Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Gvern ikaxkar saqajh

E-mail Print PDF

Ir-ratifika tal-konvenzjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-drittijiet tal-persuni b’dizabbilità
man_in_wheelchair_rear
Pajjizna ffirma l-konvenzjoni tal-Gnus Maghquda dwar id-drittijiet tal-persuni b’dizabbilità fis-sena 2007. Izda minkejja li mill-iffirmar tal-konvenzjoni ghaddew kwazi tliet snin, sal-lum din il-konvenzjoni ghadha ma gietx ratifikata u migjuba fis-sehh f’Malta.


Imkejjen qrib il-Ministeru tal-Politika Socjali qalu ma’ KullHadd li l-gvern ghad m’ghandux idea preciza rigward meta se jkun qed jirratifika din il-konvenzjoni.

 

Joe Camilleri, Chairman tal-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Dizabbilità (KNDP) qal ma’ KullHadd li r-ratifikar ta’ din il-konvenzjoni huwa pass importanti ferm.


“Importanti ghax meta inti tiffirma tkun qed taqbel mal-principji. Meta tirratifika dawk il-principji jsiru parti mil-ligi tal-pajjiz. Tkun qed taccetta wkoll li jkun hemm skrutinju estern minn kumitati tal-Gnus Maghquda (GM),” qal Camilleri.


L-importanza ta’ din ir-ratfika tqajjment recentament mill-kelliem tal-Partit Laburista ghall-ugwaljanza Justyne Caruana f’laqgha mal-Fondazzjoni Maltija ghall-Klieb Gwida.


“Ghalkemm pajjizna kien firmatarju ghal din il-konvenzjoni, ghadha ma saritx ir-ratifika. Ilna snin nigu mwieghda li se ssir r-ratifika,  però l-Gvern ma jistax jaghmel dan qabel ma jsiru l-emendi mehtiega fil-ligi u fl-istrutturi ezistenti. Ta’ kull sena meta nattendu ghall-attivitajiet organizzati mill-KNPD, tqum il-kwistjoni tar-ratifika ta’ din il-konvenzjoni. Ghax hemm qbil li din il-konvenzjoni tfisser titjib fl-kundizzjonijiet u l-kwalità tal-hajja tal-persuni b'dizabbilita f'pajjizna,” sahqet Caruana ma’ dan il-gurnal.


Mistoqsi f’hix waslu l-affarijiet, Joe Camilleri qal li l-gvern qed janalizza proposti li saru minn kumitat interministerjali.
“Il-bord ghamel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu fis-Sajf. Kien hemm kumitat interministerjali li ha inkonsiderazzjoni il-bidliet li jrid ikun hemm fil-ligijiet, fl-infrastruttura u anki kemm jiswew,” qal Camilleri.


Dan jikkonferma taghrif li ghandu KullHadd li issa kollox jiddependi mill-gvern u meta se jkollu r-rieda politika biex iwettaq il-bidliet mehtiega.


“Ghalkemm matul is-snin saru avvanzi kbar, huwa fatt li minkejja li nisimghu hafna bil-kuncett ta' nkluzjoni u access fl-iktar sens wiesgha, ghad baqa hafna barrieri u xkiel kemm fizici kif ukoll amministrattivi u anki burokratici. Barrieri li jimpedixxu t-twettiq shih ta’ dan il-kuncett


F’pajjizna perezempju ghandna ligi li tmur lura sal-1969 li giet emendata matul is-snin. Din il-ligi tirrigwardja l-impjieg tal-persuni b’dizabbilità. Bis-sahha ta’ din il-ligi stess, il-persuni b’dizabbilità gew garantiti 2% tal-impjiegi ma’ certu azjendi u istituzzjonijiet f’pajjizna. Jigifieri tnejn minn kull mitt impjieg huma riservati ghall-persuni b’dizabbilità u allura ghandna din il-kwota - li llum nqisuha wkoll bhala forma ma’ mekkanizmu ta’ diskriminazzjoni pozittiva - biex nippruvaw nghelbu l-hitan gholjin li jimblukkaw l-access fl-iktar sens wiesgha ta’ persuni b’dizabbilità ghad-dinja tax-xoghol,” tispjega Caruana.
Hija zzid targumenta li hemm bzonn ta’ ferm iktar infurzar.

 

“Meta nara s-sitwazzjoni attwali ta' persuni b'dizabbilità li jixtiequ jahdmu u li jistghu jahdmu, jiena nistaqsi kemm iffunzjonat tajjeb din il-ligi. Insaqsi jekk il-funzjoni tad-disablement resettlement unit lahqitx l-ghanijiet mahsuba f’din il-ligi u jekk l-infurzar ta’ din il-ligi sarx bis-serjetà. Qed nghid dan ghax nafu b’hafna kazijiet ta’ persuni b’dizabbilità li jigu mcahhda mid-dritt tax-xoghol minhabba l-kundizzjoni taghhom, li jigu diskriminati u sahanstira bullied anki fuq il-post tax-xoghol taghhom,” tghid Caruana.


“Socjetà li temmen fl-inkluzjoni ma ghandhiex tkun hi stess il-hajt li ma tippermettix jew tiddiskrimina kontra xi hadd biex ma jippartecipax fl-iktar sens wiesgha tal-kelma skont l-abbilitajiet partikolari li kull persuna ghandha. Ir-ratifika tal-konvenzjoni tista’ tkun pass importantissimu lejn din id-direzzjoni. Ma nistghux inkaxrku saqajna iktar,” temmet tghid il-kelliem laburista ghall-ugwaljanza.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
27C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura