Xoghlijiet fil-pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq li kienu inawgurati mis-segretarju parlamentari Clyde Puli fl-14 ta’ Jannar li ghadda regghu nqalghu fl-ahhar jiem minhabba xoghol hazin, jista’ jizvela KullHadd.
“F’Novembru li ghadda kien inghata bidu ghal programm ta’ xoghlijiet ohra fil-pixxina, programm li inkluda sistema gdida tad-drenagg, ilma trattat, showers godda kif ukoll bdil ta’ filters u heat exchangers,” kien irrapporta dak in-nhar stess il-gurnal elettroniku tal-Partit Nazzjonalista Maltarightnow.com.
Huma dawn is-showers li skont informazzjoni li ghandu KullHadd regghu inqalghu fl-ahhar jiem.
“Hemm tliet showers tal-irgiel u t-tnejn tan-nisa fil-parti maghrufa bhala ta’ gewwa li regghu inqalghu. Tkissru mill-gdid. Ghax ix-xoghol ma sarx sewwa, ma sarux id-drain pipes,” spjegaw is-sorsi taghna fil-pixxina.
“Issa l-art mhux se jsirilha madum u minflok gejja fibre. Issa flok kif isir s-soltu u l-art tkun iktar baxxa biex jidhlu wkoll persuni b’wheelchair, l-art se tkun iktar gholja,” spjegalna s-sors taghna.
Dwar dan KullHadd baghat sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Kunsill Malti ghall-isports. Staqsejna x’kienet ir-raguni ghaliex ix-xoghol kellu jerga’ jsir mill-gdid u min se jhallas ghal dan. Ic-Chairman ghall-Kunsill Malti ghall-Isports qalilna li se jkun il-kuntrattur li jhallas ghax fi kliemu dan ma lestiex ix-xoghol fil-hin.

| < Prev | Next > |
|---|






