Ir-Registratur tal-Università ma wegbix ghad-domandi tal-gurnal KullHadd dwar kemm kien in-numru ta’ studenti li nqabdu jikkupjaw fl-ahhar hames snin. Dan minkejja li ghaddew tmient ijiem minn meta bghatna l-mistoqsijiet taghna.
L-ufficcju tar-Registratur naqas milli jwiegeb id-domandi taghna matul din il-gimgha, anki jekk konna mwieghda li se jaghmel dan.
KullHadd talab lill-ufficcju tar-Registratur informazzjoni dwar kemm hemm kazijiet ta’ ikkupjar fl-ahhar hames snin minn studenti tal-Università u x’passi ttiehdu f’dawn il-kazijiet. Tlabna wkoll biex inkunu nafu kemm minn dawn l-istudenti thallew ikomplu l-kors. Anki jekk fakkarna bil-mistoqsijiet taghna nhar il-Gimgha lil min hu responsabbli, ir-risposti baqghu ma waslux.
Dawn id-domandi saru fid-dawl ta’ dak li gie zvelat minn KullHadd ftit ta’ gimghat ilu, dwar it-tliet kazijiet fejn inqabad jikkopja waqt ezamijiet tal-Università il-Whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista David Agius.
David Agius inqabad jikkopja f’ezami tal-Master of Business Administration tal-Università ta’ Malta fis-sena 2004. Ezami li ghamel meta kien diga deputat Nazzjonalista.
Fl-2001, meta kien qed isegwi kors li jwasslu ghall-Baccelerat David Agius kien inqabad jikkopja f’zewg okkazjonijiet separati meta kellu fuqu informazzjoni li mhux suppost kellu fil-kamra tal-ezami.
Minkejja li David Agius inqabad jikkopja ghal darba, darbtejn, tlieta, xorta wahda kien thalla jkompli bil-korsijiet tieghu.

Minn FTM
,
January 24, 2010 | < Prev | Next > |
|---|






