Filwaqt li hija kwazi haga certa li Louis Galea mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni kazwali ghas-siggu li se jitbattal mill-ministru John Dalli, ghaddejja pressjoni intensiva minn gol-Partit Nazzjonalista biex il-Perit Robert Musumeci ma jitfax in-nomina tieghu ghal din l-elezzjoni.
Fis-sitwazzjoni mill-aktar instabbli li jinsab fiha l-gvern ta’ Gonzi, it-tmexxija tal-PN ma tridx tiehu riskju li jizdied xi haddiehor mal-grupp ta’ backbenchers Nazzjonalista li huma urtati bil-kbir bl-atteggjament arroganti ta’ esponenti ewlenin ta’ dan il-gvern.
Il-Perit Robert Musumeci li fil-passat mhux l-ewwel darba ghamel dikjarazzjonijiet pubblici li ma kienux in sintonija mal-linja ufficjali tal-PN, mhuwiex meqjus mit-tregija tal-PN bhala xi hadd li jistghu jorbtu fuqu b’ghajnejhom maghluqa u fih qed jaraw il-potenzjal ta’ aktar dissens u inkwiet fi hdan il-grupp parlamentari Nazzjonalista.
Propju ghalhekk l-pressjoni li qed issir b’kull mezz biex Robert Musumeci ma jikkontestax l-elezzjoni kazwali li ghandha ssir fit-tielet gimgha ta’ Frar.
Incidentalment bhalissa jinsab ghaddej attakk moqziez u mill-aktar viljakk fuq l-istess Musumeci permezz tal-internet fuq blogg li huwa notorju ghal dawn it-tip ta’ attakki.

| < Prev | Next > |
|---|







