Minhabba nuqqas ta’ taghmir li jiswa bejn 70,000 u 100,000 Ewro
Espert forensiku li jahdem fil-Laboratorju Nazzjonali u li kontinwament jigi appuntatat bhala espert mill-qrati f’kazijiet ta’ droga, fil-granet li ghaddew informa lill-Magistrati li fis-sitwazzjoni prezenti mhux se jkun jista’ ikompli bix-xoghol tieghu minhabba n-nuqqas ta’ taghmir addatat biex ikun jista’ jaghmel ix-xoghol tieghu sew.
Dan l-espert ikkomunika din id-decizjoni tieghu f’nota li baghat lill-Magistrati kollha nhar l-Erbgha 20 ta’ Jannar.
F’din in-nota huwa kiteb li minkejja li nforma b’dan in-nuqqas lill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Ministru tal-Finanzi f’ittra li ntbaghtet sena ilu, sal-lum baqa’ ma sar xejn. B’dawn in-nuqqasijiet fil-Laboratorju Nazzjonali kien infurmat ukoll il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
L-espert forensiku spjega li ilu sena jitkellem u jinsisti dwar dawn il-problemi, b’mod partikolari dwar il-fatt li fil-Laboratorju Nazzjonali m’hemmx it-taghmir necessarju biex isiru l-ezamijiet tossikologici kif suppost.
“Nhossni skomdu u moralment skorett li nkompli bix-xoghol tieghi minghajr ma jkolli t-tahrig u taghmir mehtieg biex inkun nista’ nahdem bih,” kiteb dan l-espert fl-ittra ta’ sena ilu fejn kien ta twissija li jista’ jieqaf jaghmel dan ix-xoghol jekk ma tittiehidx azzjoni.
Jirrizulta li qed iqumu problemi l-aktar f’kazijiet ta’ droga u sustanzi tossici ohra, fejn wara li tkun saret analizi preliminari tal-kampjuni li jkunu ttiehdu mill-Pulizija, ikun mehtieg li dan jigi kkonfermat permezz ta’ test iehor li jkun ibbazat fuq principju kimiku differenti. Peress li m’hemmx it-taghmir biex isir dan it-tieni test, ma jkunx jista’ jigi kkonfermat ir-rizultat tat-test preliminari. It-taghmir mehtieg jiswa bejn 70,000 u 100,000 Ewro, madwar nofs dak li gew jiswew ic-celebrazzjonijiet biex giet inawgurata Pjazza San Gorg, il-Belt ftit tal-gimghat ilu.
“Kont qed nistenna li s-sitwazzjoni tkun rimedjata wara sena biex nibda nikkonferma kazijiet li rrizultaw pozittivi ghal droga partikolari,” zied jghid dan l-espert. Kien hawn li huwa sostna li ma jistax ikompli bix-xoghol tieghu, hekk kif qed jakkumulaw bil-bosta il-kampjuni li suppost ilha li saret il-konferma taghhom.
F’din is-sitwazzjoni gravi, jistghu jigu pperikolati l-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’kazijiet mill-aktar sensittivi bhal dawk tat-traffikar tad-droga, b’kull dubju jew nuqqas li jinholoq dwar il-provi, jista’ jkun jispicca jiffavorixxi lil dawk akkuzati b’reati dwar traffikar jew pussess ta’ droga.

| < Prev | Next > |
|---|








