barbara lejn in-naha opposta fejn kien hemm ANDREW COHEN li b’daqqa ta’ ras pogga lil Pawlisti fuq quddiem.
Fit-62 minuta azzjoni personali ta’ G Agius li dahal qrib il-lasta avversarja, xxuttja, izda sab lil Caruana u l-gowler Muscat jimblukkawlu f’korner. Zewg minuti wara throw in twil hafna ta’ Borg ghal Valletta, Priso nizzel bir-ras lejn Scerri li kellu x-xutt tieghu imblukkat minn difensur.
Hibs kellhom freekick mix-xellug ta’ Cohen fid-69 minuta, dahal wahdu tajjeb Lopez de Pina izda minn qaghda idejali ghamel l-impossibbli u tefa’ barra bir-ras. Aktarx li hawn kien is-sinjal ghar-rebha Beltija peress li minuta wara huma kisbu d-draw. Pass preciz ta’ Briffa lejn GILBERT AGIUS li dahal qrib u b’kanunata spara l-ballun fix-xibka.
Fis-76 minuta freekick mix-xellug ta’ Scicluna ghal Valletta, ballun ikklerjat minn Pulis lejn Priso li nizzel fuq ras KEVIN SAMMUT li dahal u xxuttja b’sahhtu biex ghamel li skor 3-2.
Fit-80 minuta Valletta ghamluhom erba’ meta minn azzjoni ta’ korner il-ballun gie ghand PRISO DODING li b’xutt b’sahhtu gheleb ghar-raba’ darba lil Muscat fil-lasta tal-Hibs.
L-ahhar azzjoni denja ta’ nota kienet ukoll min-naha Beltija meta fl-84 minuta azzjoni personali, din id-darba ta’ Briffa, li dahal fil-kaxxa u b’xutt b’sahhtu gieghel lil Muscat itir u jsalva tajjeb f’korner.
HIBS: Muscat, Herrera, Pulis, Caruana (C Camilleri 84), Lopez de Pina (B Camilleri 77), Xuereb, Pearson (R Camilleri 84), Galabov, Calleja, Barbara, Cohen.
VALLETTA: Hogg, Bezzina, Borg, Dimech, Scicluna, G Agius (O’Brien 84), Sammut (E Agius 87), Pace, Briffa, Scerri, Falzon (Doding 59).
REFEREE: Alan Mario Sant
PLEJER TAL-LOGHBA: Gilbert Agius Valletta

| < Prev | Next > |
|---|






