Il-kumpens ta’ €55 miljun lis-sidien tal-karozzi tal-linja mistenni li jitghabba kollu fuq il-familji u n-negozji permezz ta’ taxxi u possibilment iktar zidiet fuq il-licenzji, tariffi u nollijiet ecc. Dan filwaqt li se jkompli jgharraq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiz u jzid id-deficit li fuq kollox jaghmel tajjeb ghalih it-taxpayer.
Iktar kmieni din il-gimgha wara laqghat fit-tul mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u mal-Ministru Austin Gatt, is-sidien ta’ karozzi tal-linja u xufiera kienu sfurzati jaccettaw offerta tal-ahhar li se tiswa lit-taxpayer Malti €55 miljun.
Dan minkejja weghda solenni f’ittra bil-miktub mill-Gvern qabel l-elezzjoni tal-2008 li s-sidien u haddiema tat-trasport pubbliku ghandhom garanzija ta’ ghaxar snin xoghol u kumpens jekk il-ftehim ma jiggedidx wara ghaxar snin.
Biex jixtri lura din il-weghda – li biha kien inganna lis-sidien u x-xufiera – issa tahom ftit iktar minn €100,000 kull xarabank u wieghdhom xoghol b’paga minima ta’ madwar €9,000 fis-sena.
Ingann jew inkompetenza
Meta l-Ministeru tal-Finanzi iktar kmieni din il-gimgha gie mitlub jikkjarifika jekk dan il-kumpens ta’ €55 miljun hux se jkompli jgharraq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiz, kelliem ghal Tonio Fenech qal li dan mhux il-kaz ghax il-fondi se johorgu mill-Awtorità tat-Trasport.
Kull min jaf kif jahdmu l-finanzi tal-Gvern, jaf li din l-istqarrija kienet turija ta’ inkompetenza, jew sahansitra ingann car.
L-Awtorità tat-Trasport tifforma parti mill-General Government bhala Extra Budgetary Unit (skont kif indikat minn News Releases tal-NSO dwar General Government Debt and Deficit Under Maastricht Treaty – pagna 4), li minnu jigi kkalkulat id-deficit li lejh thares il-Kummissjoni Ewropea biex tara jekk Malta hijiex konformi mar-regoli tal-UE jew le.
Dan jista’ jigi kkonfermat ukoll mill-istqarrija tal-NSO bit-titlu General Government Debt and Deficit Under Maastrich Treaty tat-22 ta’ Ottubru 2009, li hija l-ahhar stqarrija pubblikata fuq is-suggett.
Hemmhekk wiehed jista’ jikkonferma li taht il-lista ta’ kumpanniji tal-Gvern hemm imnizzla l-Awtorita dwar it-Trasport. L-Estimi Finanzjarji li ppubblika l-Gvern mal-Bagit 2010 (pagna 120) wiehed isib ukoll vot ghal kontribuzzjoni mill-Kaxxa ta’ Malta ta’ €3.5 miljun.
Ghalhekk, din in-nefqa mhux biss se taffettwa id-deficit generali tal-Gvern, izda anki dak tal-Fond Konsolidat, ghax l-Awtorità Maltija tat-Trasport trid iggib il-flus propjament mill-Gvern.
Dan sakemm l-Awtorità tat-Trasport, bi qbil mal-Gvern, mhux digà qed tippjana spluzjoni fin-nollijiet kollha li ghandhom x’jaqsmu mat-trasport pubbliku.
Dawn il-€55 miljun se jaffettwaw id-deficit u dawn il-flus jridu jithallsu mit-taxxi jew minn dejn akbar li fl-ahhar mill-ahhar l-imghax fuqu jrid jithallas minn taxxi godda.

| < Prev | Next > |
|---|






