Nilmhu gej ftit passi ‘l boghod minn fejn kont qeghda bilqeghda nistennih. Propjament naghraf lehnu waqt li kien qed jirrispondi telefonata fuq ic-cellolari tieghu. Nghajjatlu u mal-ewwel ipoggi hdejja herqan ghal din l-intervista. Carlos Debattista zgur li mhux wicc gdid fil-media lokali. Ghamel zmien kien jaghmilha ta’ attur, u llum il-gurnata jippreferi jikteb l-istejjer hu stess.
Ghandu 37 sena, joqghod il-Qawra, separat u single, u huwa missier tifla ta’ seba’ snin, li prattikament jghix ghaliha. “Propjament jien kittieb. Xi sitt snin ilu, Abigail Mallia kienet avvicinatni biex nghinha f’kummiedja ghat-televizjoni. Ftit wara kkuntattjatni biex naghti sehemi f’Gizelle, minhabba l-aktar li riedu input ta’ ragel u b’hekk konna ffurmajna l-4 People. Gara li wara dan il-progett, indunajna li mal-kumplament tal-grupp kellna toroq separati. B’hekk giet mahluqa Take 2. Minnha twieled Evangelisti, beda jirrakkontali Carlos.
Bhala passatempi, Carlos ihobb jaqra hafna, u jiddedika hafna hin mat-tifla tieghu. “Hajti hija x-xoghol u t-tifla. Inhobb hafna l-istorja, loghob tal-playstation, movies, u tv series. Idejjquni films tal-biza’ estremi. Ma niddejjaqx nohrog wahdi u noqghod nosserva. Mhux l-ewwel darba li mmur f’xi bar wahdi u naqbad parlata ma’ nies li ma nkunx nafhom. Nikkunsidrani open to anything. Anki sports nipprova ndahhal f’hajjti,” kompla jghidli dwaru Carlos.
Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala wiehed li m’ghandux kwiet u nervuz. “Meta kont izghar kont naccetta kollox. Illum m’ghadnix. Saret taqbizli, imma ta’ madwari drawni. Però jien persuna ferrihija u nhobb niccajta wkoll. Voldieri ghandi kontradizzjoni fija. Mohhi dejjem jehwden. Mhux l-ewwel darba li nitkellem wahdi, fis-sens li nkun qed infassal storja wahdi”, tbissem jghidli bl-ikbar serjetà Carlos.
Ta’ min jghid li qabel ma sab ruhu nvolut fix-xena tal-media, Carlos kien jinnegozja fil-proprjetà fil-Belt Valletta. Minhabba dan il-fattur, jistqarr li ghandu ghal qalbu hafna lill-belt kapitali taghna. “Mhux l-ewwel darba li ssibni nippassigga f’nofs ta’ lejl fil-Belt Valletta. Inhoss li f’dawk il-mumenti mohhi jirrilassa. Fil-fatt inhobb nuza lill-Belt ghal diversi filming minn taghna. Il-binja t’hemm taffaxxinani wisq, apparti li naf tista’ tghid kull toqba tal-Belt”.
Minn informazzjoni li kont ksibt fuq Carlos, qabel ma mort ghal din l-intervista, kont naf li fil-passat kien mizzewweg u li l-ikbar zmien sabih tieghu huwa meta jqattghu mat-tifla. Tlabtu jghaddili xi kummenti dwar dan, u ma sab l-ebda problema li jiddiskutieha mieghi. “Iva, jiena kont ghamilt sitt snin mizzewweg. Qabel iz-zwieg konna best friends minn zmien l-iskola. Ridt insir suldat, izda minhabba li kelli u ghad ghandi problemi b’ghajnejja, kelli nwarrab din ix-xewqa. Minhabba certu nuqqasijiet tieghi stess u li nammettiehom, kelli nissepara minn mal-mara tieghi. Biss, illum nista’ nghidlek li jien u l-ex mara tieghi ghadna l-ikbar hbieb. Kif ghedt qabel, qed nghix ghat-tifla – litteralment nghix ghat-tifla”, sahaq Carlos.
Peress li fil-bidu nfurmani li jhobb jilghab il-playstation, staqsejtu jekk jikkunsidrax lilu nnifsu bhala ffissat fuq il-loghob taghha bhal xi whud. “Iffissat minix. Però meta nsib ic-cans, inhobb inqatta’ dawk is-saghtejn noqghod nispara. Nilghab biss military games”.
Naqleb id-diskursata taghna, dwar ir-rectar, u fuq kollox jekk illum ghadux jirrecta. Fil-fatt infurmani li ghalkemm ir-rectar ihobbu, llum qed jiffoka fuq il-kitba. “Dhalt fid-dinja tar-rectar b’kumbinazzjoni. Kien missier Abigail – Salvu Mallia li kien tani parti fi play minn tieghu. Kont ghogobtu, tant li kien tani parti ohra. F’Evangelisti ghazilt li ma niehux sehem, minhabba l-hafna impenji fosthom ta’ kitba, meetings u hafna rwoli ohra li jinvolvini Take 2”.
Izid jghidli li l-hajja ghallmitu wisq, tant li juzaha fil-kitba tieghu. Kiteb kemm Gizelle u anki Evangelisti, dejjem bl-ghajnuna ta’ Abigail. “Sentejn shah nahdem il-Belt inhoss li ghenuni hafna. Kont niltaqa’ ma’ kull tip ta’ nies. Kollha b’xi storja unika. B’hekk nispira ruhi hafna fil-kitba tieghi”.
Id-Dell ta’ Lucija
Tkellimt mieghu dwar il-progett gdid ta’ Take 2 – Id-Dell ta’ Lucija. Dan huwa kuncert esklussiv imtella’ minn No Bling. Hafna mix-xoghol tieghu huwa fdat f’idejn Jon Mallia. Fil-fatt Carlos jiddeskrivi lil Jon bhala artist u awtur specjali li jispecjalizza fil-hiphop Malti u b’lirika b’sahhitha. “Bazikament xi tmien xhur ilu bdew jahdmu fuq dan l-album. Stejjer mehudin minn hajtu, minn klikka ta’ nies li kien ikun maghhom il-bandli tal-Mosta. L-istorja tittratta dwar Samuel u Lucija. Hija storja vvintata, però tirrifletti hafna realtajiet bhal droga, prostituzzjoni u tragedja. Il-kuncert ser jittella’ fis-6 ta’ Frar li gej il-Buskett. Se jkun hemm sorprizi lesti ghall-udjenza li ser jattendu. Avveniment muzikali u teatrali li bla dubju ser ikun esklussiv. Dan huwa l-progett taghna tal-mument”, tbissem jghidli Carlos b’certu herqa fuqu.
Fil-pront jinghaqdu maghna zewg membri mill-band No Bling – Nick Morales u Chris it-toffer. Fuq inizjattiva taghhom, hadu l-interess sabiex jinghaqdu maghna ghal din l-intervista, filwaqt li komplew izidu ma’ dak li kien qed jghidli Carlos. Filfatt, ghal waqt dan il-kuncert infurmawni li ser ikantaw tmien kanzunetti. Kollha b’temi socjali u b’lirika qawwija.
Dort fuq Carlos, u komplejt bl-intervista billi staqsejtu dwar xi progetti futuri li ghandu. “Il-pjan huwa li qed nahdmu fuq series ohra ghat-televizjoni. Qed nirsistu wkoll biex nahdmu progett gdid ghas-suq barrani. Anki xtrajna apparat li jiswa hafna flus sabiex inkunu nistghu nahdmu ahjar. Id-drive tal-kumpannija taghna hemm qeghda - dik li nipproducu ghal barra minn pajjizna”, temm jghidli sodisfatt Carlos.
(Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.)

| < Prev | Next > |
|---|







