Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Falza stikka

E-mail Print PDF
Share

B’hafna tqanzih u traqqih bdiet is-sistema tat-tqassim tal-frott fl-iskejjel primarji ta’ Malta u Ghawdex. Dan huwa progett li qed isir bl-ghajnuna tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li t-tfal japprezzaw aktar u jigu mhajra biex kemm jista’ jkun jieklu frott u hxejjex billi dan huwa tajjeb ghas-sahha. Dan huwa progett importanti specjalment ghall-gzejjer taghna fejn t-tfal huma minn ta’ quddiem fejn tidhol il-hxuna.

Sintendi, il-Ministru nkarigat ma naqasx li jmur fi skola primarja privata biex jirkeb ftit fuq il-karru tal-propaganda.  Izda nahseb li kien ikun ahjar kieku l-Ministru l-ewwelnet zgura li tal-inqas il-porzjonijiet ta’ frott li nghataw lit-tfal kienu daqsxejn akbar. Dan billi, bl-iskuza li ma jkunx hemm hela, il-porzjonijiet li nghataw kienu ta’ 50 gramma ghal tfal zghar u 75 gramma ghat-tfal l-ohra. Dan huwa ferm ’il boghod mill-frott u haxix li huwa rrikmandat li jieklu t-tfal kuljum. Mhux qed nghid li l-Gvern ghandu jaghmel tajjeb ghal dak kollu li suppost jieklu t-tfal. Izda min-naha l-ohra zgur li porzjonijiet bhal dawn, li jinghataw darba fil-gimgha biss... ghalkemm originalment il-pjan kien li jinghataw kuljum – mhux se jghin biex it-tfal jidraw jieklu aktar frott u haxix.

Anzi minn dak li smajt din l-iskema, minhabba li aktar ppruvaw juzawha bhala propaganda minflok ma fissru sewwa x’kien se jsir, f’certu kazijiet ghamlet iktar hsara milli gid. Dan billi xi genituri nghataw l-impressjoni li l-Gvern kien se jipprovdi frotta kuljum .. u kif qalulna xi ghalliema, xi tfal li ssoltu jiehdu l-iskola maghhom frotta kuljum, spiccaw biex intbghatu l-iskola  minghajr frott billi stennew li dan se jigi provdut lilhom mill-awtoritajiet.


Nispera li l-affarijiet isiru aktar bis-serjetà. L-ewwelnet billi nispjegaw sewwa lill-genituri x’qed isir ezatt, kif ukoll billi nkabbru xi ftit il-porzjonijiet, kif ukoll  isir tentattiv biex jinstabu xi ftit flus biex il-frott jinghata aktar minn darba fil-gimgha.


Rebah seba’ xhur

Wara seba’ xhur ta’ stennija... wara pressjoni u theddid ta’ azzjoni ndustrijali min-naha tal-Malta Union of Teachers,  il-Gvern fl-ahhar  ffinalizza r-rapport li f’Gunju tas-sena l-ohra kien qal li se jipprepara dwar t-talbiet rigward certi anomaliji li nqalghu meta gie biex jigi mplimentat il-famuz ftehim bejn l-Unjin u l-Gvern. Issa wara li ghadda dan iz-zmien kollu, il-Ministru tal-Finanzi hareg jghid li nstab li ma kien hemm ebda anomaliji... u  allura skond l-awtoritajiet it-talbiet tal-Malta Union of Teachers ma jistghux jintlaqghu.

Tal-inqas il-Gvern rebah seba’ xhur... issa se naraw x’tattika se juza’ biex jevita l-azzjonijiet industrijali li ordnat l-Malta Union of Teachers.


Skejjel Primarji godda

Issa hija ufficjali. Xi skejjel tal-Knisja ser jibnu skejjel primarji godda li mistennija jipprovdu post ghal madwar 2000 student. Dan sar wara ftehim li ntlahaq bejn il-Gvern u l-awtoritajiet tal-Knisja u bhala konsegwenza tat-tnehhija tal-ezami ghad-dhul fl-iskejjel sekondarji.

Sadanittant id-dirigenti tal-iskejjel privati digà hargu jilmentaw dwar l-effett hazin li dan il-progett jista’ jkollu fuq l-iskejjel taghhom. Sahansitra qed jibzghu li jista’ jkun li whud minnhom ikollhom jaghlqu.

X’qed isir min-naha tal-Gvern dwar l-iskejjel tieghu?  S’issa ghadna ma smajna xejn? Qed isir xi studju dwar dan?  Jidher li d-diskussjonijiet mal-Knisja dwar dan il-progett ilhom ghaddejjin sena. Ma’ min ikkonsulta l-Gvern dwar l-effett li se jkollu fuq l-iskejjel primarji statali d-dhul ta’ 2000 student fl-iskejjel tal-Knisja? 

Mal-Malta Union of Teachers zgur ma sarux diskussjonijiet.  Bla dubju ta’ xejn il-maggoranza tal-istudenti li se jmorru fl-iskejjel tal-Knisja se jonqsu mill-iskejjel tal-Istat? Jien m’ghandi xejn kontra li l-genituri jinghataw aktar ghazla, izda min-naha l-ohra tajjeb li l-Gvern jahseb minn qabel x’se jaghmel bl-ghalliema zejda li jista’ jkollu?  Jista’ jigri l-kaz li xi skejjel zghar ikollhom jinghalqu? 

Hemm hafna izjed punti li wiehed irid jiehu f’kunsiderazzjoni u ghalhekk huwa mportanti li mill-aktar fis possibli l-Ministeru tal-Edukazzjoni johrog r-reazzjoni tieghu ghal dak li qed ihasseb lill-Malta Union of Teachers, d-dirigenti u ghalliema tal-iskejjel u anki lill-genituri.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata