Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Iridu jhallsu biex jigru fil-Marsa

E-mail Print PDF
Sharetrack_Persuni li juzaw it-track tal-atletika fil-Marsa, min biex jitharreg f’dan l-isports popolari u min biex jimxi xi mixja, ilmentaw ma’ KullHadd li minn ghada se jibda jkollhom ihallsu biex ikunu jistghu juzaw din it-track.

L-oghla hlas mitlub huwa ghall-adulti li m’humiex membri tal-Malta Amateur Athletic Associtation (MAAA) li jridu jhallsu €70 fis-sena. Dawk li huma membri iridu jhallsu €60 fis-sena bil-prezzijiet ivarjaw ghal dawk li ghandhom inqas minn 19-il sena, persuni b’dizabbilità u anzjani.
Atleta li tkellem ma’ dan il-gurnal qal li jhoss li din l-ispiza gdida hija wahda li ma’ taghmilx sens.

“Meta rridu nheggu tant lin-nies jippartecipaw fl-isports, se jispiccaw iddahhluna fi spejjez godda. Mhux digà ghandna spejjez marbutin mat-tahrig, specjalment jiena li ghandi zewg t’itfal li wkoll jitharrgu fl-isports!?,” qal dan l-atleta li tkellem maghna.

L-istess atleta stqarr li ma kellu qatt jiddahhal dan il-hlas iktar u iktar ghax fil-post m’hemmx il-facilitajiet kollha necessarji bhal showers u changing rooms ta’ livell.

Mara minn Hal Qormi li tkellmet ma’ dan il-gurnal qalet li issa anki l-mixja se tiswieha l-flus.

“Ahna dawn in-nahat ma tantx ghandek fejn tmur timxi. Dejjem gejt hawn imma issa rrid nhallas €70 sakemm ma nindholx membru u nhallas €60. Ma nafx kemm ghad tigi tiswa din il-membership iktar ‘il quddiem,” qalet din il-mara.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata