Bosta jilmentaw mill-fatt li l-Parlament naqsitlu hafna mill-importanza tieghu. In-nies barra t-triq ftit li xejn ghadhom jinteressaw irwiehom b’dak li jigri fil-Parlament. Anki uhud mill-parlamentari nfushom ma tantx juru hegga ghax-xoghol taghhom. Tant hu hekk l-attendenza u l-partecipazzjoni ta’ diversi deputati ma tantx hi wahda mpressjonanti.
Hemm aktar minn raguni wahda ghalfejn il-Parlament, dak li jissejjah tradizzjonalment ‘l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz’ m’ghadux ic-centru tad-dibattitu pubbliku f’pajjizna. Id-dibattitu pubbliku fil-Parlament gie fgat jekk mhux maqtul, u spicca spostja ruhu x’imkien iehor, fuq il-media principalment u anki permezz tat-teknologija l-gdida, fuq l-internet.
Mill-banda l-ohra, ghalkemm Malta zgur mhijiex nieqsa minn chat shows u programmi ta’ diskussjoni fuq il-media, hawn minn isostni li c-caccir u t-tmashin kollu li llum il-gurnata ghandna fuq il-media, ftit li xejn icaqlaq l-ilmijiet, inqas u inqas icaqilqu lill-gvern minn decizjonijiet zbaljati tieghu, ewlenin fosthom dik taz-zidiet qawwija fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Gurnalisti ‘mhadda’
Lura ghall-Parlament, fis-snin sebghin l-istqarrijiet ministerjali segwiti b’sensila ta’ mistoqsijiet u twegibiet, kienu jkunu xi haga ta’ kull gimgha.
llum il-gurnata saru isiru fula f’qamar, f’okkazjonijiet vera rari. L-esponenti tal-gvern, bil-prim ministru fuq quddiem, jippreferu jirrikorru ghall-intervisti ma’ gurnalisti hbieb li jistghu jigu wzati bhala ‘mhadda’, milli joqghodu ghall-mistoqsijiet u interventi tad-deputati fuq iz-zewg nahat tal-Kamra.
Anki bil-mod kif jigu mwiegba l-mistoqsijiet parlamentari mill-ministri u mis-segretarji parlamentari, u bil-fatt li dawn ma jkunux fil-Kamra biex iwiegbu ghall-mistoqsijiet supplimentari, hafna drabi tinghata l-impressjoni li l-Parlament dawn saru jiqiesuh bhala ritwal, formalità u hela ta’ hin, bil-ministri jaraw kif jaghmlu biex ifittxu jehilsu minn dan l-iskomdu.
Anki l-fatt li hafna mill-ligijiet illum qed isiru permezz tal-regolamenti u l-avvizi legali, qed jispicca johnoq u jifga l-Parlament u jnehhilu hafna mill-iskop tieghu.
Imma issa l-gvern mar pass iehor ‘il quddiem, ossija lura fl-arroganza kbira tieghu, li l-ewwel qed ihabbar il-mizuri li jkun ha u jdahhalhom fis-sehh, imbaghad wara jaghmel l-avviz legali.
Il-legislazzjoni permezz tal-avvizi legali ggib fix-xejn il-funzjoni ewlenija li suppost ghandu l-Parlament, dik li jaghmel il-ligijiet u li jservi ta’ kontro-bilanc u skrutinju ghall-operat tal-gvern
Bla rispett
F’dawn l-ahhar zminijiet il-hajja parlamentari ddegenerat sal-punt li anki deputati min-naha tal-gvern stess qed jilmentaw li l-Parlament mhuwiex qed jinghata r-rispett li jixraqlu u lanqas m’hu qed jinghata r-rizorsi mehtiega biex dan ikun jista’ jiffunzjona sew. Aktar milli bini gdid u imponenti li fuqu se jintefqu l-miljuni, li ghandu bzonn il-Parlament hu gharfien preciz ta’ x’ghandu jkun l-irwol tal-Parlament f’socjetà demokratika.
Min-naha taghha l-Oppozizzjoni qed taghmel kull ma tista’ fil-limitu tal-possibbli biex tirrezisti l-manuvrar u l-liwi tal-idejn li qed jirrikorru ghalih Gonzi & Co biex igibu l-Parlament bla sahha u bla hajja. Fix-xhur li ghaddew l-Oppozizzjoni Laburista hadet rwol proattiv fil-Parlament billi resqet diversi mozzjonijiet, private members motions u bills u anki emendi ghall-abbozzi ta’ ligijiet imressqa mill-gvern, propju biex tasserixxi l-funzjonijiet li ghandu jkollu l-Parlament quddiem gvern prepotenti u arroganti.
Il-Gvern ta’ Gonzi & Co ma jiflahx jaqa’ f’aktar inkonsistenzi u kontradizzjonijiet u dan ghax ghandu stima baxxa mhux biss tal-Parlament imma iktar u iktar ta’ minn jeleggih. L-ewwel ittanta jwaqqaf id-diskussjoni fil-Parlament tal-mozzjoni tal-Oppozizzjoni dwar l-ghoti skandaluz tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara lill-kumpannija Daniza BWSC, bl-iskuza li kienu ghadhom ma gewx mitmuma l-investigazzjonijiet tal-Awditur Generali. Imbaghad din il-gimgha halla ghaddej il-process tal-MEPA biex jinhargu l-permessi ghal din l-estensjoni minkejja li l-Awditur Generali ghadu ma kkonkludiex ir-rapport tieghu.
B’sebgha ghajnejn
Naturalment il-problemi interni li ghandu fi hdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista stess qed igeghlu lil Dr. Gonzi joqghod b’sebgha ghajnejn biex inaqqas il-possibiltajiet li dak li gara fl-14 ta’ Dicembru meta Franco Debono b’mod deliberat assenta ruhu minn vot importanti fil-Parlament, ma jergax jirrepeti ruhu. Ghaldaqshekk Gonzi ghandu kull interess li d-diskussjoni fil-Parlament jara kif jillimita u mhux jiftahha.
Id-decizjoni tal-Ispeaker li ma jittiehidx vot wara d-diskussjoni li saret dwar il-mozzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni biex anki l-MEPA tistenna l-ezitu tal-investigazzjoni tal-Awditur-Generali nftehmet xi ftit ahjar meta skont it-Times tal-ghada, anki Jeffrey Pullicino Orlando u deputati ohra tal-PN kienu tal-istess fehma li l-MEPA kellha tistenna, bhall-Parlament wara kollox, biex tara x’ghandu xi jghid l-Awditur-Generali.

| Next > |
|---|







